Editorjal
IS-SAĦĦA KOLLOX! Din il-frażi nisimgħuha spiss. Nafu illi jekk ma nħossuniex f’saħħitna l-kwalità tal-ħajja li ngħixu, il-kuntentizza tagħna, ir-relazzjonijiet tagħna u diversi aspetti oħrajn li aħna mdawrin bihom f’ħajjitna, ser jiġu affetwati. Il-kwalità tal-ħajja li ngħixu tinbidel magħna, ma’ dak li nkunu qegħdin nagħmlu, ma’ kif inħossuna, u għalhekk mas-saħħa tagħna wkoll. Saħħitna hija verament parti essenzjali tal-ħajja li ngħixu. Min jgħix il-ħajja b’mod mgħaġġel forsi iżjed minn ħaddieħor, min dejjem għaddej minn ħaġa għal oħra bla waqfien, min jieħu l-ħajja kemxejn iżjed bil-mod, u min tant dejjem għaddej li kważi anka meta ma jħossux f’sikktu jibqa’ għaddej qisu qatt ma kien xejn. Lanqas nirrealizzaw li fejn tidħol is-saħħa ma joqgħod xejn u kif ukoll, li kollha kemm aħna ninsabu taħt sema waħda. Minħabba dan kollu li nkunu għaddejjin
52 GWIDA Ottubru 2021
minnu, u anka minħabba li xi wħud minna ma jafux joqogħdu ftit għall-kwiet, huwa faċli li wieħed jitraskura saħħtu u anka xi ħjiliet li ġisimna stess ikun qed jgħaddilna sabiex nieħdu ħsieb, għaliex ġieli ajma hawn, u ġieli ajma hemm. X’ser nagħmlu sabiex nieħdu ħsieb tassew saħħitna b’modi sempliċi wkoll? Nibdew billi naraw daqsxejn x’inhuma dawk l-affarijiet sempliċi immens li wieħed għandu jagħmel sabiex jieħu ħsieb saħħtu hekk kif issa, minn hawn u ftit ieħor, nibdew nesperjenzaw ukoll xi tibdil fit-temp f’gżiritna. Is-suġġerimenti li ser insemmi jista’ jagħmilhom kulħadd. Forsi ser taqraw xi affarijiet li diġà intom konxji tagħhom. Is-sigriet huwa li nipprattikawhom iżjed sakemm isiru