GWIDA October 2021

Page 78

Editorjal

TGĦID XI ĦADD IĠIBLI PUPA? Martina* tinsab fil-kamra tagħha, fuq is-sodda taqra ktieb. Fid-dar hemm ħemda hekk kif it-tlett itfal l-oħra li jgħixu magħha, qegħdin il-judo, kif is-soltu jagħmlu nhar ta’ Ħamis. Jinstema’ biss leħen Rosey, waħda mill-carers li b’tant għożża jieħdu ħsieb lil dawn iċ-ċkejknin ta’ kuljum, tkanta b’leħen baxx ħafna mar-radju li jinsab fil-kċina, minn fejn kienet ġejja riħa taqsamlek qalbek. Martina ilha tgħix f’din id-dar għal dawn l-aħħar ftit xhur, wara li nstab li l-ġenituri tagħha ma kinux jitrattawha sewwa. Hija tilfet ħafna skola meta kienet tgħix magħhom u kienet titħalla bil-ġuħ u tfendi għal rasha, minkejja l-età tenera tagħha ta’ 7 snin. F’dawn il-ftit xhur, Martina għarfet x’ jiġifieri tgħix f’ambjent seren, li tkun mitmugħa b’għożża u li tmur l-iskola u tieħu ħsieb l-edukazzjoni tagħha. Għamlet progress kbir u minkejja li timmissja lill-ġenituri tagħha, tifhem li bħalissa tinsab ikkurata ferm aħjar. Ftit tal-ġimgħat ilu, Sara*, il-professjonista li taħdem ma’ Martina, mid-Direttorat Kura Alternattiva, staqsietha x’toħlom li tirċievi fi żmien il-Milied. Martina tfixklet għax lanqas tiftakar li xi ħadd qatt staqsieha. Fil-verità lanqas taf eżatt x’jiġri fil-Milied. Wara li Sara spjegat lil Martina x’jiġri fil-Milied, Martina tbissmet u bi ftit mistħija qaltilha li kemm ilha tmur l-iskola, semgħet lit-tfal tal-klassi jitkellmu fuq kemm jilagħbu bil-pupi d-dar. Kemm ilha fil-community home tad-Direttorat, sabet xi pupi biex tilgħab bihom, imma qatt ma rċeviet pupa tagħha bħala rigal.

Bħal Martina, hemm ħafna tfal oħrajn, li minkejja l-età tenera tagħhom, għaddew minn ħafna wġigħ f’ħajjithom. Dak li wliedna jieħdu bħala ovvju, ħafna drabi dawn it-tfal qatt ma jkunu biss ħolmuh, aħseb u ara gawdewh. Huwa għalhekk li disa’ snin ilu twaqqfet, Children Dreams Malta, website fejn fiha jinġabar il-ħolm kollu tat-tfal li jinsabu fi djar tat-tfal f’Malta u oħrajn li jinsabu jgħixu mal-familji tagħhom u li wkoll jesperjenzaw diffikultajiet f’ħajjithom. Dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw f’din il-kampanja huma mitluba jżuru s-sit, www.childrendreamsmalta. org u jaraw il-ħolm kollu tat-tfal. Minn hemm jagħżlu ħolma, jidħlu fuq din l-istess ħolma sabiex isibu iktar informazzjoni, u jħallu d-dettalji tagħhom. Malli jagħmlu hekk, dik il-ħolma ma tibqax tidher fis-sit u l-ħolma tkun f’idejhom sabiex titwettaq. Huma jiġu mitluba sabiex jixtru din l-istess ħolma u jwassluha ġewwa l-uffiċini tagħna, fil-Mosta. Minn hawnhekk, il-professjonisti tagħna jwasslu dan ir-rigal għand it-tfal. Ingħaqad mal-mijiet ta’ individwi u kumpaniji, li ta’ kull sena jaqtgħu x-xewqat ta’ dawn it-tfal, u agħmel tmiem is-sena 2021 wieħed sinifikanti bil-ġest tiegħek. *L-ismijiet inbidlu biex nipproteġu l-identità tagħhom.

Kuntatt: Remenda Grech, Children Dreams Malta, C/O Triq l-Għasel, Mosta. M: 9928 2198/ 9934 5129/ 2169 5585; E: childrendreams@gov.mt; W: www. childrendreamsmalta.org; F: Children Dreams Malta

Children Dreams Malta hija inizjattiva mtellgħa bil-kollaborazzjoni ta’ Goodwill Ambassadors Foundation (VO/1770) u l-FSWS 78 GWIDA Ottubru 2021


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook

Articles inside

Tgħid xi ħadd iġibli pupa?

2min
pages 78-80

Tagħrif dwar iż-żodjaku Libra minn PaulJon

3min
page 76

Riċetta t’Anton B. Dougall – Insalata tar-ross

0
page 75

Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Kari aħmar veġetarjan

0
page 74

Ġurnata missjunarja

4min
pages 72-73

Strada Stretta: Episodju 8/ L-ewwel Staġun: L-ewwel parti

9min
pages 67-71

Għajnejn ileqqu bl-imħabba – Artiklu fuq l-annimali tad-dar

4min
pages 60-63

Is-saħħa kollox – Artiklu fuq is-saħħa

6min
pages 52-55

Il-logħba tal-Editur

1min
pages 65-66

Intervista ma’ Karl Gouder – Chief Operating Officer ta’ NET

7min
pages 48-51

Pink October – Ix-xahar iddedikat għal għarfien dwar il-kanċer tas-sider

4min
pages 56-59

Intervista ma’ Jason Micallef – Chairman ta’ ONE

5min
pages 44-47

Intervista ma’ Ivan Grech

3min
pages 24-28

Intervista ma’ Ira Losco

3min
pages 16-19

L-10 kupun biex tkun tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti

0
page 29

38. Skeda ĠDIDA tal-ĦARIFA bil-programmi fuq l-istazzjonijiet lokali u barranin

21min
pages 30-39

Intervista ma’ Howard Keith

3min
pages 12-15

Intervista mat-tim tal-produzzjoni ta’ X FACTOR MALTA

2min
pages 10-11

Intervista ma’ Mark Sammut – Chairman ta’ PBS

4min
pages 40-43

Intervista ma’ Philippa

2min
pages 20-23
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.