Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2021

Page 45

It-Tribuna Papali ta' Cellini Min kien Pio Cellini? Giovanni Bonello

Ex Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Fl-okkażjoni tal-125 anniversarju mill-għoti tattitolu ta’ Bażilika lis-Santwarju tal-Madonna talKarmnu fil-Belt Valletta, deherli xieraq li nfittex nitfa’ ftit dawl fuq wieħed mis-simboli li l-aktar jolqtu l-għajn fil-knejjes bażilikali - it-tribuna fuq l-altar maġġur - u fuq min ikkrea l-arti tagħha.

Ftit jistgħu ma jammirawx is-sbuħija artistika tattribuna tal-Karmnu. Hija waħda mill-isbaħ nett li hawn fil-gżejjer Maltin. Xi wħud forsi semgħu li hija frott il-moħħ kreattiv ta’ skultur Taljan Pio Cellini. Imma ftit li xejn jafu fuqu. Għalkemm għex Malta u ħadem ġmielu fi gżiritna, it-tagħrif dwar dan l-artist tassew kapaċi huwa nieqes ferm. Ma hemm ebda studju wiesa’ dwaru, barra xi tnietef ’l hawn u ’l hemm. Ippruvajt niġbor aktar tagħrif fuqu, u ma kienx faċli. Pio Cellini kien ġej min familja ta’ artisti ta’ ċertu isem. Inwarrbu l-fatt jew il-leġġenda li kien dixxendent ta’ wieħed mill-akbar skulturi u ħaddiema fid-deheb tar-rinaxximent Taljan, Benvenuto Cellini. Li huwa żgur hu li twieled Ruma fit-8 ta’ Novembru 1863 mill-pittur u minjaturista Annibale u martu Adelaide Severini, bint il-perit imlaħħaq Valentino Severini. Ħuh il-kbir kien ilpittur Giuseppe Cellini, imfaħħar sal-lum għaxxogħol dekorattiv fil-Galleria Sciarra, f’Ruma, ħdejn il-Funtana ta’ Trevi. L-arti kienet f’demmu minn twelidu.

Pio beda jdur l-Ewropa - Franza, Spanja, ilPortugall u l-Ingilterra - jaħdem u jgħallem. Fl1906, jew forsi qabel, ġie joqgħod Malta fejn baqa’ għal żmien twil. Telaq minn Malta wara xi tlettaxil sena, u miet Ruma fl-1 ta’ Novembru 1930. Ma nafux kienx miżżewweġ jew kellux tfal, min kienu ħbiebu u anqas fejn kien joqgħod. Sors wieħed jgħid li aktarx kien joqgħod 23, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara1, imma ma stajtx insib konferma. Naf b’ritratt wieħed biss tiegħu, f’serje ta’ artisti ta’ Malta f’sett ta’ kupuni tas-sigaretti, iżda fl-1982 il-

Pittura ta' Pio Cellini mill-artist Pawlu Camilleri Cauchi (Ritratt: Martin Attard)

knisja tan-Nadur ordnat pittura taż-żejt bix-xbieha tiegħu. Gazzetta Maltija ddeskriviet lil Cellini bħala bniedem umli, riservat u dħuli.2

Anqas nafu kif sab ruħhu Malta. Dak iż-żmien numru ġmielu ta’ pitturi u skulturi Taljani kienu jiġu mqabbdin xogħol għal Malta, l-aktar fil-knejjes. Fost l-iskulturi Taljani ewlenin li ġew jgħixu Malta nsemmu lil Giuseppe Valenti, Vincenzo Cardona u Giulio Moschetti, kollha, bħal Cellini, professjonisti ta’ ħila li ħallew bosta opri mill-isbaħ fil-gżejjer Maltin. Għal Malta Cellini ħadem xogħlijiet

Valletta 2021

43


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.