Intervista
MARK SAMMUT
Iċ-chairman ta’ PBS jiddiskuti l-iskeda l-ġdida Dr. Mark Sammut huwa ċ-chairman il-ġdid tal-PBS. Mis-27 ta’ Settembru wieħed seta’ jinnota t-tibdiliet drastiċi fi ħdan dan l-istazzjon, fosthom identità ġdida, stazzjon ġdid; TVMnews+ u programmi friski. Tkellimna ma’ Mark Sammut fuq l-iskeda l-ġdida u t-tibdiliet li saru. TVMnews+. X’inhi l-idea warajh u kif intlaqa’ mill-produtturi? X’ser inkunu qed naraw? TVMnews+ huwa stazzjon li qed jiffoka iktar fuq l-aħbarijiet, l-isports, il-programmi ta' ġrajjiet kurrenti, il-kultura u d-dokumentarji. Il-produtturi jinsabu entużjasti biex ikunu parti minn dan
40 GWIDA Ottubru 2021
l-istazzjon ġdid li għandu identità distinta minn TVM minħabba l-kontenut partikolari tiegħu li jitratta avvenimenti li jkunu qed jiġru f'Malta u barra f'oqsma varji. Taħt it-tmexxija tiegħek saru diversi tibdiliet. X’tixtieq li jsir aktar? L-intenzjonijiet tiegħi huma li l-PBS isir aktar sostenibbli fir-rigward ta’ użu ta’ riżorsi, jiżdiedu l-produzzjonijiet in-house u l-kwalità tal-kontenut, bil-għan li l-PBS isir il-post tax-xogħol mixtieq minn fost dawk li jaħdmu fil-qasam tal-media.