Editorjal
PINK OCTOBER Għażilt li nħalli t-titlu bl-Ingliż, għaliex x’titlu ser nagħmel li huwa sinonimu ma’ kulħadd jekk mhux Pink October ? Ottubru huwa magħruf globalment bħala x-xahar fejn inżidu l-għarfien dwar il-kanċer fissider. Dan sabiex kemm iktar u iktar nies ikunu infurmati rigward dan it-tip ta’ kanċer, u anka sabiex tintwera solidarjetà ma’ dawk in-nies li jew għaddew minn din il-marda fil-ħajja tagħhom, jew li huma għaddejjin bil-kura għal dan il-kanċer filpreżent. Kemm huma sbieħ il-kelmiet globalment u solidarjetà. Affaxxinanti kif in-nies kollha madwar din id-dinja li ngħixu fiha, li bħal donna
56 GWIDA Ottubru 2021
iktar kemm jgħaddi żmien iktar qiegħda ssir qisha pajjiż wieħed, juru solidarjetà ma’ ħuthom, li b’tant kuraġġ u qlubija jaffaċċjaw dan il-perjodu fil-ħajja tagħhom, li bla dubju jqanqal diversi emozzjonijiet ta’ biża’, ansjetà u inċertezza dwar dak li ser jiġri. Żmien bħal dan iqanqal ukoll ħafna riflessjoni u għalhekk kemm hija xi ħaġa sabiħa l-kapaċità li għandu l-bniedem; dik li jingħaqad sabiex ilkuraġġ jinbidel f’kuraġġ kollettiv u mhux wieħed individwali, u kif ukoll sabiex is-saħħa fil-kelma tiżdied tant għaliex grupp ta’ nies ikun qiegħed jaħdem sabiex iwassal messaġġ ta’ għarfien, kuraġġ u tama.