Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2021

Page 57

Il-Madonna tal-Karmnu

Inkun miexja fi triqat il-Belt Maltija, Li bħal donnha minsuġa ġiet f ’bizzilla rikka u ta’ ġmiel, Meta riġlejja jwasluni ħdejk u ħarsti tiltaqa’ ma’ ħarstek, Kif narak ’l fuq, fin-niċċa tiegħek Minn barra issebbaħ is-Santwarju tant għażiż, Santwarju Bażilika li bl-akbar fidi u qima Isejjaħ u jidwi fih l-isem tieghek O Madonna tal-Karmnu, Tiegħek hu dan l-isem li minn fuq l-għolja tal-Karmelu, Bħal nixxiegħa t’ilma ġieri ġelben U ta lid-dinja tixrob il-qdusija, il-purità tal-eżistenza tiegħek. Meta ħarsti tiltaqa’ ma’ ħarstek O Inkurunata Madonna tal-Karmnu, F’wiċċek nara l-għeżeż imħabba ta’ dejjem Li ma tirrakkontax la bidu u lanqas tmiem lejn Ibnek Ġesù Imħabba li qalbek tfawwar lejn Ibnek Ġesù, hekk ċkejken. F’idejk O Madonna tal-Karmelu, Tinsab iżżomm il-labtu għażiż tiegħek, Fih nara mnaqqxa l-grazzji bla qies Li inti Omm ħanina tfewwaħ u twarrad bihom Il-ħajja tal-bniedem kull ħin, kull waqt. Iva dan kollu nara fin-niċċa Glorjuża tiegħek O Madonna tal-Karmnu Waqt li jindokra Lilek u lill-Għażiż Ibnek Ġesù, Fid-dawl ħlejju tal-fanal, Hemm l-anġlu ħieni u ħiemed.

Anna Reale

Valletta 2021

55


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.