IL-POPLU BL-AQWA FIDUĊJA FIL-GVERN
■ Skont l-Ewrobarometru, l-amministrazzjoni ta’ pajjiżna żammet l-akbar appoġġ popolari fl-istorja … il-KullĦadd tanalizza l-fiduċja rreġistrata lokalment minn kemm ilu jsir dan l-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea mill-2004 lil hawn
■ Maġġoranza assoluta tal-poplu tiddikjara li Malta u l-ekonomija nazzjonali jinsabu fit-triq it-tajba; li l-pajjiż kellu l-aħjar rispons matul il-pandemija u wara li bdiet il-Gwerra fl-Ukrajna; u li l-qagħda finanzjarja personali hija tajba wkoll
L-istħarriġ tal-Ewrobarometru, li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bejn Jannar u Frar li għadda, jikkonferma kif minkejja l-isfidi kbar internazzjonali, f’pajjiżna xorta hawn livell qawwi ta’ ottimiżmu u fiduċja. Fil-fatt, dan l-istħarriġ ikkonkluda li 63% tal-Maltin u l-Għawdxin jafdaw fil-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.
Dan il-livell ta’ fiduċja llum mhuwiex biss kważi d-doppju tal-medja Ewropea, iżda wkoll ferm aħjar meta mqabbel mal-perjodu tal-kriżi finanzjarja ferm iżgħar li kien iffaċċja l-aħħar Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi bejn l-2008 u l-2013.
Dan joħroġ ċar f’analiżi li din il-gazzetta għamlet ta’ kull stħarriġ tal-Ewrobarometru li ilu jsir f’pajjiżna darbtejn fis-sena (fis-sajf u fix-xitwa) sa mill-2004, is-sena li Malta saret membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Tkompli f’paġni 4 u 5
Ħarġa Nru 1,547 Prezz €1 Il-Ħadd, 5 ta’ Marzu, 2023
MIT-TBASSIR
L-EKONOMIJA TERĠA’ AĦJAR
Rapport f’paġna 6
KOMUNI
FIL-MED5 F’MALTA JINTLAĦAQ QBIL
FUQ L-IMMIGRAZZJONI Rapport f’paġna 3
Ritratt: JEREMY WONNACOTT/DOI
DETTALJI
EDITUR
RONALD VASSALLO
email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
KIMBERLY CEFAI
email: sales@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
DISINN TAL-PAĠNI
KIMBERLY CEFAI
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
KUNTATT ĠENERALI
KullĦadd
email: editorial@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate
Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU
www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI
www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT
Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI
Emerġenza Covid 19 - 111
Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112
Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 14°C
L-Inqas Temperatura: 9°C
L-Indiċi UV: 4
Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq ilbaħar Adrijatiku u l-Greċja ser tkompli tersaq lejn il-Lvant
It-Temp: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita li jistgħu
jkunu lokalment bir-ragħad, bil-buffuri tar-riħ u bis-silġ
f’xi waqtiet li jsir ftit jew wisq imsaħħab filgħaxija
Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Punent Majjistru li jsir ftit qawwi
Il-Viżibilità: Tajba minbarra f’xi ħalbiet tax-xita
Il-Baħar: Moderat
L-Imbatt: Ftit li xejn
It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310
National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539
Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221
St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151
St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797
St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426
Brown’s Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352
Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652
Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198
St. Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711
St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848
Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503
Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322
Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311
Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828
Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856
Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957
Għawdex
Highland Pharmacy, 5,6, Triq il-Kappillan Dun Franġisk Vella, Iż-Żebbuġ – 21564553
Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615
L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
05.03.2023 02
It-Tnejn 16°C 18°C 18°C 18°C 12°C 13°C 10°C 12°C UV 5 UV 4 UV 4 UV 4 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
17°C 10°C UV 5 It-Tlieta 18°C 12°C UV 4
Il-Ġimgħa
IL-MED5 F’MALTA JASAL GĦAL QBIL KOMUNI DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Għandna sfidi u realtajiet simili fil-qasam tal-immigrazzjoni, u għalhekk jeħtieġ li naħdmu flimkien biex l-immigrazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea tkun waħda ġusta.
Din kienet it-tema ewlenija tad-diskussjoni fil-laqgħa għolja, magħrufa bħala MED5, li lbieraħ laqgħet f’pajjiżna lill-Ministri għall-Intern u l-Immigrazzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja, l-Italja u Spanja. Minbarra hekk, il-Ministru għall-Immigrazzjoni tal-Iżvezja kienet ukoll preżenti f’isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija FRONTEX.
Hawn ġiet diskussa u maqbula pożizzjoni konġunta dwar l-immigrazzjoni, hekk kif ftit tal-jiem oħra, l-istess ministri se jkunu preżenti għall-Kunsill Ewropew tal-Ministri għall-Intern.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà
Malti, Byron Camilleri fl-introduzzjoni ta’ din il-laqgħa għamel referenza għat-traġedja li seħħet f’Calabria aktar kmieni din il-ġimgħa, fejn aktar minn 60 immigrant mietu wara li d-dgħajsa li kienu qegħdin fuqha nqasmet.
Hu ddeskriva din il-laqgħa bħala opportunità biex dawn il-pajjiżi, li jinsabu fuq quddiem tal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-Ewropa, jindirizzaw tali realtajiet koroh, billi jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-Kunsill Ewropew. Tkellem fuq l-immigrazzjoni ġusta bħala l-mira li kull pajjiż fl-UE għandu jaspira li jilħaq.
Il-Ministru Camilleri stqarr li “aħna kontinwament nisħqu għal pożizzjoni li tkun aktar ġusta f’sens ta’ politika ta’ immigrazzjoni ġusta, jiġifieri ġusta ma’ min ħaqqu l-ażil. Minkejja dan, trid tkun ukoll ġusta ma’ dawk li m’għandhomx dritt jidħlu fl-UE, xi ħaġa li Malta anke
matul dawn l-aħħar snin għamilna enfasi fuqha. U allura wkoll nisħqu ħafna fuq il-prevenzjoni, għax ma rridux aktar imwiet fil-baħar.”
Hekk kif waslet fi tmiemha l-laqgħa lbieraħ waranofsinhar, il-ministri talpajjiżi li jifformaw il-MED5 stqarrew li qablu dwar il-pożizzjoni li se jkunu qed jieħdu aktar tard dan ix-xahar dwar l-immigrazzjoni.
Ingħata wkoll rikonoxximent talħidma konġunta bejniethom biex ittrafkanti tal-bnedmin jitwaqqfu milli jibagħtu persuni bejn sema u ilma b’mod irresponsabbli, iżda l-ministri ddikjaraw li għad fadal ħafna xi jsir, b’mod speċjali rigward l-għajnuna mill-bqija tal-pajjiżi msieħba fl-UE.
Fost l-oħrajn, huma appellaw għattwaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ solidarjetà permanenti u mandatorju għall-istati
membri biex il-piż tal-immigrazzjoni ma jaqax biss fuq il-pajjiżi viċin ilfruntieri tal-Ewropa.
Sadanittant, il-Ministru għall-Immigrazzjoni Żvediża, Maria Malmer Stenergard, li tkellmet f’isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, saħqet fuq il-ħidma li għad trid issir, speċjalment biex il-persuni li jagħżlu li jemigraw lejn l-Ewropa, ikunu jistgħu jsibu ġejjieni f’pajjiżhom stess.
“Konvinta li, bil-għan li nindirizzaw l-isfidi tal-immigrazzjoni b’metodi tassew Ewropej, irridu nkomplu naħdmu iebes, kemm internament, b’taħditiet fuq il-Patt tal-Ażil, u l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni kurrenti, iżda wkoll b’impenji qawwija f’dimensjoni esterna, fuq ir-ritorni u l-ġlieda kontra l-kawżi flgħeruq tal-migrazzjoni,” saħqet Stenergard.
05.03.2023 03
Ritratt: CLODAGH O’NEILL /DOI
Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri jilqa’ f’pajjiżna lill-kontropartijiet tiegħu minn Ċipru, il-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Iżvezja
IL-PAJJIŻ, L-EKONOMIJA U L-ĦAJJA
Il-fiduċja tal-poplu fil-Gvern minn kemm ilu jsir l-istħarriġ tal-Ewrobarometru
Taħt it-tmexxija tal-Gvern ta’ Robert Abela, il-maġġoranza assoluta tal-poplu temmen li l-pajjiż inġenerali u l-ħajja personali jinsabu fit-triq it-tajba u li se jkomplu jitjiebu
Tkompli minn paġna 1
Qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta’ għaxar snin ilu, il-fiduċja fil-Gvern Malti kienet tlaħħaq l-34% biss, u fil-fatt kienet taħt il-medja Ewropea. Din il-fiduċja sparat ’il fuq għal 59% ftit wara l-bidla fl-amministrazzjoni f’Marzu tal-2013.
F’Novembru tal-2011 l-amministrazzjoni GonziPN kienet saħansitra “misset il-qiegħ” fil-fiduċja mal-poplu, tant li kienet irreġistrat l-inqas livell fl-istorja (27%) mill-2004 ’l hawn.
Bil-maqlub, skont analiżi talKullĦadd f’kull Ewrobarometru ppubblikat dwar Malta fl-aħħar 19-il sena, il-livell ta’ fiduċja preżenti fil-Gvern hi l-aqwa li qatt ġiet osservata u baqgħet kostanti f’dawn l-aħħar żewġ rapporti Ewropej, dak maħruġ din il-ġimgħa u dak preċedenti f’Lulju tas-sena l-oħra.
Skont dan l-aħħar stħarriġ estensiv, 93% tal-Maltin u Għawdxin qalu li huma kuntenti bil-miżuri li ħa l-Gvern biex jikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19.
Din hi qabża ferm akbar mis-sentiment fil-bqija tal-UE fejn il-medja ta’ dawk sodisfatti bil-miżuri fil-pajjiżi rispettivi tagħhom kienet ta’ 58%, biċċittadini f’pajjiżna kienu l-aktar pożittivi f’dan ir-rigward.
Anke fejn tidħol ir-risposta tal-Gvern għall-Gwerra fl-Ukrajna, 70% tal-Maltin u l-Għawdxin ikkonfermaw li huma so-
disfatti, kontra l-55% fl-UE.
Kważi sitta minn kull għaxar Maltin u Għawdxin intervistati sostnew li jemmnu li l-affarijiet f’pajjiżna sejrin fid-direzzjoni t-tajba. Dan meta madwar l-Ewropa inqas minn tlieta minn kull għaxra huma konvinti li l-affarijiet f’pajjiżhom jinsabu f’din id-direzzjoni.
Il-proporzjon ta’ dawk li jaħsbu li pajjiżna sejjer f’direzzjoni tajba jammonta għad-doppju ta’ dak li kien hemm flaħħar tal-2012.
Tliet kwarti tal-Maltin u l-Għawdxin jemmnu li s-sitwazzjoni ekonomika f’pajjiżna hi tajba, kontra terz tal-persuni madwar l-UE. L-ottimiżmu ekonomiku li hawn f’pajjiżna reġa’ lura għal dak li kien hawn qabel il-pandemija fl-2019, differenti minn dak li qed jiġri madwar l-Ewropa.
Waqt li, skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji f’pajjiżna hi mwiegħra, l-istħarriġ tal-Ewrobarometru sab li 91% tal-familji fostna ddikjaraw li l-qagħda finanzjarja tagħhom hi tajba. Fl-istess ħin, 80% tal-Maltin u l-Għawdxin qalu li l-qasam tal-impjiegi lokali wkoll sejjer tajjeb.
Minbarra hekk, 41% ta’ dawk intervistati jantiċipaw li s-sitwazzjoni ekonomika f’Malta se titjieb fis-sena li ġejja. Madwar l-UE kienu biss 19% tal-familji li kienu l-istess pożittivi dwar l-ekonomija ta’ pajjiżhom.
Ta’ min jinnota li, mill-analiżi li saret tar-rapporti kollha tal-Ewrobarometru dwar pajjiżna, fl-2012 kien hemm terz tal-familji li kienu inkwetati dwar l-ekonomija lokali, iżda llum dan il-proporzjon waqa’ għal 10%, minkejja l-kriżi internazzjonali.
Filwaqt li fl-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista fl-2012 kważi kwart ta’ dawk intervistati kienu mħassbin bid-dejn nazzjonali, dan issa naqas għal 11%. F’pajjiżna bħalissa hawn ftit li xejn biża’ dwar il-qgħad fost il-familji – 4%, kontra l-medja ta’ 10% fl-UE.
Dawn ir-riżultati tal-Ewrobarometru jikkonfermaw kemm hawn sens ta’ fiduċja fost il-familji f’pajjiżna. Minkejja l-isfidi li ġejjin minn żviluppi internazzjonali, il-qagħda finanzjarja tal-familji tagħna tidher ħafna aħjar minn dik ta’ familji madwar l-Ewropa. Il-livell ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet nazzjonali wkoll tinsab f’livelli rekord u tirrifletti sodisfazzjon bil-mod kif ġiet immaniġġjata l-pandemija u l-istabbiltà li nġiebet fil-prezzijiet tal-enerġija, grazzi għallinterventi b’saħħithom tal-Gvern Laburista.
Is-sitwazzjoni nazzjonali
B’rabta mal-qagħda nazzjonali, il-maġġoranza assoluta tal-poplu hi favorevoli mat-triq li qabad pajjiżna. Waqt li l-Mal-
05.03.2023 04
Settembru 2004 46% Mejju 2005 40% Ottubru 2005 50% Marzu 2006 38% Settembru 2006 43% April 2007 51% Settembru 2007 44% Marzu 2008 56% Ottubru 2008 50% Ġunju 2009 41% Ottubru 2009 36% Mejju 2010 33% Mejju 2011 40% Novembru 2011 27% Mejju 2012 31% Novembru 2012 34% Mejju 2013 59% Novembru 2013 48% Mejju 2014 52% Novembru 2014 56% Mejju 2015 54% Novembru 2015 51% Mejju 2016 55% Novembru 2016 52% Mejju 2017 58% Novembru 2017 51% Marzu 2018 51% Novembru 2018 63% Mejju 2019 58% Novembru 2019 51% Lulju 2020 58% Frar 2021 49% Lulju 2021 46% Frar 2022 47% Lulju 2022 63% Frar 2023 63%
FIL-FAMILJI “F’QAGĦDA TAJBA”
tin u l-Għawdxin jgħoddu għall-akbar persentaġġ fl-UE (59%) li jemmnu li pajjiżhom jinsab fid-direzzjoni t-tajba, 73% terġa’ jemmnu li fit-12-il xahar li ġejjin is-sitwazzjoni fil-pajjiż se titjieb jew tibqa’ l-istess tajba kif inhi bħalissa.
Il-Maltin u l-Għawdxin bl-akbar maġġoranzi fl-UE fejn jiddikjaraw li l-ħajja personali tinsab fit-triq it-tajba (82%) u li jistennew li se tkompli titjieb (46%)
B’rabta mal-qagħda ekonomika lokali, 75% tal-Maltin u tal-Għawdxin jemmnu li hi tajba ħafna jew tajba, kontra 23% li għandhom fehma kompletament bil-maqlub. Fl-istess ħin, 71% minn dawk intervistati qed jantiċipaw li t-12-il xahar li ġejjin se jkunu aħjar għall-ekonomija jew tajbin bħalma huma llum.
Fejn jidħlu l-impjiegi, anke wara tliet snin ta’ pandemija, 80% tal-Maltin iġġudikaw li l-qagħda hi waħda tajba ħafna jew tajba, filwaqt li 75% iddikjaraw li din se tkompli titjieb matul is-sena li ġejja.
F’dan l-istħarriġ tal-Ewrobarometru, l-akbar tħassib espress mill-poplu Malti dwar fejn jaħseb li l-pajjiż għandu l-iżjed sfidi kien indikat fil-qasam tal-ambjent u t-tibdil fil-klima (15%) u s-sitwazzjoni internazzjonali (12%), u mhux, pereżempju, fil-qasam tas-saħħa jew il-provvista tal-enerġija, kif inhu l-każ għall-maġġoranza tal-popli fil-pajjiżi l-oħrajn Ewropej.
Din ukoll hi riflessjoni ċara ta’ appoġġ għall-mod kif ġab ruħu l-Gvern Laburista fiż-żewġ oqsma li ġew affettwati drastikament bil-pandemija u l-Gwerra fl-Ukrajna.
Fil-każ tas-servizzi pubbliċi li jingħataw f’pajjiżna, 73% tal-poplu wieġbu li dawn huma tajbin ħafna jew tajbin biżżejjed, waqt li ta’ min jinnota li, b’referenza għall-fiduċja li għandhom fl-istituzzjonijiet nazzjonali, 91% u 70% tal-poplu huma pożittivi dwar isservizzi tas-saħħa u l-Korp tal-Pulizija rispettivament.
Dan qed jirriżulta minkejja li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kontinwament tattakka u tikkritika t-tnejn li huma, waqt li tipprova timmina l-ħidma li ssir mill-entitajiet involuti.
Is-sitwazzjoni personali
Fejn tidħol il-qagħda personali, il-poplu Malti u Għawdxi wkoll iddikjara ruħu
pożittiv fil-maġġoranza assoluta tiegħu. Fil-fatt, għall-mistoqsija tal-Ewrobarometru “fil-preżent, kif tgħid li sejrin l-affarijiet fil-ħajja personali tiegħek”, 82% iddikjaraw li dawn jinsabu fid-direzzjoni t-tajba. Dan kien l-ogħla persentaġġ għal din it-tweġiba fl-UE kollha, li ġie rreġistrat ukoll fl-Iżvezja biss.
Jekk humiex sodisfatti ħafna jew sodisfatti biżżejjed dwar il-ħajja inġenerali li jgħixu, 94% tal-Maltin wieġbu fl-affermattiv.
Ma’ dawn, 88% tal-poplu xorta jemmnu li fis-sena li ġejja l-affarijiet se jkunu aħjar (46%) jew l-istess kif inhuma llum (42%). Il-persentaġġ Malti ta’ 46% li l-affarijiet se jkomplu jitjiebu fit-12-il xahar li ġejjin kien ukoll l-ogħla rata minn fost il-pajjiżi kollha Ewropej. L-eqreb f’dan ir-rigward għal darb’oħra kienu l-Iżvediżi, imma b’39%.
Mistoqsijin dwar il-qagħda finanzjarja kurrenti tal-familja personali, kien hemm 91% li ddikjaraw li din hi tajba, maqsumin bejn 31% li qalu li hi “tajba ħafna” u 60% li qalu li hi “tajba biżżejjed”. Dwar it-12-il xahar li ġejjin, l-aspettattiva ta’ 85% hi li din se tkun aħjar (39%) jew l-istess bħal-lum (46%).
Dwar l-impjieg personali, 71% wieġbu li dan hu tajjeb ħafna jew tajjeb biżżejjed u 74% qalu li fis-sena li ġejja se jkun aħjar jew l-istess. Fost l-akbar tħassib personali, l-ogħla
persentaġġ irreġistrat mal-Maltin (20%) ukoll kien jittratta l-ambjent u t-tibdil fil-klima. F’mistoqsija relatata, 96% tal-poplu tagħna jaqbel li l-UE għandha tinvesti b’mod qawwi fl-enerġija rinnovabbli, bħal dawk solari u mir-riħ, waqt li 92% iddikjaraw li fl-aħħar żmien jew fiż-żmien li ġej huma stess investew jew biħsiebhom jinvestu biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija. Dan grazzi wkoll għal diversi inċentivi li ilu joffri l-Gvern Malti.
Statistika oħra ta’ interess relatata mal-popolazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea kienet relatata mal-mistoqsija dwar kemm persuna tħoss li għandha rabta mal-pajjiż ta’ dixxendenza, fejn 95% talMaltin u l-Għawdxin qalu li għandhom rabta qawwija jew rabta biżżejjed ma’ Malta.
Fl-aħħar snin, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ipprova jbellagħha li ċ-ċittadini lokali qed jabbandunaw lil pajjiżna biex isibu għajxien aħjar barra. Baqa’ jippersisti jsemmi din il-gidba anke wara li ġew żvelati ċifri uffiċjali li wrew kif, mindu nbidel il-Gvern fl-2013, kien hemm iżjed Maltin u Għawdxin li rritornaw lura f’arthom milli dawk li emigraw.
L-istess ċifri kienu żvelaw ukoll kif is-sitwazzjoni taħt l-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti kienet fil-fatt bil-maqlub u kien hemm iżjed Maltin u Għawdxin li telqu mill-pajjiż milli dawk li rritornaw.
05.03.2023 05
Tbassir Frar ’22
BANK ĊENTRALI
TA’ MALTA
Tbassir Jannar ’23
FOND MONETARJU
INTERNAZZJONALI
6.0% 6.5%
Tbassir Ottubru ’22
DISKORS
TAL-BAĠIT 2023
Tbassir Frar ’23
KUMMISSJONI EWROPEA
6.0% 6.6%
Stima uffiċjali Frar ’23
UFFIĊĊJU NAZZJONALI
TAL-ISTATISTIKA (NSO)
6.9%
Mill-ewwel riżultati tal-2022, l-ekonomija lokali kibret ferm iżjed milli mbassar
L-EKONOMIJA MALTIJA MILL-ĠDID TMUR AĦJAR MILL-ASPETTATTIVI
Ir-riżultati ekonomiċi f’pajjiżna fl-2022 kienu akbar minn kull tbassir tal-esperti, inklużi dawk barranin … rekords fl-investimenti, fl-esportazzjoni u fil-konsum privat
L-ewwel stimi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ippubblikati din ilġimgħa jindikaw li matul l-2022 it-tkabbir ekonomiku reali ta’ pajjiżna laħaq ir-rata ta’ 6.9%. Dan kien kważi d-doppju tat-tkabbir ekonomiku osservat madwar iż-Żona Ewro. Minbarra hekk, dan kien jisboq sewwa wkoll l-aspettattivi tal-esperti ekonomiċi, kemm lokali kif ukoll dawk barranin.
Fil-fatt, madwar sena ilu l-Bank Ċentrali ta’ Malta kien bassar rata ta’ tkabbir ta’ 6% għall-ekonomija Maltija, liema tbassir kien kważi punt perċentwali inqas minn dak li ħareġ mill-ewwel stimi uffiċjali tal-NSO.
Anke l-Ministru għall-Finanzi kien kawt fit-tbassir tiegħu matul id-diskors tal-Baġit f’Ottubru li għadda, meta kien bassar l-istess rata ta’ tkabbir ta’ 6%. Imma anke tbassir aktar riċenti millFond Monetarju Internazzjonali (IMF) u mill-Kummissjoni Ewropea, li saru ftit ġimgħat biss qabel ħarġu l-ewwel ċifri uffiċjali, spiċċaw kienu inqas mill-progress li effettivament għamlet l-ekonomija Maltija matul is-sena li għaddiet.
B’dak li nkiseb fl-2022, l-ekonomija ta’ pajjiżna issa spiċċat kisret kull rekord fejn jidħol investimenti, esportazzjoni u konsum privat. Anke meta wieħed jeskludi l-effett tal-bidla fil-prezzijiet, il-konsum tal-familji fl-2022 kien terz ta’ biljun ewro ogħla milli kien fl-2019.
Grazzi għas-sostenn qawwi li rċevew fuq perjodu ta’ iżjed minn sentejn ta’ pandemija u bl-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuels, in-negozji f’pajjiżna esportaw ammont rekord ta’ kważi €24.5 biljun, jew kważi €2.5 biljun aktar mill-2019.
Il-fiduċja mingħajr preċedent li għandhom in-negozji lokali toħroġ ukoll mill-fatt li l-investiment laħaq il-figura rekord ta’ €3.7 biljun fl-2022, €1 biljun aktar minn tliet snin qabel jew terz akbar milli kien qabel bdiet il-pandemija.
L-ekonomija kienet iżjed reżiljenti u dawret l-isfidi f’opportunitajiet kbar
Is-sena li għaddiet id-dħul tal-ħaddiema tela’ bi kważi €650 miljun. Kważi disgħa minn kull għaxra ta’ din iż-żieda gawdew minnha impjegati fis-settur privat, fejn l-akbar titjib kien irreġistrat fis-setturi tal-bejgħ, tat-trasport u tal-lukandi u r-restoranti. Dawn issa mhux talli rkupraw mit-tnaqqis li kellhom matul il-pandemija, fejn kellhom perjodi wkoll weqfin kompletament, imma saħansitra laħqu livelli rekord ġodda.
Jidher li, b’kollox, sa tmiem l-2022 l-ekonomija Maltija kienet kważi 10% akbar milli kienet fl-2019.
Li nkiseb riżultat daqstant b’saħħtu meta l-aspettattiva kienet li l-ekonomija Maltija se tbati fit-tul mill-konsegwenzi tal-pandemija u tal-Gwerra fl-Ukrajna hu evidenza mill-aktar ċara ta’ kemm il-politika ekonomika mħaddna millPrim Ministru Robert Abela hi daqstant effettiva.
Il-politika ekonomika progressiva mħaddna fl-aħħar snin wasslet għal fiduċja qawwija fost il-familji u n-negozji. Dan wassal biex dawk li l-esperti kienu qed ibassru se jkunu xokkijiet permanenti għall-ekonomija Maltija, minflok servew ta’ opportunità għal bidliet u riformi bżonjużi.
L-ekonomija Maltija mhux talli kienet reżiljenti iżjed milli mistennija għal kull tip ta’ xokkijiet ekonomiċi, iżda saħansitra rnexxielha ddawwar dawn l-isfidi f’opportunitajiet kbar.
Mitlub jikkummenta din il-ġimgħa minn ONE News, l-ekonomista u d-Deputat Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università ta’ Malta, il-Professur Philip Von Brockdorff, spjega li importanti niftakru li dawn ir-riżultati seħħew, minkejja l-isfidi internazzjonali li ddominaw matul l-2022, l-ewwel bil-pandemija u mbagħad bil-Gwerra fl-Ukrajna, li għadha għaddejja.
“Meta tqis li qegħdin f’sitwazzjoni ta’
kriżi u għandek pajjiżi, bħall-Ġermanja, li daħlu f’riċessjoni, naħseb li din iċ-ċifra hi impressjonanti ħafna. Hi dovuta, ovvjament, għal diversi fatturi, fosthom it-tkabbir ekonomiku li qed naraw fis-settur tas-servizzi,” qal il-Professur, waqt li spjega li ż-żieda f’dan is-settur kienet ikkaratterizzata wkoll minn kontribuzzjonijiet b’saħħithom f’numru ta’ setturi oħrajn, ewlenin fosthom dawk tal-akkomodazzjoni u tas-servizzi b’rabta mal-ikel, li ammontaw għal aktar minn 80% tal-kontribuzzjonijiet.
“Dawn huma ċifri li juru li hemm fiduċja fl-ekonomija tagħna u ovvjament naraw li l-investiment hu f’livell b’saħħtu u anke l-livell ta’ konsum hu wieħed b’saħħtu ħafna,” kompla Von Brockdorff, li attribwixxa dan it-tkabbir lir-reżiljenza tal-ekonomija u l-miżuri li ħa l-Gvern Malti. “Hemm ċerti inċentivi, anke mill-Malta Enterprise, li jattiraw ċerti investimenti lejn pajjiżna. Naħseb li dak hu importanti ħafna, iżda wkoll naraw ċerta stabbiltà ekonomika u finanzjarja fl-ekonomija tagħna, li tgħin ukoll biex iġġib l-investiment,” temm jikkummenta d-Deputat Dekan fil-Fakultà tal-Ekonomija.
Is-sostenn mill-Gvern fi żminijiet ta’ sfidi internazzjonali kien importanti biex l-ekonomija Maltija kibret b’rata akbar minn dak mistenni.
F’kummenti separati ma’ ONE News, l-ekonomista u lettur tal-ekonomija fl-Università, Dr Ian Cassar, ukoll qal li “fil-kuntest Ewropew ta’ bħalissa, din hi rata (ta’ tkabbir) b’saħħitha ħafna, imma tagħti indikazzjoni li l-ekonomija Maltija qisha reġgħet sejra lejn id-direzzjoni ta’ qabel il-pandemija. Ma ninsewx li, bejn l-2013 u l-2019, il-medja tat-tkabbir ekonomiku reali kienet ta’ 7.2%, allura dik t’issa tagħtina indikazzjoni li l-ekonomija Maltija reġgħet sejra lejn dik id-direzzjoni.”
Dr Cassar tkellem dwar l-importanza tal-għajnuna tal-Gvern f’dawn iż-żminijiet ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent, b’referenza għall-investiment ta’ iżjed minn €1 biljun biex inżammu prezzijiet stabbli tal-enerġija, tal-fuels u tal-qmuħ. Dan ukoll wassal biex l-inflazzjoni lokali baqgħet fost l-aktar baxxi fost l-istati membri kollha tal-UE.
05.03.2023 06
Vakanza
KOORDINATUR TA’ PROĠETT (Permess ta’ Jobsplus Nru: 686/2022)
Bħala parti mill-proġett 101083556 Strengthening Knowledge on Integration and Non-Discrimination (SKIN), inħolqot vakanza għallpożizzjoni ta’ Koordinatur ta’ Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) Din il-vakanza hija fi Skala ta’ Salarju 7 tas-Servizz Pubbliku.
IL-ĠAPPUN SE JIFTAĦ
AMBAXXATA F’MALTA
It-tielet l-akbar ekonomija fid-dinja wara l-Amerka u ċ-Ċina turi interess akbar f’pajjiżna
Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg laqa’ b’mod pożittiv il-konferma tal-allokazzjoni ta’ fondi min-naħa tal-Gvern Ġappuniż biex jiftaħ ambaxxata f’pajjiżna.
F’Settembru 2022, il-Ministru Ian Borg iltaqa’ mal-Ministru għall-Affarjiet Barranin Ġappuniż Yoshimasa Hayashi fil-marġni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, filwaqt li attenda għall-funeral statali tal-Eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe, li nqatel f’Lulju li għadda.
F’dik l-ewwel żjara tiegħu filĠappun, il-Ministru ħa l-okkażjoni biex jagħmel għadd ta’ laqgħat bil-għan li jsaħħaħ irrelazzjonijiet bilaterali li pajjiżna għandu ma’ dan l-istat Ażjatiku bit-tielet l-akbar ekonomija fid-dinja wara l-Istati Uniti tal-Amerka u ċ-Ċina.
Ir-relazzjonijiet diġà tajbin u r-rabtiet ekonomiċi eżistenti se jkomplu jitjiebu b’ambaxxata f’pajjiżna
“Hu ta’ sodisfazzjon li l-isforz diplomatiku li sar f’dawn l-aħħar xhur biex titjieb ir-relazzjoni bilaterali ma’ dan ilpajjiż f’diversi oqsma beda jħalli l-frott mixtieq u konvint li bil-ftuħ tal-Ambaxxata Ġappuniża f’Malta r-relazzjonijiet bilaterali ma’ dan il-pajjiż kif ukoll il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi ħa jkollhom pjattaforma aktar b’saħħitha biex ikomplu jissaħħu fis-snin li ġejjin,” tenna l-Ministru Borg b’referenza wkoll għan-negozju mal-pajjiż.
Pajjiżna għandu rabta partikolari mal-Ġappun, inkluż blesportazzjoni tat-tonn li huwa meqjus bħala delikatezza f’industrija multimiljunarja.
Stqarrija tal-Gvern Malti qalet li d-deċiżjoni tal-Gvern Ġappuniż ġiet ukoll ikkomunikata b’mod dirett lill-Ministru Borg mill-Ministru Hayashi waqt laqgħa oħra bilaterali li kellhom iż-żewġ ministri fi New York il-ġimgħa li għaddiet.
Din il-pożizzjoni tingħata b’kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f’ Ottubru 2024
Id-deskrizzjoni tal-impjieg hija aċċessibbli fuq il-website tal-NCPE: https://ncpe.gov.mt/en/Pages/Vacancies.aspx
Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma’ CV dettaljat fuq l-email equality@gov.mt lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Marzu 2023
Applikazzjonijiet li jaslu tard wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati
NCPE
Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2276 8200
E-mail: equality@gov.mt
Web: www.ncpe.gov.mt
Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri 2021-2027
Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta’ ko-finanzjament: 90% fondi Ewropej; 10% fondi Nazzjonali
A CONFERENCE BY THE ENERGY & WATER AGENCY TOGETHER WITH THE GLOBAL WATER PARTNERSHIP (MEDITERRANEAN) ON
PROMOTING NON-CONVENTIONAL WATER RESOURCES IN MALTA
WED 15TH MARCH 2023, 9:00 TILL 16:30 AT ESPLORA
JOIN US FOR THE LAUNCH OF THE 4TH PHASE OF THE ALTERAQUA PROGRAM! THIS YEAR’S FOCUS IS ON PROMOTING NON-CONVENTIONAL WATER RESOURCES (NCWR), WITH A PARTICULAR EMPHASIS ON RAINWATER HARVESTING APPLICATIONS. NCWR IS AN INCREASINGLY CRITICAL TOPIC AS THE MALTESE ISLANDS SEEK TO ADAPT TO CLIMATE CHANGE AND IMPROVE WATER EFFICIENCY.
THE CONFERENCE WILL BRING TOGETHER FOREIGN AND LOCAL EXPERTS WHO WILL SHARE THEIR BEST PRACTICES AND FRAMEWORKS FOR INTEGRATING NCWR INTO INTEGRATED WATER RESOURCES MANAGEMENT (IWRM) PLANNING. FOLLOWING EACH SESSION, WE WILL HOLD A PANEL DISCUSSION TO ENCOURAGE STAKEHOLDERS TO CONTRIBUTE THEIR IDEAS AND OPINIONS AND GAIN A DEEPER UNDERSTANDING OF THE TOPIC.
REGISTER BY SENDING AN EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT OR CALL US AT +356 27772777
05.03.2023 07 Operational Programme – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges” Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% National Funds
Il-Birgu ttá Cospicua Il-Kalk
Ko-finanzjat millUnjoni Ewropea
Waqt il-laqgħa tal-Ministru Borg mal-Ministru Hayashi
BEJN GVERN U OPPOŻIZZJONI FATTI LI
Mill-2020 l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela dejjem kienet konsistenti fil-kwistjoni dwar il-konċessjonijiet
Fatti importanti li għamel enfasi fuqhom il-Prim Ministru u Mexxej Laburista fid-dibattitu Parlamentari li sar fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, jagħmlu distinzjoni kbira fil-mod kif il-Gvern u l-Oppożizzjoni qed jittrattaw il-kwistjoni tal-isptarijiet wara s-sentenza tal-Qorti Ċivili l-ġimgħa l-oħra.
Bl-iskuża tas-sentenza filQorti, flimkien ma’ argumenti oħrajn li m’għandhomx x’jaqsmu, il-Partit Nazzjonalista flaħħar jiem ħeġġeġ lin-nies biex illum jieħdu sehem fi protesta li se jkun qed jorganizza fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta. “Il-Qorti kellha numru ta’ ftehimiet xi tħassar, iżda ebda wieħed minn dawk ma ġie ffirmat wara Jannar tal-2020. Minn dakinhar ’il quddiem, ma ġie ffirmat assolutament ebda ftehim li jikkonċerna lil Steward Healthcare. Fl-aħħar tliet snin fil-konfront ta’ Steward Healthcare, ħadna pożizzjoni konsistenti, dejjem għednielhom ‘pacta sunt servanda’, li jfisser li l-pattijiet u l-obbligi legali qegħdin hemmhekk biex jiġu osservati. Dejjem għedna lil Steward li kellha obbligi legali li kienu ċari, kienet taf x’kienu l-obbligi legali li daħlet għalihom u li kellha tikkonforma ruħha magħhom,” iddikjara Dr Abela.
Hu kompla li “minn wara Jannar tal-2020, il-Gvern fittex lil Steward Healthcare għall-arretrati tat-taxxa li kienu akkumulaw, tant li llum il-ġurnata Steward daħħlet lill-Gvern il-Qorti għax hemm kontestazzjoni legali … mill-bidu tal-2020, lil Steward Healthcare ma tajnieha ebda pagament għajr dawk li kienu joħorġu mill-ftehimiet li kienu diġà ffirmati”.
B’reazzjoni għall-akkuża li Steward Healthcare ltaqgħu miegħu mindu sar Prim Ministru, Dr Abela qal li “iva, Steward Healthcare ġiet għandna darba, tnejn, tlieta u talbitna biex nirrevedu u nimmodifikaw il-ftehimiet eżistenti, inkluż il-ftehimiet prinċipali, u d-deċiżjoni finali tagħna kienet li mhu se jinbidel xejn mill-ebda wieħed mill-ftehimiet li kien hemm eżistenti”.
Il-Prim Ministru spjega filParlament li d-deċiżjoni aħħarija tal-Gvern kienet li dan kien se jistenna l-eżitu tal-kawża tal-Qrati. Huwa enfasizza wkoll li minn din id-deċiżjoni ma kellu ebda rimors, għax din kienet deċiżjoni li ttieħdet fl-interess nazzjonali. Deċiżjoni li ttieħdet wara diskussjonijiet wiesgħa li matulhom ġew esplorati x-xenarji kollha, tqieset ukoll kull
l-Isptar San Luqa, li kien tħalla abbandunat mill-aħħar Gvern Nazzjonalista wara li tlesta l-bini tal-Isptar Mater Dei. Grech u esponenti oħrajn tal-establishment Nazzjonalista ġew akkużati li qed jieħdu “rikba b’xejn” minn fuq il-kawża li nfetħet minn Adrian Delia (xellug)
konsegwenza possibbli, inkluż li l-Gvern ried jevita kwalunkwe konflitt possibbli eventwali ma’ sentenza tal-Qorti. Deċiżjoni li ttieħdet ukoll wara li l-Gvern qies ir-rapporti preċedenti talAwditur Ġenerali.
Din il-ġimgħa wkoll il-Qorti laqgħet ir-rikors imressaq mill-Prim Ministru Robert Abela, l-Avukat Ġenerali u l-entità
lajr fl-interess nazzjonali. Il-Qorti, ippreseduta millMaġistrat Miriam Hayman, niżżlet iż-żmien għal 20 jum mill-għoti tas-sentenza, li jfisser li kull appell issa jista’ jiddaħħal sa ġimagħtejn oħra. Il-kumpanija barranija oġġezzjonat bil-qawwa għas-sentenza u, fi stqarrija wara s-sentenza, qalet li qed “tirriserva d-dritt
ftehim wara l-2020. Importanti wkoll li f’każ t’appell u konferma tas-sentenza, il-Gvern jieħu lura l-isptarijiet u jimplimenta l-viżjoni tiegħu, fosthom li jibni sptar ġenerali ġdid f’Għawdex. F’dan kollu wkoll serħan il-moħħ għall-investituri ġenwini.
“L-investiment dirett barrani f’Malta se jibqa’ b’saħħtu
Robert Abela: Fl-aħħar tliet snin fil-konfront ta’ Steward Healthcare, ħadna pożizzjoni konsistenti … dejjem għednielhom ‘pacta sunt servanda’, li jfisser li l-pattijiet u l-obbligi legali qegħdin hemmhekk biex jiġu osservati
tal-Gvern responsabbli millartijiet, INDIS, biex jitnaqqas
il-perjodu ta’ 30 jum allokat
għall-appell bil-għan li jkun
hemm deċiżjoni definittiva filkwistjoni kemm jista’ jkun ma-
li tissalvagwardja l-interessi tagħha fil-fora legali u qrati għoljin f’Malta u barra”.
Punt importanti li ħareġ mid-diskors tal-Prim Ministru hu li l-Qorti ma ħassret ebda
għax hemm fiduċja f’Malta u l-ħaddiema,” enfasizza l-Prim Ministru t-Tnejn, waqt li insista li bid-deċiżjoni aħħarija li ttieħdet, il-Gvern ried ikun żgur li ma jikkatalizza ebda klawżola
li setgħet tintitola lil Steward Healthcare għal xi kumpens li ma kinitx intitolata għalih.
“U dan hu l-mod kif isiru l-affarijiet bis-serjetà,” kompla l-Prim Ministru fil-Parlament.
Hu fisser id-deċiżjoni talQorti l-ġimgħa l-oħra bħala mument ta’ responsabbiltà, li jiddetta l-interess nazzjonali, u dan bil-kontra ta’ kif qed iġib ruħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li s-sentenza servietu biss biex iżid id-doża tal-partiġjaniżmu.
Steward Healthcare għandha erba’ kuntratti, tnejn minnhom imorru lura għall-2015 u t-tnejn l-oħra għall-2016, u dwarhom il-Gvern dejjem tkellem b’mod konsistenti, inkluż meta kien hemm rapporti relatati mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO). Filfatt, fl-2020 il-Gvern kien ta messaġġ ċar li t-tagħlimiet li joħorġu mir-rapporti tal-NAO se jkunu qegħdin jittieħdu.
05.03.2023 08
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jindirizza lill-midja din il-ġimgħa quddiem
JIDDISTINGWU
tal-isptarijiet lil Steward Healthcare
Għaldaqstant, fil-kwistjoni kollha joħorġu wkoll il-prijoritajiet tal-Gvern, fuq nett li s-servizz tas-saħħa pprovdut f’pajjiżna jkun salvagwardjat.
B’hekk il-Mexxej Laburista ta serħan il-moħħ fuq tliet affarijiet fejn jidħol is-servizz tas-saħħa f’dawn l-isptarijiet. L-ewwel, li kull deċiżjoni li tittieħed se tkun xprunata mill-interess nazzjonali. It-tieni, li l-impjiegi kollha tal-impjegati f’dawn l-isptarijiet huma garantiti, għax pajjiżna għandu bżonn is-servizz tagħhom. It-tielet, u forsi l-aktar wieħed importanti, li s-servizzi tassaħħa li jingħataw minn dawn l-isptarijiet se jibqgħu għaddejjin b’mod normali, inkluż bi pjan li diġà tħejja minn qabel għal din l-eventwalità.
L-atteġġjament tal-Oppożizzjoni fil-kwistjoni kollha, iżda, kienet totalment opposta u l-aktar li spikka kien li, filwaqt li fil-każ ġudizzjarju li tressaq minn Adrian Delia dak iżżmien bħala Kap tal-Oppożizzjoni, il-Grupp Parlamentari kien ħallieh għalkollox waħdu. Appena ħarġet id-deċiżjoni, deputati u esponenti, inklużi dawk li kienu l-perċimes biex iqalftu lill-istess Delia mill-ogħla kariga fil-Partit, rikbu fuq ilkawża għal skopijiet politiċi partiġjani.
Angele Cuschieri u Rennie Zerafa quddiem il-binja fil-qalba ta’ Londra, li bdiet tiġi rranġata fl-aħħar ġranet
TIBDA TIĠI KKONVERTITA
“DAR CALVAGNA” F’LONDRA
L-appartamenti fil-qalba ta’ Londra li nxtraw minn Puttinu Cares bl-appoġġ tal-poplu u l-Gvern mistennija jitlestew sa tmiem l-2024
Bdew ix-xogħlijiet fuq il-blokka ta’ appartamenti fil-qalba ta’ Londra, li nxtrat minn Puttinu Cares, biex tiġi rranġata u kkonvertita ħalli tkun tista’ takkomoda bla ħlas aktar ċittadini lokali li jkollhom bżonn il-kura hemmhekk, inkluż għall-kanċer.
twil però flimkien naslu,” kompliet l-istqarrija, waqt li għalqet b’appell għall-għaqda filĠimgħa l-Kbira “ħalli ngħinu aktar pazjenti u nagħmlu din il-ħolma realtà”.
L-għaqal tal-Gvern joħroġ ukoll meta fl-istess dibattitu
Parlamentari d-Deputat Prim
Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li, kieku l-Istat qagħad fuq dak li riedet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u jkeċċi lil Steward Healthcare mill-konċessjoni tal-isptarijiet b’mod immedjat, il-pajjiż kien ikollu joħroġ €100 miljun. Minflok, il-Gvern ħalla l-istituzzjonijiet jaħdmu u stenna l-eżitu tad-deċiżjoni tal-Qrati.
“Kieku Bernard Grech sar Prim Ministru, qabad u keċċa lil Steward Healthcare, jew kieku l-Gvern għażel li jisma’ minnu, allura Steward kienu jispiċċaw jitilqu, imma b’€100 miljun fil-but,” tenna Mr Fearne, waqt li fakkar li fl-istess perjodu l-pajjiż kien għaddej ukoll mill-akbar pandemija f’għexieren ta’ snin, bħall-bqija tad-dinja.
Mario Galea kien ċar u ddeskriva lillGrupp Parlamentari u t-tmexxija Nazzjonalista bħala “oqbra mbajda”. Fuq il-midja soċjali, Galea kkummenta dwar kif sagħtejn wara li ngħatat id-deċiżjoni millImħallef Francesco Depasquale, il-PN tella’ konferenza tal-aħbarijiet bis-sehem tal-esponenti ewlenin tal-establishment u akkuża lil Bernard Grech innifsu li qed jieħu “rikba b’xejn”.
L-editorjal tal-ġurnal L-orizzont nhar l-Erbgħa li għadda wkoll semma kif is-sentenza tal-Qorti sempliċiment mhux se ssolvi xejn fil-PN, anzi se tkompli toħloq iżjed qasmiet u konflitti milli diġà jeżistu.
Dan partikolarment għax, bid-deċiżjoni tal-Qorti, il-fazzjoni ta’ Adrian Delia reġgħet issaħħet fil-PN, waqt li l-establishment, li bħalissa għandu l-kontroll sħiħ tal-Partit, qed jipprova jnaqqaslu l-importanza tiegħu fil-każ kollu.
Dikjarazzjonijiet tal-elementi ewlenin tal-establishment stess indikaw kif “Adrian Delia jaħseb u jittama biss li b’dak li għamel jista’ jiġi riabilitat filPN.”
Il-binja kbira qrib Regent’s Park u allura ftit minuti bogħod mill-isptarijiet ewlenin fil-kapitali Ingliża nxtrat u qed tiġi kkonvertita grazzi għad-donazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin u għotja mill-Gvern Malti ta’ €5 miljun, li ġejjin mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) u self b’rata ta’ interessi vantaġġuża mill-Bank Of Valletta biex ikunu koperti l-ispejjeż.
Stqarrija, iffirmata minn Angele Cuschieri u Rennie Zerafa, nhar il-Ħamis li għadda tat l-aħbar ta’ dan l-aħħar żvilupp fil-proċess biex binja ta’ 24 appartament tiġi kkonvertita kif jirrikjedu l-esiġenzi fil-ħidma ta’ Puttinu Cares u fl-istess ħin kif nhar is-7 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira, se tkun qed tittella’ maratona ta’ ġbir ta’ fondi biex tkompli ħidma sfiqa f’dan ir-rigward.
Il-proġett li se jiswa mal-£20 miljun (€22.6 miljun) se jwassal għall-ħolqien ta’ akkomodazzjoni msemmija “Dar Calvagna”, b’tifkira ta’ Dr Victor Calvagna, kofundatur ta’ Puttinu, li miet f’inċident tat-traffiku fil-bidu tal-2022.
“L-imħabba li turu ma’ ħutna fil-bżonn ma tmut qatt. Illum ġejna Londra u qed insegwu l-progress tal-binja li nxtrat biex il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jużaha bla ħlas f’mumenti ta’ bżonn. Wara tfittxija ta’ seba’ snin irnexxielna nsibu din il-proprjetà għaxar minuti mixi mill-isptarijiet fiċ-ċentru ta’ Londra,” qalu Cuschieri u Zerafa, waqt li enfasizzaw li l-proprjetà hi bla ċens biex din tibqa’ ta’ Malta u talMaltin għal dejjem.
“Flus li nġabru mid-donazzjonijiet tiegħek ġew investiti b’għaqal, b’onestà u b’serjetà kbira. Ix-xogħol miexi ġmielu. Qed inġibuha ġebel u saqaf minn ġewwa u applikajna għal sular ieħor biex nakkomodaw iżjed nies. Proċess
F’Ġunju tas-sena li għaddiet, Dr Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, ippresediet l-iffirmar tal-kuntratt fil-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra għax-xiri tal-binja fejn l-organizzazzjoni filantropika kienet rappreżentata minn Cuschieri u Zerafa, President u Kap Uffiċjal Eżekuttiv ta’ Puttinu Cares rispettivament.
B’hekk il-binja, qrib l-Isptar Great Ormond u l-istazzjonijiet tal-ferrovija Kings Cross u St Pancras, għaddiet f’idejn il-Fondazzjoni u żdiedet mal-proprjetajiet li din diġà għandha f’Sutton, ’il barra miċ-ċentru ta’ Londra. Dawn tal-aħħar jospitaw 20 appartament ieħor li jaqdu lil dawk li jieħdu kura fl-Isptar Royal Marsden.
Dakinhar tal-iffirmar l-organizzazzjoni kienet qalet li “Puttinu hu xhieda li, fejn tidħol it-tbatija, pajjiżna hu wieħed mill-iżjed postijiet ġenerużi fid-dinja. Inħossuna responsabbli tal-fiduċja li l-poplu Malti u Għawdxi dejjem wera fina u rridu nħallu wirt li jibqa’ jintuża mill-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Dan il-proġett għandu jkun ta’ unur għal pajjiżna fejn anke l-barranin jistagħġbu bl-għaqal tal-poplu tagħna.”
Ingħad li l-iskop ta’ dawn l-appartamenti dejjem jibqa’ biex il-pazjenti u qrabathom jiffokaw fuq it-trattament u l-fejqan, filwaqt li Puttinu jerfa’ biċċa mill-piż tat-tbatija tagħhom billi joffrilhom serħan il-moħħ li se jsibu appartament dinjituż jistenniehom bla ma jħallsu xejn.
Dr Abela kienet irrimarkat li “dan hu investiment li jmur lil hinn mill-binja nnifisha, iżda hu investiment f’kull familja li tgħix f’pajjiżna li ma tkunx taf jekk hux se tasal jew meta se tasal is-siegħa tal-bżonn tagħha”. Ħeġġet lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex jibqa’ jkun ta’ spalla għal Puttinu Cares kif dejjem ikun hu fl-aktar mumenti ta’ bżonn.
05.03.2023 09
IL-WSC QED TINVESTI MAS-€7.5 MILJUN F’TITJIB TAL-INFRASTRUTTURA TAGĦHA
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) għaddejja bl-ewwel fażi ta’ proġett estensiv biex tkabbar is-sistema tad-drenaġġ f’Birżebbuġa u tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-lum u tal-futur għar-residenti tal-lokalità.
Dan hu proġett wieħed biss minn erbgħa ewlenin li qed tagħmel madwar il-pajjiż il-korporazzjoni biex issaħħaħ l-infrastruttura tagħha, b’investiment totali li mistenni jaqbeż is-€7.5 miljun.
Ix-xogħlijiet fl-ewwel fażi tal-proġett f’Birżebbuġa jinkludi katusi ġodda tad-drenaġġ fi Triq taż-Żibra, b’investiment ta’ €300,000, .
Waqt żjara lill-ħaddiema li għaddejjin bix-xogħlijiet, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli spjegat li b’dawn ix-xogħlijiet, il-WSC qed iżżid il-kapaċità tas-sistema tad-drenaġġ f’Birżebbuġa b’40%, biex tkun aktar b’saħħitha u jonqsu r-riskji ta’
diffikultajiet fit-toroq tal-inħawi.
L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Karl Cilia spjega li fit-tieni fażi tal-proġett, bl-għajnuna ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea, hu ppjanat li jiġu installati katusi kbar ġodda taħt l-art max-xatt fi Triq San Patrizju, f’rotta li tibqa’ sejra sal-inħawi tal-Port Ħieles. Dawn il-katusi mhux biss se jsaħħu s-servizzi tad-drenaġġ f’ħafna toroq residenzjali tal-madwar, iżda se jeliminaw ukoll l-isfida li ilha snin tifaċċja l-korporazzjoni, hekk kif ilma baħar qed jiskula fil-katusi antiki f’din iż-żona, u jżid il-pressjoni fuq is-sistema tad-drenaġġ.
Fl-aħħar nett, b’dan il-proġett se jkun aktar faċli li d-drenaġġ jitwassal fl-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Ta’ Barkat, biex jiġi ttrattat u jinbidel f’ilma tajjeb għat-tisqija.
Il-Ministru Dalli qalet li dan il-proġett f’Birżebbuġa
LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI
Fil-ġimgħa li ġejja se jissoktaw il-Laqgħat Ġenerali Annwali talkumitati lokali bħala parti mill-ħidma amministrattiva tal-Partit Laburista. Rappreżentanti u uffiċjali tal-Partit se jkunu qed iduru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex biex jattendu għal dawn il-laqgħat statutorji, li jsiru fiċ-ċentri rispettivi tal-lokalitajiet.
Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tad-distretti, li jibdew minn nofs dan ix-xahar, huma skedati li jsiru f’wieħed miċ-ċentri tal-lokalitajiet li jiformaw parti mill-istess distrett rispettivament.
Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-lokalitajiet u tad-distrett (fejn indikat), li se jsiru sal-Ħadd li ġej, huma:
It-Tnejn 6 ta’ Marzu: Ħal Kirkop, il-Gżira, l-Imsida u l-Għarb;
It-Tlieta 7 ta’ Marzu: in-Naxxar, il-Fgura, il-Ħamrun u ż-Żebbuġ;
L-Erbgħa 8 ta’ Marzu: il-Furjana, il-Gudja, Marsaskala u x-Xagħra;
Il-Ħamis 9 ta’ Marzu: San Pawl il-Baħar, ix-Xgħajra, Santa Luċija u l-Marsa;
Il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu: iż-Żurrieq, Ħal Luqa, Santa Venera u l-Birgu;
Il-Ħadd 12 ta’ Marzu: Ħal Għaxaq, il-Mellieħa, Birkirkara, Birżebbuġa u r-Rabat, Għawdex (Kumitat Distrettwali).
jingħaqad ma’ xogħlijiet li l-Korporazzjoni qed tagħmel f’lokalitajiet oħrajn.
Max-Xatt ta’ Ta’ Xbiex qed twettaq proġett ta’ madwar €1 miljun ikkofinanzjat mill-UE biex tinstalla sistema ġdida tad-drenaġġ u ttaffi l-problemi li din iż-żona kienet ilha tifaċċja minħabba l-infrastruttura qadima li kien hemm qabel.
Xogħlijiet oħrajn għaddejjin Ħal Qormi u l-Marsa, fejn il-Korporazzjoni qed tpoġġi medda ta’ katusi ġodda f’tul ta’ 1.6 kilometri ħalli tilqa’ għaż-żieda fid-domanda f’dawn l-inħawi u ttejjeb il-flessibilità tas-sistema f’każ ta’ ħsarat jew manutenzjoni.
Proġett ieħor b’investiment ta’ €2.7 miljun li għaddej bħalissa fl-inħawi tan-Naxxar u s-Salini se jwassal biex il-WSC tibdel 3.6 kilometri oħra ta’ katusi taddrenaġġ fiż-żmien li ġej.
05.03.2023 10
Il-Ministru Dalli żżur ix-xogħlijiet li qed isiru f’Birżebbuġa, fost erba’ proġetti, inkluż fil-Marsa (lemin), biex titjieb is-sistema nazzjonali tad-drenaġġ
72 APPLIKAZZJONI GĦAL TĦADDIR TA’ ŻONI KOMUNITARJI
L-iskema Community Greening Grant, investiment fi proġetti ħodor fil-qalba tal-komunitajiet Maltin u Għawdxin, ingħalqet b’suċċess bi 72 applikazzjoni minn diversi għaqdiet u kunsilli lokali, ħabbar ilbieraħ il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green, Steve Ellul, fil-programm Sibt il-Punt fuq ONE Radio.
“Nedejna skema ta’ €10 miljun u għedna lin-nies, lill-kunsilli, lill-għaqdiet volontarji ‘għidulna xi tridu fil-lokalitajiet tagħkom fejn tgħixu jew taħdmu, imbagħad ħallu f’idejna’. Illum nista’ ngħid li l-iskema għalqet u rċevejna xejn inqas minn 72 applikazzjoni, 72 xewqa,” stqarr Ellul.
Din l-iskema li tnediet f’Jannar li għadda tagħmel parti mill-akbar proġett ambjentali li qatt ra pajjiżna fejn se jkunu qed jiġu allokati €700 miljun fuq seba’ snin, kif imwiegħed fil-manifest elettorali “Malta Flimkien”.
L-għan tal-ewwel skema hu li jinħolqu spazji ħodor ġodda u li ssir riġenerazzjoni ta’ żoni oħrajn li diġà jeżistu biex jitgawdew iżjed min-nies.
Fl-intervent li għamel fuq ONE, Ellul tenna li rridu fil-prattika nkomplu naraw li nkomplu nagħtu spazji miftuħa lillMaltin u Għawdxin u fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jitħabbru l-proġetti li ntgħażlu minn dawn l-applikazzjonijiet.
Hu ħabbar ukoll: “Fil-ħmistax li ġejjin se nkunu qed inniedu spazji miftuħa ġodda, wieħed fin-Nofsinhar tal-pajjiż, forsi l-iktar lokalità industrijalizzata tal-pajjiż, Birżebbuġa. Hemm għandna xewqa li nagħtu wieħed mill-akbar spazji miftuħa lin-nies tan-naħa t’isfel li ilhom jistennew dan ilproġett u fil-fatt kif dħalt mal-ewwel ġurnata Project Green għamiltha ċara ħafna li dan il-proġett irid jitlaq fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena u ħa nkunu qed intellquh qabel l-ewwel tliet xhur. Ħa nkunu qed inniedu proġett ieħor din il-ġimgħa stess ta’ spazju li kien jintuża diġà bħala dog park, imma meta mort hemmhekk rajt li hemm bżonn li dawn l-ispazji jkunu ta’ kwalità.”
QEGĦDIN JIĠU IDENTIFIKATI SOLUZZJONIJIET GĦAT-TRAFFIKU
Bil-għan li jindirizza l-isfidi tat-trafku f’Malta, b’mod partikolari fl-aktar ħinijiet beżlin (rush hour), il-Gvern qed jaħdem biex jidentifika l-aħjar prattiċi għal soluzzjonijiet ta’ benefiċċju.
Waqt laqgħa dwar dawn it-temi bejn ilMinisteru għat-Trasport u l-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, il-Kap Eżekuttiv ta’ din talaħħar Abigail Mamo qalet li t-trafku jaffettwa lill-membri kollha tagħha u għalhekk tilqa’ l-konsultazzjoni wiesgħa bl-intenzjoni ċara li titjieb is-sitwazzjoni.
Mamo rrikonoxxiet li kulħadd jeħtieġ li jerfa’ r-responsabbiltà, flimkien mas-settur privat, li
hu msieħeb importanti, waqt li esprimiet l-impenn tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji biex tipparteċipa u tikkontribwixxi fil-proċess. “Flimkien mal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji u l-imsieħba tagħhom, iddiskutejna l-proposti li qegħdin inressqu. Hemm appoġġ u ideat li qed jiġu bihom u nħares ’il quddiem biex kif nifnalizzaw il-proposti nkunu tassew nistgħu nimplimentawhom,” qal il-Ministru Farrugia. Hu tenna wkoll li dawn il-laqgħat, immexxija mill-konsulent u akkademiku l-Professur Gordon Sammut, mistennija jħallu l-frott hekk kif qed ikunu involuti l-partijiet interessati kollha.
05.03.2023 11
Waqt il-laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji fejn ġew diskussi s-soluzzjonijiet possibbli għall-quddiem
IL-VALIDITÀ TAS-SEBGĦINIJIET
kif inħatret Ministru Żvediż għall-Anzjani u s-Sigurtà Soċjali, ippresediet laqgħa ta’ livell għoli fi Stokkolma fuq jumejn.
li ġenerazzjonijiet suċċessivi tal-anzjani huma kapaċi jżommu l-fakultajiet mentali u intellettwali tagħhom għal perjodi itwal.
L-Iżvezja hija d-detentur attwali tal-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.
L-Iżvezja hija kompletament konxja tal-fatt li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom popolazzjonijiet li qed jixjieħu u li hija r-responsabbiltà tal-Kunsill u tal-istati membri individwali li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-persuni anzjani b’soluzzjonijiet fil-pront, estensivi u sostenibbli.
Għal dan il-għan, l-Onorevoli Anna Tenje, li għadha
Il-laqgħa kienet tikkonsisti minn lekċers minn xjenzati esperti u amministraturi f’diversi oqsma segwiti minn diskussjonijiet innovattivi tal-panel. Il-qofol tal-laqgħa kien il-ġemellaġġ ta’ strateġiji għall-anzjani attivi, b’saħħtu, produttiv u l-provvista xierqa ta’ kura għall-anzjani dipendenti. Se niddiskuti dawn it-temi wara xulxin.
It-titjib kbir fil-mudelli tas-sanità u l-kura tassaħħa wassal għal żieda fil-lonġevità. Il-lonġevità waħedha, madankollu, qatt ma tista’ tikseb il-potenzjal sħiħ u l-valur tagħha jekk il-kwalità tal-ħajja ma tiġix ikkunsidrata b’mod ħolistiku.
Għalkemm ngħixu fi żminijiet ta’ kuxjenza akbar dwar l-inċidenza li qed tiżdied tad-dimensja, riċerka tal-popolazzjoni mwettqa kif suppost tikkonferma
Jidher li l-evoluzzjoni tal-bniedem aċċellerat matul is-seklu li għadda. Ovvjament, għalhekk, jeħtieġ li ssir diskussjoni serja dwar ix-xejriet tax-xogħol - jiġifieri l-ingaġġ ta’ persuni anzjani (lil hinn mill-età tal-pensjoni attwali) fil-forza tax-xogħol.
Dan m’għandux jitqies sempliċement bħala d-dritt tal-individwu għal impjieg bi qligħ, iżda bħala kunċett li jista’ jagħti spinta lill-ekonomija.
Biex insemmu eżempju, f’Malta, il-forza tax-xogħol ta’ 60 sena + żdiedet minn 6,500 għal 17,500 fil-perjodu 2010 sal-2021. Matul dan iżżmien, ir-rata ta’ impjieg ta’ persuni ta’ bejn il-55 u l-64 sena żdiedet minn 29.1% għal 52.3%.
Fil-ġejjieni, għandna nippromwovu l-impjegabilità billi ntejbu l-aċċess għattagħlim tul il-ħajja bil-għan ta’ titjib fil-ħiliet. Għand-
na nistinkaw biex intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz ta’ regolamentazzjoni aħjar dwar kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għassaħħa.
Il-flessibbiltà fit-tranżizzjonijiet mix-xogħol għall-irtirar u r-restrizzjoni tal-finanzjament pubbliku tal-iskemi tal-irtirar kmieni għandhom ikunu l-mudell lejn ħajjiet tax-xogħol itwal u ta’ sodisfazzjon.
Fir-rigward tal-kura fittul, id-data turi li aktar minn 75% tal-forza tax-xogħol hija impjegata fil-kura residenzjali. F’dan is-settur, Malta tmexxi l-pakkett bl-ogħla sehem ta’ ħaddiema barranin bi 43% (il-Lussemburgu 21%, l-Irlanda 19% u l-Awstrija 14%).
Lokalment, 46% ta’ dawn il-ħaddiema barranin huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi (l-Awstrija 5% u l-Lussemburgu 4%), filwaqt li l-bqija (54%) huma ċittadini mobbli tal-UE.
Il-carers residenti f’Malta huma mħarsa mil-leġiżlazzjoni dwar il-paga minima
MIT-TKABBIR GĦAL KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR
taż-żona ewro u tisboq dak li kien qed jiġi mbassar minn istituzzjonijiet barranin.
Dan l-istħarriġ jixhed ir-reżiljenza tan-negozji li minkejja l-pandemija u l-konsegwenzi kollha li qed iġġib magħha l-gwerra fl-Ukrajna dejjem sabu s-sostenn tal-Gvern u baqgħu kapaċi jilqgħu għall-isfidi bla preċedent.
Din il-ġimgħa rajna statistika oħra pożittiva għal pajjiżna hekk kif skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, juru li s-sena li għaddiet l-ekonomija Maltija kibret bi kważi 7% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Din hija aħbar pożittiva ħafna meta tqis li din ir-rata hija d-doppju tal-medja
Insemmi eżempju kif fi żmien il-pandemija, il-Gvern ta serħan il-moħħ lin-negozji u lill-ħaddiema anke meta ġie mbassar li ser jintilfu 50,000 impjieg hekk kif ingħataw iktar minn €1.6 biljun f’għajnuniet.
F’pajjiżi Ewropej oħra ftit ’il bogħod minna n-negozji qed jiġu mwaqqfa milli jkomplu jaħdmu billi tinqatgħalhom il-provvista tal-elettriku minħabba l-kriżi fil-qasam tal-enerġija.
Malta m’għandhiex din il-problema għaliex għand-
na Gvern b’saħħtu bi prijoritajiet ċari u l-intrapriżi qed jibqgħu jaħdmu mingħajr xkiel għax qed jirċievu sussidji mingħand il-Gvern f’dan il-qasam.
Bħala s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, f’dawn il-ġimgħat kont impenjat inżur diversi intrapriżi u postijiet tax-xogħol.
Wara li tkellimt man-negozjanti u l-ħaddiema komplejt nikkonferma kemm hija importanti l-għajnuna li l-Gvern jagħti lin-negozji mhux biex għaliex qed tkompli tigi msaħħa l-ekonomija Maltija imma wkoll għax qegħdin jiġu ġġenerati aktar impjieġi ta’ kwalità b’kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin.
Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema minn dejjem kienu ferm għal qalb dan il-Gvern u dan jidher biċ-ċar fid-diversi inizjattivi u miżuri li l-Gvern ħa sabiex ikompli jtejjeb
(f’Ċipru, ma jingħatawx din is-salvagwardja u bil-maqlub huma rreġistrati bħala housekeepers).
L-Istati Membri individwali għandhom jagħmlu ħilithom biex iħaddnu strateġiji li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, jistabbilixxu politiki biex itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ u biex jidħlu f’kampanji ta’ informazzjoni interġenerazzjonali.
Bi pjaċir nirrapporta li għalkemm mhumiex perfetti, ir-rappreżentanti tal-istati membri l-oħra rrimarkaw b’mod favorevoli fuq l-isforzi ta’ Malta f’dan is-settur.
L-istrateġija nazzjonali tagħna għat-tixjiħ attiv bil-pilastri tagħha ta’ inklużjoni, tixjiħ b’saħħtu u promozzjoni tad-diversità, hija meqjusa tajjeb ħafna. Is-servizzi tagħna bbażati fil-komunità, li jinkludu l-helpline tad-dimensja fost ħafna oħrajn, u l-ispinta tagħna biex nippromwovu proġetti interġenerazzjonali bħal “Adopt a Granny” qed jiġbdu kummenti pożittivi.
Aħna ħerqana li naħdmu aktar flimkien.
il-kwalità ta’ ħajjithom. Biss biss insemmi kif is-sena li għaddiet id-dħul tal-ħaddiema tela’ bi kważi €650 miljun.
Apparti hekk rajna li ndaħħlu fis-seħħ liġijiet ġodda li jagħtu aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol. Għaliex filwaqt li x-xogħol huwa importanti, tajjeb ukoll li jkollna ħin sabiex ingawdu lil dawk l-aktar għeżież għalina.
Għax aħna viċin in-nies u ta’ kuljum nisimgħu l-isfidi li jiffaċċjaw. Stajna nindirizzaw ukoll il-problemi li kien hemm f’ċerti setturi tax-xogħol, pereżempju kif għamilna permezz tal-liġi li daħħalna dwar il-ħaddiema ta’ pjattaforma diġitali.
Issa dawn il-ħaddiema għandhom kundizzjonijiet ferm aħjar u qegħdin joperaw f’suq regolarizzat. L-istess approċċ qegħdin nużaw bħalissa hekk kif qegħdin naħdmu fuq ir-reviżjoni tal-
Wage Regulation Orders u anke wkoll il-liġi li tirregola t-temping agencies. Snin ilu, meta dan il-Gvern ħa fi tmun tiegħu t-tmexxija ta’ dan il-pajjiż, il-ħidma tagħna kienet iffukata sabiex niġġeneraw aktar impjiegi hekk kif ir-rata ta’ qgħad fl2013 kienet ta’ 6.4%.
Illum il-ġurnata s-sitwazzjoni hija differenti għaliex għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna, dik ta’ 3%. F’dan ir-rigward, fil-kuntest tad-dinja tax-xogħol jekk fil-passat kienu jgħidu li għal kull għadma hawn mitt kelb, illum għal kull kelb hawn mitt għadma.
B’hekk huwa d-dmir tagħna li nkomplu nsaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema mhux biss sabiex is-suq tax-xogħol ikompli jattira l-aqwa talent imma wkoll sabiex il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin tkompli titjieb.
05.03.2023 12
Segretarju Parlamentari u Whip għall-Gvern
ANDY ELLUL
JO ETIENNE ABELA Ministru
LEJN SERVIZZ AĦJAR FIT-TURIŻMU
fis-servizz, il-komunikazzjoni bażika u l-etika huma fatturi ewlenin li jistgħu jkunu determinanti fl-esperjenza pożittiva jew anqas fost il-viżitaturi.
Il-kompetittività ta’ pajjiżna fis-settur turistiku qiegħda kontinwament tiżdied għal ħafna pajjiżi, inkluż Malta. Il-pandemija kienet opportunità biex kwalunkwe pajjiż jirrikonoxxi kif ser itejjeb ilmudell turistiku tiegħu abbażi tad-domanda u l-esiġenza li qiegħed jitlobna t-turist tal-lum.
Nifhmu li iżjed minn qatt qabel it-turisti qegħdin iħarsu iżjed lejn esperjenza ħolistika turistika li tkun waħda ospitabbli. Il-kwalità
Għalhekk, il-Gvern flimkien mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi welled skola ta’ taħriġ fi ħdan l-istess istituzzjoni bil-għan li din tindirizza n-nuqqasijiet ta’ ħiliet kemm fl-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu lokali kif ukoll internazzjonali permezz ta’ programmi ta’ taħriġ innovattivi u ta’ kwalità għolja li jtejbu l-ħiliet tal- ħaddiema u jtejbu l-provvista tal-kwalità tas-servizz fl-industrija.
Il-programmi ser jiżgu-
raw li l-professjonisti mħarrġa mill-iskola ta’ taħriġ tal-ITS jilħqu u jaqbżu l-aspettattivi tal-klijenti kif ukoll tal-kumpanija. L-enfasi tal-iskola ta’ taħriġ hija li tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ ta’ kwalità, aġġornati u relevanti; tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-klijenti tagħha; l-adozzjoni ta’ skeda ta’ taħriġ flessibbli biex tilħaq l-iskeda tal-klijenti; u t-twettiq ta’ taħriġ eċċellenti. Nifhmu li approċċ wieħed għal kulħadd mhuwiex possibbli peress li t-taħriġ, l-iskedi, u l-pass tat-tagħlim tal-impjegati jistgħu jvarjaw. Għalhekk, din l-istess skola ser toffri skedi ta’ taħriġ
flessibbli li ser ikun qiegħed isir fil-faċilitajiet preżenti tal-ITS jew saħansitra fuq ilpost tax-xogħol tagħhom stess.
Din l-iskola ser toffri wkoll rapidità fil-programmi ta’ taħriġ lesti u korsijiet qosra li jistgħu jiġu adattati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-għanijiet speċifiċi ta’ min iħaddem u tal-impjegati. Għalhekk, l-iskola ser tkun maqsuma f’ħames taqsimiet li jinkludu: Immaniġġjar fil-lukandi, ikel u xorb, vjaġġar u turiżmu, avvenimenti, sports, divertiment u programmi oħra ta’ taħriġ li jafu jiġu ta’ neċessità fiż-żmien li ġej.
Dawn il-programmi huma
Din l-iskola ser toffri wkoll rapidità fil-programmi ta’ taħriġ lesti u korsijiet qosra li jistgħu jiġu addattati biex jissodisfaw
il-ħtiġijiet u l-għanijiet speċifiċi ta’ min iħaddem u tal-impjegati
M’HEMMX ĠUSTIZZJA BLA UGWALJANZA
Faċli tgħid li tista’ tagħmel xi ħaġa imma kemm verament tista’ tagħmilha fil-prattika?
Għaldaqstant, kull min jemmen fil-ġustizzja soċjali, irid jara li fil-prattika wieħed verament ikollu opportunitajiet ugwali.
minna ma stajniex inkomplu bl-istudji tagħna, u nsibu l-impjieg li dejjem xtaqna.
bbażati fuq għajnuna lill-individwi u lis-settur tal-ospitalità biex jilħaq l-għan prinċipali: Servizz aħjar fitturiżmu. Irridu nirrikonoxxu li għad għandna sfidi fejn jidħol dan ir-rigward li jeħtieġ nibqgħu nindirizzaw b’mod kontinwu. Qegħdin nosservaw li t-turisti huma mistennija jfittxu destinazzjoni li toffri value for money fid-dawl tal-isfidi internazzjonali li d-dinja għaddejja minnhom.
Għalhekk, l-edukazzjoni ser tkun arma importanti li permezz tagħha nibnu mudell turistiku iżjed sostenibbli li jikkumplimenta l-kwalità fl-esperjenza tal-viżitaturi u l-benesseri ġenerali tal-popolazzjoni lokali. Is-sostenibbiltà hija ħtieġa mhux għażla għaliex permezz tagħha jkollna turisti li jżuru l-Gżejjer Maltin fuq medda ta’ sena sħiħa. Biex naslu għandna l-isfidi tagħna iżda determinati li negħlbuhom sal-punt li negħlbu l-istaġjonalità darba għal dejjem mit-turiżmu Malti.
Nemmen li ma jistax ikollok ġustizzja soċjali jekk ma jkollokx ugwaljanza. Din mhijiex slogan politiku, iżda pjan ta’ ħidma li kull min jemmen fil-ġustizzja soċjali jrid ikollu.
Li taħdem favur il-ġustizzja soċjali, tfisser li taħdem sabiex tipprovdi s-sapport neċessarju sabiex ikun hemm opportunitajiet ugwali għaċ-ċittadini kollha. B’opportunitajiet indaqs, kulħadd ikollu l-opportunità li jiżviluppa t-talenti, jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu u jgħix il-ħolma ta’ ħajtu.
Kemm ngħidu li kulħadd jista’ jistudja u jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu, li kulħadd għandu dritt jagħżel il-professjoni li jixtieq, iżda kieku fil-passat Gvernijiet Laburisti ma ħadux id-deċiżjoni li jkollna edukazzjoni b’xejn għal kulħadd, kif tista’ tgħid li kulħadd jista’ jilħaq dak li jixtieq, jekk ma jkollux il-mezzi sabiex jagħmel dan?
Kieku ma kinitx dik id-deċizjoni għaqlija, kieku llum ħafna
L-istess mod japplika għal uliedna, minkejja li bħala ġenituri nagħmlu minn kollox sabiex narawhom jikbru fl-iżvilupp akkademiku tagħhom, b’tant sagrifiċċji, kieku ma kinitx dik id-deċiżjoni għaqlija li kulħadd ikollu opportunità li jitgħallem il-professjoni li jixtieq hu, mingħajr ħlas, kieku ħafna minna ma stajniex naraw lil uliedna jiggradwaw.
Dan qiegħed ngħidu biex nirrealizzaw kemm il-politika taffettwa l-ħajja ta’ kuljum li ngħixu bħala soċjetà, u kemm deċiżjoni tibqa’ tħalli l-impatt tagħha għal ġenerazzjonijiet futuri.
Kemm kien importanti li żidna l-istipendji tal-istudenti; għamilna l-eżamijiet b’xejn, privat b’xejn u trasport b’xejn għall-istudenti tagħna. Issa ukoll, bħalma ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela, minbarra l-istipendju, l-apprentisti se jibdew jitħallsu wkoll bil-paga minima.
Fejn jidħlu d-drittijiet ċivili, rajna avvanzi kbar u dan grazzi għar-riformi li għamel Gvern Laburista sabiex komplejna naħdmu favur l-ugwaljanza.
Fejn tidħol is-saħħa, l-ugwaljanza hija kruċjali. Kien fundamentali meta l-Perit Duminku Mintoff għamel isservizz tas-saħħa b’xejn għal kulħadd. Li kieku ma ħadniex dik id-deċiżjoni, konna naslu
Fejn jidħlu d-drittijiet ċivili rajna avvanzi kbar u dan grazzi għar-riformi li għamel Gvern Laburista sabiex komplejna naħdmu favur l-ugwaljanza
f’punt fejn min m’għandux flus imut, u min jista’ jħallas ifiq. Fl-1979, età medja f’pajjiżna kienet ta’ 67. Illum hija 85 għan-nisa u 83 għall-irġiel. Deċiżjoni bħal dik kienet tant ta’ ġid għall-poplu tagħna, li biha ara b’kemm żidna l-ħajja. Kemm nisimgħu li kulħadd għandu dritt li jsir ġenitur… iżda imbagħad kellna sitwazzjoni fejn l-apparat tal-IVF tħalla fil-kaxxi tal-kartun. Kif tista’ tgħid li temmen f’dan id-dritt, imbagħad ta’ tkunx ta’ spalla għal kull min jixtieq isir ġenitur, u tipprovdi l-mezzi u l-apparat neċessarju?
Għaldaqstant, Gvern Laburista wettaq ir-riformi meħtieġa sabiex ikun ta’ sostenn għal dawn il-ġenituri fil-prattika.
Dan kollu nemmen li għandna nibqgħu naħdmu fuqu, għaliex ir-realtajiet tas-soċjetà tagħna jinbidlu u jeħtieġ li nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa, sabiex verament naraw li l-ġustizzja soċjali titħaddan fil-prattika… fil-ħajja ta’ kuljum tal-familji Maltin u Għawdxin.
05.03.2023 13
Ministru CLAYTON BARTOLO
ANTHONY AGIUS DECELIS
Waqt dent la awtoritajiet ma’ F’taħditiet gins, ju konfermaw bejn iż-żjara ta s-sena bejn Il-President l-oħrajn, enfasi urtà fil-klima iterran, Għal kumpanjat il-Volontarjat Portelli, an bolizza na ikat tal-Irlanda. F’Dublin, Prim iffokat fil-klima, il-President u s-Senat.
05.03.2023 14
Nhar
l-belt
mal-President
IL-ĦBIBERIJA MAL-IRLANDA ENFASIZZATA FI ŻJARA STATALI
MILL-PRESIDENT VELLA
Waqt żjara statali ta’ tlett ijiem li kellu fl-Irlanda, il-President tar-Repubblika George Vella kellu taħditiet mal-ogħawtoritajiet tal-pajjiż li wkoll jaqsam affarijiet komuni ma’ pajjiżna, apparti li hu membru fl-Unjoni Ewropea. F’taħditiet mal-President tal-Irlanda, Michael D. Higgins, f’Áras an Uachtaráin, ir-residenza uffiċjali u l-uffiċċtal-President tal-Irlanda, fil-bidu taż-żjara, it-tnejn ikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi. Huma wkoll irreferew għall-fatt li din iż-żjara statali u ż-żewġ żjarat tal-President Irlandiż f’Mals-sena li għaddiet jisħqu fuq il-ħbiberija kbira li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-President Vella u l-President Higgins iddiskutew, fost l-oħrajn, oqsma għal koperazzjoni fil-futur, waqt li saret enfasi wkoll fuq il-prijoritajiet ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (ĠM), in-newtralità, it-tibdil fil-klima u l-aħħar żviluppi fil-Gwerra fl-Ukrajna, il-Mediterran, l-Afrika, il-migrazzjoni kif ukoll is-sigurtà tal-ikel Għal din l-okkażjoni il-President Vella, li qed ikun akkumpanjat minn martu u l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli, ħawwel siġra tal-ballut Irlandiż fil-ġonna ta’ Áras Uachtaráin u daqq il-“Qanpiena tal-Paċi”, li tissimbolizza l-paċi u r-rikonċiljazzjoni. Aktar tard poġġa kurutal-fjuri fil-Ġnien tat-Tifkira fi Pjazza Parnell li hu ddedikat għall-memorja ta’ dawk li taw ħajjithom għall-ħelsien tal-Irlanda.
F’Dublin, il-President Vella kellu laqgħa separata malPrim Ministru Leo Varadkar fejn id-diskussjoni wkoll iffokat fuq is-similaritajiet bejn iż-żewġ pajjiżi, it-tibdil fil-klima, l-Afrika u l-Gwerra u l-paċi fl-Ukrajna. Wara, il-President ta’ Malta kellu l-okkażjoni li jżur l-Assemblea s-Senat.
Nhar il-Ħamis il-President u s-Sinjura Vella, flimkien mal-President Irlandiż u s-Sinjura Sabina Higgins żaru l-belt ta’ Cork, li saħansitra għandha rabtiet ma’ pajjiżna
fl-aspett ta’ riċerka ambjentali.
Huma kellhom taħdita interessanti ma’ grupp ta’ studenti fil-University College Cork, li ttrattat, fost l-oħrajn, it-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent. Għal din il-laqgħa kienu preżenti żewġ studenti Maltin, li kellhom l-opportunità li jistudjaw nursing f’din l-università permezz tal-programm Erasmus. Bħalissa fil-University College Cork qed jistudjaw 32 student minn Malta.
F’kumment lill-ġurnalisti, wara żjara qasira fil-Kappella Honan fl-istess Università, il-President Vella semma l-kuntatti b’saħħithom li għaddejjin bejn Malta u l-Irlanda fil-qasam edukattiv, b’mod partikolari fil-qasam tax-xjenza u dak mediku. Spjega li “hemm tentattivi biex din ir-relazzjoni tissaħħaħ għax hi relazzjoni li tagħti ħafna frott.”
Il-Presidenti żaru wkoll l-Istitut ta’ Riċerka Ambjentali (ERI) fi ħdan l-Università fejn kellhom preżentazzjoni tax-xogħol tal-istitut li jiffoka fuq l-isfidi ambjentali tat-tibdil tal-klima, l-ekonomija ċirkulari u ambjent b’saħħtu. Saret preżentazzjoni wkoll fuq l-ikbar ċentru fi ħdanu bl-isem MaREi (Science Foundation Ireland Research Centre for Energy, Climate and Marine), li jikkollabora mal-Università ta’ Malta permezz ta’ proġetti f’dawn l-oqsma.
Mal-wasla tagħhom f’Cork, iż-żewġ Presidenti u d-delegazzjonijiet tagħhom, kellhom laqgħa ta’ korteżija mad-Deputat Sindku tal-belt, Damian Boylan. Id-diskussjoni ffukat fuq l-istorja ta’ Cork, ir-riġenerazzjoni tal-port tal-belt u kif din qed tilqa’ għat-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu fuq l-għargħar.
L-aħħar ġurnata taż-żjara statali nhar il-Ġimgħa, il-President għalaqha fil-kapitali Dublin fejn iltaqa’ ma’ kadetti tal-Forzi Armati ta’ Malta li għaddejjin b’taħriġ f’Curragh Military Camp.
Sadanittant, min-naħa tagħha, il-Ministru Farrugia Portelli kellha taħditiet ta’ koperazzjoni mal-Ministru
Irlandiż responsabbli mit-Tfal, l-Ugwaljanza, id-Diżabbiltà, l-Integrazzjoni u ż-Żgħażagħ Roderic O’Gorman u mal-Ministru tal-Istat fuq id-Diżabbiltà Anne Rabbitte dwar suġġetti relatati mal-inklużjoni u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.
Hawn l-Istrateġija Nazzjonali Maltija dwar l-Awtiżmu kienet deskritta bħala mudell tajjeb li l-Irlanda qed tħares lejh fit-tfassil tagħha għal strateġija simili. Fl-istess waqt, fil-jum internazzjonali tas-smigħ, Malta kompliet timbotta l-importanza li aktar pajjiżi jinvestu fi proġetti simili bħal dak tal-Hearing Care Campaign, biex ikunu evitati diżabbiltajiet marbuta mas-smigħ.
Il-Ministru Maltija ddeskriviet din il-laqgħa bilaterali bħala waħda pożittiva u ta’ motivazzjoni għal aktar kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi b’mod speċjali fil-qasam tat-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tkellmet fuq il-ħidma li qed tagħmel Malta dwar il-Konvenzjoni talĠnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) u enfasizzat il-prijoritajiet tal-Gvern Malti f’dan is-settur.
Iż-żewġ pajjiżi qablu li jaqsmu l-aħjar prattiċi fosthom dwar teknoloġija assistiva fis-settur tad-diżabilità.
Ġie ttrattat ukoll l-impenn tal-Gvern Malti biex aktar persuni b’diżabilità jkollhom sehem attiv fid-dinja tax-xogħol fosthom bil-proġett Way to Work, kif ukoll l-iskema New Hope li permezz tagħha l-Gvern qed jidħol hu bħala garanti meta kumpaniji tal-assikurazzjoni ma joħorġux polza ta’ assikurazzjoni biex persuna b’diżabilità ssir sid ta’ darha.
Suġġetti oħra diskussi kienu r-riforma fuq il-Blue Badge kif ukoll riforma li daħħal il-Gvern fl-2017 biex żgħażagħ ta’ 16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw.
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kienet akkumpanjata mis-Segretarju Permanenti Nancy Caruana u mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju Mauro Pace Parascandalo.
05.03.2023 15
Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI
RINNOVABBLI, SIGURA U AFFORDABBLI
Russi, li bħalissa qed jiswew lill-kontributuri Ewropej kważi €100 biljun fis-sena.
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) hija fil-qalba tal-implimentazzjoni tal-Pjan REPowerEU, u se tipprovdi finanzjament addizzjonali mill-UE. Jeħtieġ li l-Istati Membri jżidu kapitlu għal REPowerEU mal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom biex jidderieġu l-investimenti lejn il-prijoritajiet ta’ REPowerEU u jagħmlu r-riformi meħtieġa.
L-Istati Membri jistgħu jużaw is-self li jifdal mill-RRF (attwalment €225 biljun) u l-għotjiet ġodda mill-RRF iffinanzjati mill-irkantar tal-kwoti tal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, li attwalment jinsabu fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq, b’valur ta’ €20 biljun.
Sur Editur, Dejjem ngħidha u se nerġa’ ngħidha. Mur ġib li nkunu aħna l-Laburisti li nipprotestaw qisna qatta indannati. Mur ġib li konna aħna l-Laburisti li għamilna protesta quddiem il-Parlament u ġibna ruħna kif ġabu ruħhom tal-partit tagħhom. Ajma ħej, kieku! Mur żommhom, Sur Editur!
Hekk għidtilha l-Melda tiegħi, meta konna qed nieħdu platt minestra, għax xi trid tagħmel fix-xitwa biex tisħon hux. Għidtilha, aħna nisħnu bil-minestra u huma saħnu mal-barrikati tal-pulizija. X’kull waħda wkoll!
Wara li ġimagħtejn ilu rajna kif il-Kummissjoni Ewropea qed tnaqqas ftit mid-dipendenza fuq ir-Russja għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, illum se nagħtu ħarsa kif wieħed jista’ jgħin billi jiffranka l-konsum tal-enerġija tiegħu. Dan f’qafas li bdejna nitkellmu sabiex ikollna enerġija aktar affordabbli u sigura.
L-iffrankar tal-enerġija. L-iffrankar tal-enerġija huwa l-irħas u l-aktar mod sikur u nadif biex innaqqsu d-dipendenza tagħna fuq l-importazzjonijiet tal-fossil fuels mir-Russja. Ilkoll kemm aħna nistgħu nkunu involuti faċilment fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tagħna, mill-konsumaturi u n-negozji għas-setturi industrijali kollha. Flimkien mal-miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija, l-azzjonijiet individwali tagħna se jkollhom impatt pożittiv fuq il-prezzijiet - billi jnaqqsu direttament il-kontijiet tagħna tal-enerġija, billi jagħmlu lill-ekonomija tagħna aktar reżiljenti u billi tkun aċċellerata t-tranżizzjoni tal-UE lejn enerġija nadifa.
Hemm bosta metodi kif jista’ jonqos il-konsum tal-enerġija fil-ħajja tagħna ta’ kuljum:
• Tnaqqis tat-temperaturi tat-tisħin jew l-użu ta’ inqas arja kkundizzjonata
• L-użu ta’ apparat domestiku b’mod aktar effiċjenti
• Sewqan aktar ekonomiku
• Bidla lejn aktar trasport pubbliku u mobbiltà attiva
• It-tifi tad-dawl
Aħna li nagħmlu użu mill-enerġija jeħtieġ li jkunu konxji tal-aħjar opportunitajiet ta’ ffrankar u tal-passi l-aktar effettivi li jistgħu jieħdu. Il-Kummissjoni se tappoġġja liċ-ċittadini b’informazzjoni mmirata biex tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati u xiri effiċjenti fl-enerġija.
Qed issir ħidma flimkien ukoll ma’ organizzazzjonijiet bħall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali biex jiġi identifikat u ssir promozzjoni tal-azzjonijiet l-aktar effettivi għall-iffrankar tal-enerġija.
L-azzjonijiet ewlenin għall-iffrankar tal-enerġija u ż-żieda tar-reżiljenza fl-SMEs
Il-finanzjament ta’ REPowerEU. Huma meħtieġa investimenti addizzjonali ta’ €210 biljun bejn issa u l-2027 biex tintemm gradwalment l-importazzjonijiet tal-fossil fuels
Sorsi oħra ta’ finanzjament ta’ REPowerEU jinkludu:
• il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni
• il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
• il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
• il-Fond għall-Innovazzjoni
• il-finanzjament mill-UE u dak nazzjonali b’appoġġ għall-objettivi ta’ REPowerEU
• il-miżuri fiskali nazzjonali
• l-investiment privat
• il-Bank Ewropew tal-Investiment
Ħidma mas-sħab internazzjonali L-Ewropa qed tipprova tibni sħubijiet fit-tul li huma ta’ benefiċċju reċiproku – b’hekk tinagħta spinta lill-enerġija rinnovabbli u tiżdied l-effiċjenza enerġetika fid-dinja u tikber il-koperazzjoni fuq it-teknoloġija ekoloġika u l-innovazzjoni. Il-pjattaforma tal-enerġija tal-UE l-ġdida se jkollha rwol ewlieni fil-ġbir flimkien tad-domanda u se tikkordina l-użu tal-infrastruttura, tinnegozja mas-sħab internazzjonali u tħejji biex il-gass u l-idroġenu jibdew jinxtraw b’mod konġunt.
Azzjonijiet:
• Żieda fil-konsenji ta’ gass naturali likwifikat (LNG) mill-Istati Uniti u l-Kanada u pipeline u gass LNG min-Norveġja
• Intensifikazzjoni tal-koperazzjoni mal-Ażerbajġan, speċjalment dwar il-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar
• Ftehimiet politiċi ma’ fornituri tal-gass bħall-Eġittu u l-Iżrael biex jiżdiedu l-provvisti tal-LNG
• Jinbeda mill-ġdid id-djalogu dwar l-enerġija mal-Alġerija
• Koperazzjoni kontinwa ma’ produtturi ewlenin fil-Golf, inkluż il-Qatar, kif ukoll mal-Awstralja
• Kordinazzjoni ma’ xerrejja tal-gass bħall-Ġappun, iċ-Ċina u l-Korea
• Esplorazzjoni tal-potenzjal tal-esportazzjoni tal-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana bħan-Niġerja, is-Senegal u l-Angola
L-UE se tkompli taħdem ukoll mal-G7, mal-G20 u ma’ fora internazzjonali oħra, inklużi l-OPEC u l-AIE, biex tiżgura swieq globali taż-żejt li jiffunzjonaw tajjeb.
Dan jikkonferma kemm kienet deċiżjoni bil-għaqal dik tal-Gvern Malti, li mhux biss ħares lill-familji Maltin u Għawdxin imma wkoll għen lin-negozji u lill-SMEs sabiex bħala pajjiż inkunu dejjem aktar kompetittivi. Xi ħaġa li sentejn wara, qed tiġi kkuppjata minn Gvernijiet oħra Ewropej.
Għall-protesti paċifiċi ma tirbħilhomx lil tal-partit tagħhom. Vera jafu jagħmluhom, Alla jbierek. Għax riedu jaqilgħu l-barrikati u jidħlu l-Parlament akkost ta’ kollox. Minn fuq il-pulizija riedu jgħaddu. Kemm huma anġli tal-paċi, jaħasra.
Din l-istess bħal meta għamlu protesta oħra ftit tas-snin ilu. Jekk niftakar sew, xi erba’ snin ilu, meta Karol “il-boxer” l-Aquilina kien ħebb għal wieħed minn tagħna. U beda jipprovokah. U nqala’ kjass sħiħ, niftakar. Sal-karozzi tal-ministri tagħna kienu pprovaw ikissru. Kienu għamlu l-ħsara fuq xi karozza ta’ wieħed minnhom, niftakar ukoll. Imma meta raw lil tagħna jibqgħu kalmi u ma jaqgħux għall-provokazzjoni ċara, bdew taparsi jaqgħu taħt il-karozzi tal-ministri, biex iġibuha li tagħna saqu fuqhom. Imsieken! Iva, protesta oħra mill-anġli tal-paċi kienet dik. Insomma, ta, ma tantx neħodha bi kbira. Għax jitkaxkru mill-eżempju, bħan-nagħaġ ta’ Bendu. Storja sħiħa ta’ kapijiet tal-bullies għandhom. Ibda minn dak tal-ktieb il-ġdid li jitfa’ dawl fuq il-ħajja tal-President Emeritu, eks Kap tal-Partit Nazzjonalista u eks Prim Ministru li biddel wiċċ il-politika Maltija, Eddie! Eddie! Eddie! Mhux kliem tiegħi dan, Sur Editur. Kliem tagħhom. Jien għalija, dan l-Eddie niftakru jipprovoka u jistaqsi fejnhom il-Laburisti. Ma naħsibx li niżżluha fil-ktieb din. U niftakru fin-Ninety Nine, ħiereġ mill-qorti f’kawża ta’ libell kriminali li kien għamel lil Glenn Bedingfield. U kif ra folla tagħna quddiem il-qorti, qagħad iħares b’dik il-ħarsa ta’ wieħed qisu qed jogħmod bubble gum lejhom. Provokazzjoni għalija kienet dik. Imbagħad, beda jġebbed fid-deputati tagħna, li niftakar żgur lil Michael Farrugia, Evarist Bartolo u George Vella. Ried idaħħaq dakinhar. Kien pass ieħor fil-mixja tiegħu biex ibiddel wiċċ il-politika Maltija, hux. Imbagħad telaq għal għonq it-triq imdawwar bil-bodyguards u kien hemm xi ħadd għaddhielu kumment u balleċ, ma darx biex imur jieħu s-sodisfazzjon! Imma kienu żammewh. Ma naħsibx lanqas li niżżluha din, fil-ktieb li jitfa’ dawl fuq il-ħajja tal-President Emeritu, eks Kap tal-Partit Nazzjonalista u eks Prim Ministru li biddel wiċċ il-politika Maltija, Eddie! Eddie! Eddie!
Għax naħseb li mhux wiċċ il-politika Maltija kien ried jibdel dakinhar, Sur Editur, imma nista’ nkun żbaljat.
Mela l-Ħadd li għadda, dak li bħalissa qed jieħu rikba minn fuq Adrian il-Grech, ma għamilx diskors politiku li vera kien dehen ta’ wieħed li jħobb il-paċi, Sur Editur! Mistagħġbin kemm tmasħan il-boy!
U ta’ defensor pacis, u li jaspira li jgħaqqad pajjiż sħiħ warajh meta lanqas kapaċi jgħaqqad partit ma għandu, infexx f’tgħajjir kontrina l-Laburisti u kontra l-għażiż Prim tagħna. X’ma jeħdux l-eżempju tal-kapijiet tagħhom u kull meta jipprotestaw ikunu jridu jkaxkru l-barrikati tal-pulizija, jitfgħu subgħajhom f’wiċċ il-pulizija u jriegħdu kull m’hemm!
Iva, aħna l-Laburisti vjolenti, Sur Editur!
Bilħaqq, kienu qegħdin sew id-deputati tiegħu warajh, il-Ħadd li għadda! Jien u Melda l-għors tagħna nħarsu lejhom u nippruvaw naqtgħu ma’ liema fazzjoni kienu dawk ta’ warajh. Jekk hux ta’ kontrih, ta’ kontra ta’ kontrih, jew ta’ ala biebhom minnu. Melda tiegħi rebħitli fiha din. Għax immarkat lil Claudette “Sellili għal Delia” l-Buttigieg de Desire Pace. U bħala penitenza tar-Randan se jkolli nagħmel sal-Ħadd ta’ wara naħsel il-platti mdelkin bil-fdal tal-minestra, biex nisħnu naqra fix-xitwa hux! Għad-dieħla!
05.03.2023 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL
MARIO FAVA
IT-TIENI PARTI
IL-LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR ISSA B’SIT ELETTRONIKU UFFIĊJALI WKOLL
Il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa tal-2023 nedew issit elettroniku uffiċjali tal-avveniment prestiġjuż, 90 jum qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ f’Mejju li ġej. Żviluppata minn
The Concept Stadium, id-dehra tas-sit elettroniku hi konformi mal-identità viżwali tal-logo tal-logħob, li tnieda s-sena l-oħra
“Meta konna f’diskussjonijiet ma’ kumpaniji li kienu qegħdin jipproponu s-servizzi tagħhom, waħda mill-affarijiet li spikkaw mill-iżviluppaturi ta’ dan is-sit elettroniku, The Concept Stadium, kienet il-fatt li wieħed mill-fundaturi tiegħu – il-mibki Jonathan Chetcuti, kien irrappreżenta lil Malta tliet darbiet f’dan il-Logħob tal-GSSE, bħala parti mit-tim tal-volleyball,” spjega Paul Sultana, Viċi President tal-Kumitat Olimpiku Malti u Chef de Mission ta’ dan il-Logħob, waqt li semma kif hemm ħafna entużjażmu għal dan issit elettroniku, issa li qegħdin eqreb taċ-ċerimonja tal-ftuħ.
L-ewwel fażi tas-sit elettroniku
tikkonsisti f’informazzjoni ġenerika dwar il-Logħob, Malta u l-aħħar aġġornamenti tal-aħbarijiet, ritratti u filmati. Żviluppi oħrajn fis-sit, bħal dettalji ta’ Team Malta, informazzjoni dwar kontinġenti internazzjonali, skeda tal-avvenimenti, riżultati u tabelli tal-midalji se jiġu mxerrdin f’fażijiet
Logħob.
Il-Kumitat qal li s-sit se jsir il-pjattaforma primarja għal kull min hu interessat fil-Logħob tal-2023 u se jkun il-qalb diġitali li tħabbat l-enerġija u l-emozzjonijiet tal-avveniment, kemm fil-ġimgħat ta’ qabel, kif ukoll filġimgħa attwali tiegħu, b’informazzjoni
Hu kruċjali li bħala pajjiż nippreparaw bis-sħiħ u nassiguraw li dan il-logħob ikun avveniment tal-poplu Malti u Għawdxi kollu
differenti.
“Li jkollok preżenza diġitali hu importanti biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment. Hekk kif qegħdin inniedu l-ewwel fażi tassit elettroniku, qed inħejju għal żviluppi oħrajn biex titjieb l-esperjenza,” irrimarkat Maria Vella-Galea, Direttur tal-Midja u PR tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Organizzattiv tal-
aġġornata u faċilment disponibbli.
Mark Cutajar, Ċermen tal-Kumitat Organizzattiv Lokali, esprima s-sodisfazzjon għal kif irnexxielhom jiġbru diversi oqsma ta’ kompetenza li flimkien se jgħaqqdu l-elementi varji li r-riżultat aħħari tagħhom ikun il-Logħob.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima fisser l-okkażjo-
ni bħala waħda li tgħaqqad il-komunità sportiva mal-poplu Malti kollu. “Hu kruċjali li bħala pajjiż nippreparaw bissħiħ u nassiguraw li dan il-logħob ikun avveniment tal-poplu Malti u Għawdxi kollu,” qal Grima, waqt li enfasizza li dan “hu pass ieħor f’dan il-perkors fejn ġiet varata l-ewwel fażi tas-sit li se jkun qed juri ir-riżultati live waqt illogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Mejju li ġej.”
Preżenti għat-tnedija kien hemm ukoll il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello u l-Kap tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport Robert Magro. Il-Kumitat Organizzattiv Lokali tal-GSSE rringrazzja lill-Iskola Nazzjonali tal-Isport tal-ospitalità tagħha. Is-sit elettroniku – aċċessibbli fuq https://gssemalta2023.mt/ – ġie mfassal biex ikun kompattibli fuq varjetà ta’ apparati elettroniċi.
Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għandu l-appoġġ ta’ SportMalta, l-NDSF, Welbee’s Supermarket, National Lottery, MITA, General Soft Drinks, Visit Malta, European Olympic Committees, GO, Enemed u BOV.
05.03.2023 17
Iieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista
L-EROJ TAL-FOLK ŻVIZZERU
Dan mhu ħadd għajr William Tell. Skont il-leġġenda, Tell kien xabbatur espert tal-muntanji u tiratur bil-qaws li qatel lil Albrecht Gessler, ħakkiem tiranniku fost id-duki Awstrijaċi tad-Dar tal-Habsburg, f’Altdorf. Il-ġrajja ta’ Tell ħeġġet lill-popolazzjoni tirribella kontra l-ħakkiema barranin fil-qrib: fi Schwyz u Unterwalden, pajjiżi ġirien, u jwaqqfu l-pedament għall-Konfederazzjoni Żvizzera. Minħabba f’hekk, Tell kien meqjus bħala missier din il-Konfederazzjoni.
Minn CHARLES B. SPITERI
Stabbiliti fil-bidu tas-seklu
14, matul il-ħakma ta’ Albert ta’ Habsburg; l-ewwel rekords bil-miktub tal-leġġenda jmorru għall-aħħar parti tas-seklu 15, meta l-Konfederazzjoni Żvizzera kienet qed tikseb influwenza militari u politika. Tell kien figura ċentrali fl-istorjografija nazzjonali Żvizzera, flimkien ma’ Arnold von Winkelried, l-eroj ta’ Sempach, fl-1386.
Hu kien katalist u simbolu matul l-istadju formattiv talIżvizzera moderna fis-seklu 19, magħruf bħala l-perjodu ta’ Restawr u Riġenerazzjoni, kif ukoll fl-istorja usa’ tal-Ewropa bħala simbolu ta’ reżistenza kontra l-ħakma aristokratika, speċjalment fir-Rivoluzzjonijiet tal-1848
kontra d-Dar tal-Habsburgs, li kienet ħakmet l-Awstrija għal sekli sħaħ.
Ktieb fuq Tell
L-ewwel referenza għal Tell, mingħajr isem speċifiku, tidher fil-Ktieb l-Abjad ta’ Sarnen. Dan il-volum inkiteb għall-ħabta tal-1474 minn
Hans Schriber, segretarju tal-istat Obwalden. Isemmi l-ġurament li ttieħed f’Rütli u li jirreferi għal Tell bħala wieħed mill-kospiraturi t’hemmhekk, li t-tiranniċidju erojku tiegħu wassal għall-irvell ta’ Burgenbruch.
Rakkont ugwalment bikri
ta’ Tell jinsab fit-Tellenlied, kanzunetta miktuba fissnin 1470, bl-eqdem kopja manuskritta li għadha teżisti tmur għall-1501. Il-kanzunetta tibda bil-leġġenda Tell, li tqisu bħala l-oriġini tal-Konfederazzjoni, billi tirreferi għalih bħala “l-ewwel konfederat”. Tissemma l-isparatura tat-tuffieħa ta’ Tell, it-tħejjija li għamel għat-tieni vleġġa biex jispara lil Gessler u l-ħarba tiegħu, iżda ma ssemmi l-ebda qtil ta’ Gessler.
Kitba ta’ Tschudi
Fil-kitba ta’ Aegidius Tschudi tal-1570, dan jippreżenta
verżjoni estiża tal-leġġenda. Hu magħruf li Tschudi abitwalment ‘ilaħħam’ is-sorsi tiegħu. Tali dettall addizzjonali jinkludi l-isem ta’ Tell Wilhelm, u li kien nattiv ta’ Bürglen, f’Uri. Id-data preċiża tal-istorja tat-tuffieħa tingħata bħala t-18 ta’ Novembru 1307. Tingħata wkoll is-sena tal-mewt ta’ Tell bħala l-1354.
Kienet il-verżjoni ta’ Tschudi li saret influwenti fl-Iżvizzera moderna u daħlet fis-sensi pubbliċi bħala l-leġġenda ‘William Tell’. Skont ir-rakkont ta’ Tschudi, William Tell kien magħruf bħala raġel b’saħħtu u espert fl-isparar tal-qaws.
Fi żmienu, l-imperaturi tad-Dar tal-Habsburg fl-Awstrija kienu qed ifittxu li jiddominaw lil Uri, u Tell sar wieħed mill-kospiraturi ta’ Werner Stauffacher li ħalef li jirreżisti l-ħakma talHabsburg. Albrecht Gessler kien il-Vogt Awstrijak, jew l-uffiċjal tal-ordni f’Altdorf, li kien għadu kif inħatar flIżvizzera. Hu waqqaf arblu taħt siġra tar-raħal (lindentree), dendel il-kappell tiegħu fuqu, u ried li n-nies kollha tal-belt tinkina quddiemu.
Irrifjuta r-reverenza
L-istess Tschudi jgħid li fit18 ta’ Novembru 1307, Tell żar Altdorf ma’ ibnu ż-żgħir. Għadda minn quddiem il-kappell, iżda rrifjuta jbaxxi rasu lejh. Gessler li kien milqut mill-fama li kellu Tell għall-mira tiegħu, tant irrabja li Tell ma obdiex l-ordni tiegħu, li ried jikkastigah. Għalhekk arresta lill-missier u lil ibnu, u lill-missier qalulu li setgħu jiksbu l-ħelsien kemm-il darba jolqot tuffieħa mqiegħda fuq ras ibnu Walter.
Tell aċċetta, spara u qasam it-tuffieħa. Iżda Gessler, li kien innota lil Tell iqiegħed żewġ vleġeġ fil-qaws tiegħu, talbu jagħtih ir-raġuni. Tell ma weriex ħeġġa għal tweġiba. Meta l-istess Gessler wiegħdu li ma kienx se jo-
qtlu, qallu li t-tieni vleġġa kienet se tkun għalih f’każ li b’xi żball, joqtol lil ibnu. Meta sema’ dan, Gessler indanna u ordna li jorbtu lil Tell u jitfgħuh il-ħabs għal għomru. B’hekk xorta żamm il-kelma li ma joqtlux.
Ħarab il-ħabs
Tschudi jkompli, li Tell kien qed jinġarr fid-dgħajsa ta’ Gessler lejn il-ħabs taħt l-art tal-kastell f’Küssnacht, meta faqqgħet maltempata fuq ilLag Lucerne, u l-gwardjani beżgħu li d-dgħajsa tagħhom kienet se tegħreq. Talbu lil Gessler ineħħi l-irbit ta’ Tell biex ikun jista’ jieħu t-tmun u jsalvahom. Gessler ċeda, iżda Tell qadef lejn post kollu blat u qabeż mid-dgħajsa. Ġera lejn Küssnacht b’Gessler isegwih.
Tell qatlu bit-tieni vleġġa li kellu. L-att qanqal ribelljoni,
li wasslet għall-formazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera l-Qadima. Skont Tschudi, Tell reġa’ ġġieled kontra l-Awstrija fil-Battalja ta’ Morgarten fl1315. Il-kittieb għandu wkoll rendikont tal-mewt ta’ Tell fl-1354, li skontu nqatel waqt li pprova jsalva tifel millgħarqa fix-Xmara Schächental f’Uri.
Aktar tard hemm verżjonijiet oħrajn għal-leġġenda
Tell. Dawn jinkludu r-rakkont fil-kitba ta’ Melchior Russ minn Lucerne, datat 1482.
L-ewwel dramm
L-ewwel dramm bl-isem ‘Tell’ (Tellspiel), magħruf bħala l-Urner Tellspiel x’aktarx intwera fix-xitwa tal-1512 jew tal-1513 f’Altdorf. Barra minn hekk, sa mill-1582, il-knisja ta’ Bürglen kellha qanpiena ddedikata lil Tell u kappella fil-qrib li għandha affresk
datat 1582, li juri l-mewt ta’ Tell fi Schächenbach.
Matul is-seklu 19 u fil-perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija, Tell kien meqjus bħala simbolu ta’ ribelljoni kontra t-tirannija kemm fl-Iżvizzera kif ukoll fl-Ewropa.
Fl-1766, Antoine-Marin Lemierre kiteb dramm ispirat minn Tell u tah ilħajja fl-1786. Is-suċċess ta’ dan ix-xogħol stabbilixxa l-assoċjazzjoni ta’ Tell bħala ġellied kontra t-tirannija mal-istorja tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Il-faxxinu rivoluzzjonarju Franċiż ma’ Tell kien rifless fl-Iżvizzera bit-twaqqif tar-Repubblika Elvetika. Tell sar, bħallikieku l-maskot tar-repubblika li kellha ħajja qasira, bil-figura tiegħu tidher fuq is-siġill uffiċjali tagħha. In-Navy Franċiża wkoll kellha vapur tal-linja tal-klassi Tonnant, jismu Guillaume Tell, li nqa-
05.03.2023 18
bad mir-Royal Navy Brittanika fl-1800.
Tell u l-Mażuni
Benito Juarez, President tal-Messiku u eroj nazzjonali, għażel li jkun magħruf bħala ‘Guillermo Tell’, il-verżjoni Spanjola ta’ William Tell, meta ngħaqad mal-Mażuni.
Għażel dan l-isem għax kien iħobb u jammira l-istorja u l-karattru ta’ Tell, li kien iqisu bħala simbolu ta’ libertà u reżistenza.
Il-Chronicon Helveticum
ta’ Tschudi kompla jittieħed
bħala sors storjografiku sas-seklu 19, b’tali mod li l-verżjoni tiegħu tal-leġġenda mhux biss intużat bħala mudell fid-dramm tal-1804
ta’ Friedrich Schiller bl-isem
William Tell, iżda hi rrappurtata wkoll f’xogħlijiet storjografiċi ta’ dak iż-żmien, inkluża l-Istorja tal-Kon-
federazzjoni Żvizzera ta’ Johannes von Müller, fl-1780.
Johann Wolfgang von Goethe sar jaf bis-saga Tell waqt il-vjaġġi tiegħu flIżvizzera, bejn l-1775 u l-1795. Hu kiseb kopja tal-kronaki ta’ Tschudi u ħaseb li jikteb dramm dwar Tell, iżda flaħħar għadda l-idea lill-ħabib tiegħu Friedrich von Schiller, li għall-ħabta tal-1803 kiteb id-dramm ‘Wilhelm Tell’, esegwit għall-ewwel darba fis17 ta’ Marzu 1804, f’Weimar.
Avvenimenti politiċi
‘William Tell’ ta’ Schiller hu ispirat ħafna mill-avvenimenti politiċi tal-aħħar tas-seklu 18, b’mod partikolari r-rivoluzzjonijiet Franċiżi u Amerikani. Id-dramm intwera f’Interlaken fis-sjuf tal-1912 sal-1914, mill-1931 sal-1939 u kull sena mill-1947. Fl-2004 intwera għall-ewwel
matul ir-Rivoluzzjoni tal1848.
Karattri u xeni mill-opra William Tell jidhru fuq il-karti tal-logħob u jirrappreżentaw jew lir-re, lir-reġina, lillprinċep jew lill-joker. Huma kienu ddisinjati fl-Ungerija għall-ħabta tal-1835. Dawn il-karti għadhom il-karti tallogħob l-aktar komuni, addattati għall-Ġermaniż f’dik il-parti tad-dinja llum.
‘Tell City’ fl-Istati Uniti
Fl-1858, is-Soċjetà tal-Kolonizzazzjoni Żvizzera; grupp ta’ immigranti Żvizzeri u Ġermaniżi li marru fl-Istati Uniti, waqqfet l-ewwel u l-unika belt ippjanata tagħhom fuq ix-xtut tax-Xmara Ohio f’Perry County, Indiana. Oriġinarjament, il-belt kienet imsejħa Helvetia, iżda malajr inbidlet għal Tell City biex tonora lilleroj leġġendarju Żvizzeru. Saret magħrufa għall-manifattura tagħha, speċjalment ta’ għamara mill-injam fin.
William Tell u simboli tat-tuffieħa bi vleġġa fiha huma prominenti fil-belt. Tinsab ukoll statwa tal-bronż ta’ Tell u ibnu, ibbażata fuq dik f’Altdorf, l-Iżvizzera. L-istatwa twaqqfet fuq funtana quddiem is-City Hall fl-1974. Tell City High School
tuża dawn is-simboli fl-arma tagħha u t-timijiet sportivi jissejħu The Marksmen.
zjonali, mirbuħa minn Richard Kissling, fl-1895 f’Altdorf twaqqaf monument għalleroj tagħha. B’differenza għall-monument fir-repubblika Elvetika, fejn Tell jidher bħala raħħal b’xabla ma’ ħżiemu u b’kappell bir-rixa, jintlewa biex jerfa’ liċ-ċkejken ibnu li qed iżomm it-tuffieħa, dan t’Altdorf juri lil Tell bħala raħħal tal-muntanji, b’karatteristiċi qawwija u riġlejn immuskulati. Idu qawwija tinsab imdawra ma’ għonq ibnu u tistrieħ bi mħabba fuq l-ispalla taċ-ċkejken Walter, iżda t-tuffieħa ma tidhirx.
L-entużjasti ta’ Tell Jingħad ukoll li Adolf Hitler kien entużjast ferm bid-dramm ta’ Schiller; ikkwotah fil-Mein Kampf tiegħu u approva koproduzzjoni Ġermaniża/Żvizzera, li fiha l-konkubina ta’ Hermann Göring, Emmy Sonnemann, dehret bħala l-mara ta’ Tell. Madankollu, fit-3 ta’ Ġunju 1941, Hitler kellu d-dramm ipprojbit. Ir-raġuni għall-projbizzjoni mhix magħrufa, iżda setgħet kienet relatata mal-attentat fallut ta’ qtil fuqu fl-1938, miż-żagħżugħ Żvizzeru Maurice Bavaud u aktar tard imsejjaħ ‘William Tell ġdid’ minn Rolf Hochhuth.
darba f’Altdorf stess. Fl-1829, Gioachino Rossini uża d-dramm ta’ Schiller bħala l-bażi għall-opra tiegħu William Tell, waqt li l-overture William Tell hi waħda mill-biċċiet l-aktar magħrufa u l-aktar imitati b’mod frekwenti tal-mużika tiegħu. Fis-seklu 20, il-finali tal-overture saret it-tema għall-inkarnazzjonijiet tar-radju, tat-televiżjoni u tal-films ta’ The Lone Ranger, eroj fittizju tal-fruntiera Amerikana.
Fuq il-karti tal-logħob
F’madwar l-1836 l-ewwel karti tal-logħob bil-mudell William Tell kienu magħmula f’Pest, l-Ungerija. Kienu ispirati mid-dramm ta’ Schiller u saru waqt relazzjonijiet ta’ tensjoni mal-Habsburgs filgvern. Il-karti saru popolari madwar l-Imperu Awstrijak
Terġa’ l-William Tell Overture spiss tindaqq mill-banda tal-iskola fil-logħob tal-iskola sekondarja. Kull Awwissu mill-1958, is-sena ċentinarja ta’ Tell City, il-belt żammet Schweizer Fest, li hu festival tal-komunità b’divertiment, produzzjonijiet tal-palk, preżentazzjonijiet storiċi, karozzini tal-karnival, beer garden, avvenimenti sportivi u reunions tal-klassijiet, biex tonora l-wirt Żvizzeru-Ġermaniż tagħha. Ħafna mill-attivitajiet iseħħu fil-grawnd tal-City Hall u Triq il-Kbira, f’riġlejn l-istatwa ta’ Tell.
Ispirat minn William Tell
John Wilkes Booth, l-assassin ta’ Abraham Lincoln, kien ispirat minn Tell. Filwaqt li b’sogħba esprima d-dwejjaq għar-reazzjoni negattiva fl-azzjoni tiegħu, fil-21 ta’ April 1865, Booth kiteb fil-ġurnal tiegħu: “bil-fehma
ta’ kull bniedem kontrija, jien ninsab hawn iddisprat.
U għaliex? Talli għamilt dak li Brutus kien onorat għalih u dak li għamel lil Tell eroj.
U madankollu jien, talli warrabt tirann akbar minn dak li qatt kontu taħsbu, jien meqjus b’qattiel.” Jiem wara, hu nnifsu nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar, u għalhekk intemm il-ġuri.
Wara kompetizzjoni naz-
Charlie Chaplin ħoloq parodija fuq William Tell, filfilm silenzjuż famuż tiegħu tal-1928 ‘The Circus’.
Salvador Dalí pinġa ‘Ix-Xjuħija’ ta’ William Tell; ‘William Tell u Gradiva’ fl1931, u ‘L-Enigma ta’ William Tell’ fl-1933.
Id-drammaturgu Spanjol Alfonso Sastre reġa’ ħadem il-leġġenda fl-1955 f’‘Guillermo Tell tiene los ojos tristes’ (William Tell għandu għajnejn imdejqin); li ma nħadimx qabel ma ntemm ir-reġim ta’ Franco fi Spanja.
Tonqos l-importanza
Fl-Iżvizzera, l-importanza ta’ Tell kienet naqset xi ftit sal-aħħar tas-seklu 19, barra minn f’Altdorf u f’Interlaken li stabbilixxew it-tradizzjoni tagħhom li jinterpretaw id-dramm ta’ Schiller f’intervalli regolari fl-1899 u fl1912, rispettivament. Matul il-Gwerer Dinjija, Tell reġa’ tqajjem xi ftit artifiċjalment, bħala simbolu nazzjonali.
Pereżempju, fl-1923 il-Posta Żvizzera introduċiet il-“horns” (speċi ta’ trumbetti żgħar) għas-servizz tal-kowċ tagħhom, li ttieħdu mill-overture tal-opra ‘Tell’ ta’ Rossini u fl-1931, il-qaws kien introdott bħala logo li jindika prodotti Żvizzeri. IlMużew Tell f’Bürglen, Uri, infetaħ fl-1966.
05.03.2023 19
IS-SITT PREMJU TAS-SOVEREIGN ART FOUNDATION
L-arti hija dejjem balzmu. Tgħinek tikkalma u tifhem il-madwar. Minnha nfisha, l-arti toffri soljev lil min hu filbżonn ukoll kif qed tagħmel is-Sovereign Trust (Malta) Limited, li tagħmel parti mis-Sovereign Group, flimkien mas-Sovereign Art Foundation, fejn dawn qed iħabbru t-tnedija tas-sitt edizzjoni tal-premju “Sovereign Art Foundation Student Prize”.
Il-kompetizzjoni li qed insemmu, tħaddan l-għan u l-importanza tal-arti bħala parti integra fis-sistema edukattiva u biex anke tirrikonoxxi x-xogħol tal-istudenti nfushom f’dan il-qasam.
L-iskejjel kollha f’Malta u f’Għawdex, kemm dawk sekondarji kif ukoll postsekondarji qed jiġu mistiedna biex jieħdu sehem, billi jinnominaw l-aqwa għaxar biċċiet ta’ arti tal-istess studenti. Minn dawn ix-xogħlijiet, jiġu magħżula għoxrin. L-ewwel
żewġ rebbieħa jiġu magħżula, flimkien mal-iskejjel tagħhom. Ix-xogħlijiet ta’ kull min jieħu sehem jiġu ġġudikati minn panel ta’ ġurija li jinkludu:
Howard Bilton, Chairman ta’ Sovereign Group u Stephen Griffiths, Managing Direc-
tor ta’ Sovereign Trust (Malta) Ltd. L-artisti lokali Laura Swale u Christine Porter Lofaro huma wkoll parti mill-ġurija.
Din is-sena ngħaqad ukoll magħhom Frank Yu li huwa espert u kollezzjonista tal-arti. Finalment il-ġurija u l-pub-
bliku jagħżlu żewġ rebbieħa kemm mill-online voting kif ukoll mill-esibizzjonijiet li jsiru f’Malta, tax-xogħlijiet artistici minn dawk li jiġu shortlisted.
Iż-żewġ rebbieħa jirbħu premju monetarju kemm għalihom personali, kif ukoll
Il-kompetizzjoni li qed insemmu, tħaddan l-għan u l-importanza tal-arti bħala parti integra fis-sistema edukattiva u biex anke tirrikonoxxi x-xogħol tal-istudenti nfushom f’dan il-qasam.
L-iskejjel kollha f’Malta u f’Għawdex, kemm dawk sekondarji kif ukoll postsekondarji qed jiġu mistiedna biex jieħdu sehem
għall-iskejjel tagħhom. Dawn jingħataw f’ċerimonja li se tittella’ apposta lejn l-aħħar ta’ April, 2023. Id-data se tkun ikkonfermata iżjed ’il quddiem. Fil-fatt, l-aħjar biċċa xogħol li ser tintgħażel: l-artist/a jirċievi/tirċievi €500 u l-iskola tingħata €1,500.
Is-Sovereign Art Foundation hija NGO li ġiet imwaqqfa fl-2003 minn Howard Bilton innifsu. L-għan ewlieni ta’ din il-fondazzjoni huwa li tirrikonoxxi u tippromwovi t-talent tal-arti kontemporanja madwar id-dinja u tqassam il-benefiċċji li l-arti ġġib magħha lil tfal inqas ixxurtjati.
Mill-bidu nett din l-award saret l-akbar avveniment f’dan l-aspett, fl-Asja, u nġabru aktar minn $10 miljun għall-artisti u entitajiet karitattivi madwar id-dinja.
Is-Sovereign Art Foundation, li hija wkoll magħrufa bhala SAF torganizza wkoll
05.03.2023 20
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
premjijiet għall-istudenti. Dan il-premju prestiġjuż, li twaqqaf f’Hong Kong fl-2012, infirex għall-Guernsey, il-Bahrain, Singapore, Mauritius, Portugal, Isle of Man, Malta u Għawdex, Ġibiltà kif ukoll Londra.
“Wara s-suċċess kbir li nkiseb fil-ħames edizzjoni tas-sena l-oħra, il-kumpanija lokali, Sovereign Trust (Malta) Limited hija kburija li għal darb’oħra se tisponsorja
l-SAF’’. Dan qalu s-Sur Stephen Griffiths, Direttur Maniġerjali tal-istess kumpanija fejn sostna li “kull sena qed naraw aktar u aktar interess fil-premju u għal darb’oħra numru rekord ta’ parteċipanti. Il-premju jkompli joħloq pjattaforma internazzjonali fejn l-arti lokali tista’ tkun showcase
tat-talent Malti u Għawdxi. Aħna se nwiegħdu li se nkomplu f’din il-mixja li issa saret tradizzjoni u avveniment fiss fil-kalendarju tal-arti f’pajjiżna. Ninsabu ċerti li kulma jmur l-interess se jkompli jikber u jiżdied”.
L-SAF f’Malta jisponsorja l-Camp Willingness: https:// willingness.com.mt/services/ camp-willingness/ li jagħmlu ħafna xogħol siewi fil-qasam tat-tfal bi problemi soċjali u jgħinuhom joħorġu aktar b’determinazzjoni u kuraġġ bis-saħħa ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni.
Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email lil: Valerie Urrunaga fuq events@SovereignArtFoundation.com
Ir-ritratti tal-arti ntgħażlu b’mod spontanju.
Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa
*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa
Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com
05.03.2023 21
GEORGE GALEA
MALTI-AWSTRALJAN B’SUĊĊESSI FID-DINJA
TAL-MUŻIKA
Nieħu pjaċir ħafna meta nisma’ b’xi talent lokali. Iżda meta nsir naf b’xi ħadd lokali li jkun qed jgħix barra minn xtutna, bħal taqbadni nostalġija ħelwa. Nibda nimmaġina lil dik il-persuna ’l bogħod minn art twelidha jew mill-familjari, filwaqt li tkun għaddejja bis-suċċessi tagħha.
Dan l-aħħar sirt naf b’individwu veteran li jgħix l-Awstralja, u li qed jagħmel suċċess wara l-ieħor. Il-familjari tiegħu għandhom konnessjoni Maltija. Qed nirreferi għal George Galea.
Twieled Malta fis-sena 1959 mill-ġenituri tiegħu li huma mill-Ħamrun John Galea u Rosaira, iżda magħrufa bħala Lucy. Meta George kellu biss tliet xhur, il-familja tiegħu inklużi ħutu Mary, Tessie Charlie u Patrick emigraw lejn Sydney l-Awstralja.
Dejjem baqa’ jitkellem
bil-Malti
Iżda xi ħaġa pożittiva u patrijotta, hija li anke jekk George mar l-iskola u trabba fl-Awstralja dejjem baqa’ jitkellem bil-Malti u sabha ta’ għajnuna kbira peress li ommu Lucy ma kinitx taf bl-Ingliż u George kellu jkun traduttur minn età żgħira ħafna.
Sa minn età żgħira Ġorġ dejjem kellu interess qawwi ħafna fil-mużika. Fil-fatt, fis-sena 1974 Ġorġ flimkien ma’ ommu u ma’ missieru rritorna Malta għal vaganza ta’ tliet xhur fejn kien qed joqgħod Buġibba. Kien hawn li George nġibed lejn Malta u l-ħajja tagħha bi stil ta’ postijiet u klabbs fil-miftuħ
bil-ħsejjes u l-melodiji jdoqqu u n-nies jiżfnu u jħossu l-atmosfera.
Aktar tard fis-sena 1976
George ħa traineeship bħala
Disc Jockey ma’ Disco Company ta’ fama kbira. Fissnin 70 kien magħruf bħala
The Disco Kid. Minn hemm
George ħadem fi kważi kull klabb liċenzjat f’Sydney u os-
Sa minn età żgħira Ġorġ dejjem kellu interess qawwi ħafna fil-mużika. Fil-fatt, fis-sena 1974 Ġorġ
flimkien ma’ ommu u ma’ missieru rritorna Malta
għal vaganza ta’ tliet xhur fejn kien qed joqgħod Buġibba
pita wħud mill-akbar Rock ‘n’ Roll Festivals u dan meta kien magħruf bħala DJ George Houndog Galea.
L-ewwel għalliem Rock ‘n’ Roll li ġie rikonoxxut u ngħata midilja tad-deheb
Ta’ min jgħid ukoll li George huwa wkoll żeffien tar-Rock ‘n’ Roll u matul is-snin rebaħ bosta kompetizzjonijiet u titli.
Kien proprju fl-aħħar tassnin 80 li beda jgħallem iżżfin Rock ‘n’ Roll u fforma l-iskola taż-żfin tiegħu stess bl-isem Jive a Boogie f’Sydney b’aktar minn 150 student fil-ġimgħa bi klassijiet speċjali għat-tfal. Kien l-ewwel għalliem Rock ‘n’ Roll li ġie rikonoxxut u ngħata midalja tad-deheb mill-Federazzjoni tal-Għalliema Dance of Australia.
“Jien kburi ħafna bil-wirt Malti tiegħi u nħossni ħosbi-
05.03.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Kollox ma’ kollox, George wettaq aktar milli qatt jista’ jimmaġina
fl-industrija Rock ‘n’ Roll tas-snin 50 u
60 fl-Awstralja bħala No. 1 Disc Jockey u Host Rock ‘n’ Roll Dance Teacher
en li n-nies jgħidu li jew insew kif jitkellmu bil-Malti jew jirrifjutaw li jitkellmuh,” stqarr miegħi.
Matul il-pandemija dinjija tal-COVID 19 bħal kulħadd madwar id-dinja George kien imsakkar, iżda biex iżomm is-sanità tiegħu u jibqa’ attiv fl-industrija tal-mużika
George kien jospita erba’ wirjiet online differenti. Super
Hi’s of The 1970’s - Classic Hits & Memories Rock ‘n’ Roll u għall-acroos Maltin il-World Maltese Classic Hits & Memories.
Kien imbagħad, meta
George ddeċieda li jgħaqqad stil ġdid ta’ kunċett ta’ Żfin u Divertiment imsejjaħ The 3 Maltesers miegħu bħala compère u DJ, Charlie Camilleri entertainer Malti magħruf ħafna u Paul Fenech wieħed mill-aqwa artisti Elvis Pres-
SKEDA ONE
ley fl-Awstralja u jekk mhux fid-dinja. It-tliet Maltin kellhom suċċess mill-aqwa.
George għandu rabta tajba ma’ Malta u mal-familja tiegħu li għadhom jgħixu Malta. M’hemm xejn aħjar meta jżur Malta minn meta jimxi madwar il-Ħamrun u jżur it-triq tan-nanniet tiegħu u ommu u missieru li kienu jgħixu fiha u jitkellem mal-ġirien.
Kollox ma’ kollox, George wettaq aktar milli qatt jista’ jimmaġina fl-industrija Rock ‘n’ Roll tas-snin 50 u 60
fl-Awstralja bħala No. 1 Disc Jockey u Host Rock ‘n’ Roll Dance Teacher. Iżda hekk kif temm din l-intervista miegħi, George stqarr li hemm
waħda oħra li hija l-ħolma
Roll,
08.11.2020 05.03.2023 23
ħaġa
‘n’
żfin
f’Malta
Malti.
tiegħu li jospita Rock
u spettaklu
għall-poplu
06:30 ONE News 06:45 ONE News 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makkjetta 07:30 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 PrimeTime 16:00 Diskors: Attività Politika 16:55 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Malta’s Ultimate Tattoo Challenge 22:15 Esperti 22:45 Dinja Mutur 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:05 Investigaturi tal-Mużika 10:30 Telebejgħ 11:00 Hope - Missiofest 12:30 ONE News 12:40 Hope - Missiofest 15:30 ONE News 15:40 Hope - Missiofest 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Hope - Missiofest 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News 06-03 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Ħajjitna Makkjetta 17:25 Esperti 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News 08-03 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makjetta 07:26 PrimeTime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Attività Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Indhouse 16:35 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Attività Politika 21:00 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 12-03 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Reboot Podcast 16:35 Ieqaf 20 Minuta 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Brillanti 22:30 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News 10-03 ĠIMGĦA 09-03 07-03 11-03
reċensjoni tal-ktieb
20 ĠGANT TAS-SEKLU 20
Ktieb ġdid ta’ Robert Aloisio
Fl-okkażjoni tal-75 sena mill-assassinju ta’ Mahatma Gandhi, l-għalliem u awtur Robert Aloisio ħareġ id-disa’ ktieb tiegħu li jġib l-isem Għoxrin Ġgant tas-Seklu Għoxrin
Il-filosfu Skoċċiż Thomas Carlyle kien qal li “ebda bniedem kbir ma għex għalxejn... l-istorja tad-dinja mhi xejn ħlief il-bijografija ta’ nies kbar”. Huwa proprju għalhekk li permezz ta’ dan ilktieb Aloisio xtaq iwassal lill-qarrejja tiegħu ġabra ta’ għoxrin personaġġ tas-seklu għoxrin.
Aloisio għażel li jikteb dwar Gandhi, Albert Schweitzer, Einstein, Helen Keller, Giuseppe Moscati, Franklin Roosevelt, Charlie Chaplin, Giorgio La Pira, Dietrich Bonhoeffer, Madre Tereża, Thomas Merton, Oscar Romero, Nelson Mandela, Elie Wiesel, Martin Luther King, Anne Frank, Mikhail Gorbachev, Giovanni Falcone, Muhammad Alì u Lech Walesa. Tassew ġganti ta’ żmienna.
Fid-daħla għall-ktieb tiegħu, Aloisio jgħid li “l-għażla tal-personaġġi hija waħda personali u suġġettiva. Lanqas ma hija neċessarjament l-għażla tal-ikbar għoxrin personaġġ tas-seklu l-ieħor, għalkemm ħafna mill-ismijiet igawdu apprezzament internazzjonali kważi unanimu. Huma għoxrin personaġġ li jien personalment nammira għax b’li qalu u fuq kollox b’li għamlu għad għandhom ħafna x’jgħidulna wkoll illum il-ġurnata.”
X’jagħmel bniedem kbir? U x’hemm komuni bejn dawn l-għoxrin ġgant
tas-seklu għoxrin? Minkejja d-differenzi ġeografiċi u kulturali li kien hemm bejniethom, dawn l-għoxrin ġgant kienu lkoll, fi kliem l-awtur “persuni mimlija b’enerġija, b’entużjażmu u b’ħerqa biex jagħmlu dinja aħjar, biex jagħtu kontribut pożittiv lill-ħajja tal-bniedem. Kienu jemmnu li setgħu jagħmlu differenza fis-soċjetà. U filfatt għamluha.”
Aloisio jgħid li dawn il-“ġganti” ma kinux nies perfetti. Kellhom id-difetti tagħhom ukoll. Kienu ġganti imperfetti. Anke dawk li wara mewthom ġew iddikjarati qaddisin. Imma l-intenzjoni ewlenija tagħhom kienet li jgħinu lill-oħrajn iktar milli biex jonfħu l-ego tagħhom u jagħmlu isem mad-dinja.
“M’iniex qaddis,” kien qal Nelson Mandela, “sakemm b’qaddis ma tifhimx midneb li jibqa’ jipprova”. Nippruvaw nagħmlu differenza għall-aħjar fil-ħajja tal-oħrajn, jissokta jgħid Mandela, għax “li jgħodd fil-ħajja mhuwiex sempliċement li għexna, iżda d-differenza li għamilna fil-ħajja tal-oħrajn hija dik li tagħti tifsira lil ħajjitna”.
Kienu lkoll nies li ppruvaw jaraw it-tajjeb fl-oħrajn u joħorġu l-aqwa mill-persuni ta’ madwarhom. Fittxew li jgħaqqdu lin-nies u mhux jifirduhom. Bnew pontijiet u mhux ħitan. Kienu tassew ċittadini tad-dinja. Għax kif qal Martin Luther King, “irridu nitgħallmu ngħixu flimkien bħall-aħwa jew inkella nintilfu flimkien bħall-boloh”.
Bħala student, jgħid Aloisio, “jiena tgħallimt inħobb dawn il-personaġġi; bħala għalliem, għallimt bosta studenti jsiru jħobbuhom huma wkoll. Jal-
la dan il-ktieb iservi ta’ għodda tajba għall-għalliema biex jedukaw fil-veri valuri u gwida għaż-żgħażagħ tagħna biex jerġgħu jiskopru l-ideali sbieħ u għoljin li kellhom dawn l-għoxrin ġgant tas-seklu għoxrin”.
Aloisio diġà sar isem stabbilit fil-qasam tal-bijografiji bil-kotba tiegħu Qatlu lill-Arċisqof (2015) dwar San Oscar Romero, Falcone u Borsellino (2017), Għaxra Żgħar Imma Kbar (2020) dwar għaxar żgħażagħ qalbiena, u Il-Papiet Kbar ta’ Żmienna (2022).
Barra minn hekk, Robert Aloisio huwa awtur ta’ erba’ kotba oħra: Sfidaw lill-Mafja (2017), Għall-Passiġġati (2019), Knisja u Mafja (2021) u L-Iskola
Mistoqsija: X’kien qal il-filosfu Skoċċiż Thomas Carlyle?
St Michael (2022); u ta’ diversi artikli, ħafna minnhom bijografiċi, f’ġurnali u rivisti lokali. Kiteb ukoll numru ta’ drammi għall-istudenti. Aloisio jieħu ħsieb numru ta’ paġni u gruppi fuq il-midja soċjali ħafna minnhom b’rabta mal-kitbiet tiegħu.
Il-ktieb, xogħol ieħor sabiħ ta’ Pubblikazzjonijiet Preca, il-fergħa tas-Soċjetà tal-MUSEUM responsabbli mill-pubblikazzjonijiet tagħha, jinkiseb mil-Librerija Preca li tinsab maġenb il-Kappella ta’ San Ġorġ Preca l-Blata l-Bajda. Min isib diffikultà biex jakkwistah jista’ jċempel 2122 2626 jew jikteb lill-awtur fuq robertaloisio@ gmail.com
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb 20 ĠGANT TAS-SEKLU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb NATAL FELICE U ĠNIEN IL-MISTRIEĦ hija:
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
X’inhi r-rata li laħaq it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna fl-2022?
Isem:
Numru tat-telefown:
Tweġiba:
Indirizz:
05.03.2023 24
02
Y. ATTARD - ĦAMRUN
JOLLY JANE - L-ANĠLU TAL-MEWT
Jane Toppan tivvalena l-pazjenti bħala “att ta’ ħniena”
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Jane Toppan, imwielda bħala Honora Kelley, kienet qattiela tal-massa Amerikana. Il-ġenituri tagħha kienu Irlandiżi li emigraw lejn l-Istati Uniti biex ifittxu ħajja aħjar iżda xorta baqgħu fi stat ta’ faqar. Toppan, li kienet magħrufa mill-kollegi bħala Jolly Jane, ġiet arrestata fid-29 ta’ Ottubru tal-1901 wara suspett li kellha x’taqsam mal-qtil ta’ xi membri tal-familja Davis. Toppan ammettiet li qatlet mal-31 persuna iżda ġiet mixlija bi 12-il omiċidju. Huwa maħsub li hi qatlet fuq 100 persuna. Waqt il-ġuri nstab li ma kinitx mentalment stabbli u b’hekk intbagħtet flisptar Taunton Insane Hospital.
Jane Toppan/Honora Kelley
Jane Toppan, li isimha u kunjomha vera kienu Honora Kelley, twieldet fil31 ta’ Marzu tal-1854 f’Boston, f’Massachusetts. Il-ġenituri tagħha, Bridget u Peter Kelley, kienu immigranti Irlandiżi li marru fl-Istati Uniti għal futur aħjar. Apparti Honora, il-koppja Kelley kellhom tlett ibniet oħra li kienu ikbar minn Honora. Meta Honora kellha madwar sena, ommha mietet bit-tuberkulożi. Il-missier, li kien ħajjat, kien magħruf min-nies bħala Kelley the Crack għax kien sakranazz. Jgħidu li Kelley ma baqax jirraġuna u li ħiet għajnejh flimkien.
Fl-1860, il-missier ħa lil Delia ta’ tmien snin u lil Honora ta’ sitt snin fl-orfanatrofju magħruf bħala l-Boston Female Asylum. Ma nstabux rekords tal-esperjenzi li kellhom il-bniet f’dan il-post, ħlief li ġew “salvati minn ambjent miżerabbli”. F’Novembru tal1862, Honora ntbagħtet tgħix bħala seftura bla ħlas fid-dar tal-familja Toppan, f’Lowell, Massachusetts. Minkejja li qatt ma ġiet addottata mill-familja, Honora ħadet kunjom il-familja u bdiet tissejjaħ bħala Jane Toppan. Il-familja Toppan kellhom tifla, Elizabeth, li Honora kienet tmur tajjeb ħafna magħha.
Fl-1885, Honora bdiet titħarreġ bħala infermiera fil-Cambridge Hospital. Kien hawnhekk li ngħatat il-laqam ta’ “Jolly Jane” minħabba l-karattru ferrieħi u dħuli li kellha. Il-pazjenti li kienu jingħataw lil Toppan biex tieħu ħsiebhom kienu anzjani morda. Għall-ewwel, hi kienet issir tafhom u mbagħad kienet tagħżel il-favoriti tagħha biex tesperimenta fuqhom. Hi kienet tagħtihom dożi ta’ morfina u atropina filwaqt li kienet tbagħbas ir-rekords tagħhom. Kienet tbagħbas ukoll fid-dożi biex tara x’effett iħallu fuq il-pazjenti u kif kienu jintilfu minn sensihom, hi kienet titla’ ħdejhom fis-sodda u toqgħod tmisshom. Fejn kienet tkun hi kienu jmutu għadd ta’ pazjenti u l-affarijiet kienu dejjem jgħosfru.
Fl-1889, Toppan sabet xogħol fil-Massachusetts General Hospital. Hi ma tantx damet taħdem hawnhekk
għax inqabdet tagħti dożi tal-loppju bl-addoċċ. Wara hawn, Toppan bdiet taħdem bħala infermiera li tmur fiddjar tal-pazjenti tagħha u bdiet iddawwar lira sew filwaqt li kienet teħles mill-pazjenti.
Huwa fiċ-ċert li Toppan bdiet tivvalena lin-nies fl-1895, hekk kif qatlet lis-sid tad-dar li kienet tikri, Israel Dunham u lil martu sentejn wara. Fl-1899, Toppan qatlet anke lil Elizabeth, it-tifla tal-familja Toppan, wisq probabbli minħabba l-għira. Fl-1901, Toppan marret toqgħod ma’ Alden Davis u l-familja tiegħu biex tkun tista’ tieħu ħsiebu, wara li kienet laħqet ħelset minn martu. Fi ftit ġimgħat, Toppan qatlet lil Davis, lil oħtu u tnejn minn uliedu l-bniet. Il-membri l-oħra tal-familja bdew jissuspettaw ħażin għax kollha kienu f’saħħithom u b’hekk talbu biex isir eżami tat-tossikoloġija fuq it-tifla ż-żgħira ta’ Davis u nstab li din ġiet ivvalenata.
Wara din is-sejba, il-pulizija tefgħu ħarsithom fuq Toppan u spiċċaw biex arrestawha fid-29 ta’ Ottubru tal-1901 mixlija bi qtil. Sal-1902, Toppan ammettiet li qatlet minn tal-inqas 31 persuna. Waqt il-ġuri, Toppan ġiet mixlija bi 13-il omiċidju filwaqt li bdiet tinsisti li hi mentalment stabbli għax kienet taf x’inhi tagħmel. Saħqet li hi xtaqet toqtol iżjed persuni, speċjalment anzjani, li kienu bla saħħa u kemmil darba qalet li l-anzjani m’hemmx bżonnhom fid-dinja. Din l-istqarrija wasslitha biex issir magħrufa bħala “l-Anġlu tal-Ħniena” jew “l-Anġlu tal-Mewt” għax iddeċidiet li hi kellha s-setgħa biex tagħżel min seta’ jgħix
jew le, apparti li kienet tieħu sodisfazzjoni sesswali xħin tarahom qed imutu. Fit-23 ta’ Ġunju tal-1902, Toppan instabet mhux ħatja minħabba insta-
bbiltà mentali u ntbagħtet għal għomorha fit-Taunton Insane Hospital. Toppan mietet fis-17 ta’ Awwissu tal1938 fl-età ta’ 84 sena.
Il-vittmi li nafu fiċ-ċert li qatlithom huma:
• Israel Dunham: inqatel fis-26 ta’ Mejju tal-1895 fl-età ta’ 83 sena
• Lovely Dunham: inqatlet fid-19 ta’ Settembru tal-1897 fl-età ta’ 87 sena
• Elizabeth Brigham: it-tifla tal-familja Toppan, inqatlet fid-29 ta’ Awwissu tal-1899 fl-età ta’ 70 sena
• Mary McNear: inqatlet fit-28 ta’ Diċembru tal-1899 fl-età ta’ 70 sena
• Florence Calkins: kien jieħu ħsieb id-dar ta’ Elizabeth Brigham, inqatel fil-15 ta’ Jannar tal-1900 fl-età ta’ 45 sena
• William Ingraham: inqatel fis-27 ta’ Jannar tal-1900 fl-età ta’ 70 sena
• Sarah (Myra) Connors: ħabiba ta’ Toppan, inqatlet fil-11 ta’ Frar tal-1900 fl-età ta’ 48 sena
• Mattie Davis: il-mara ta’ Alden Davis, inqatlet fl-4 ta’ Lulju tal1901 fl-età ta’ 62 sena
• Genevieve Gordon (Annie): It-tifla ta’ Alden u Mattie Davis, inqatlet fit-30 ta’ Lulju tal-1901
• Alden Davis: inqatel fit-8 ta’ Awwissu tal-1901 fl-età ta’ 64 sena
• Mary (Minnie) Gibbs: it-tifla ta’ Alden u Mattie, mietet fit-13 ta’
Awwissu tal-1901 fl-età ta’ 40 sena
• Edna Bannister: oħt Florence Calkins, inqatlet fid-19 ta’ Ġunju tal-1901 fl-eta ta’ 77 sena
05.03.2023 25
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.
Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
05.03.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Isem:
Indirizz:
U. CALLEJA - MSIDA
TISLIBA 476
MIMDUDIN:
1. Kiesaħ dan (5)
4. Jitħallsu kull sena (4)
7,21W L-oppost ta’ iżgħar (5)
9. Ingrid Borg
WEQFIN:
1. Jitpoġġa l-ilma fihom (6)
Barthet (1,1,1)
10. Jaħmi l-ħobż dan (6)
12. Jintuża għallkaċċa (6)
16. Ara 6
18. Ġie zopp (2)
6,16. Poġġi (6)
8,21M Pulizija (12)
2,17. Tagħmlu l-qorti (3)
3. Infurmat (3)
5. Soru Ingliża (3)
11,23. Tiċċaqlaq (6)
12,22. Kompleta (5)
13,24. Niġbduk (6)
14. Isem (6)
19. Perjodu ta’ żmien (3) 20.
15. Il-mara tiegħek (6)
17. Ara 2
21. Ara 7
22. Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA
MIMDUDIN: 1.Jħobb, 4.Mazz, 7.AK, 9,13.Stikka,
10.Galopp, 12.Takuna, 16.Dit, 18,19. Kċina, 20.Baċir, 21.Rio, 24.Ifred
WEQFIN: 1.Jistad, 2.Odi, 3,22.Bagoll, 5.Alo, 6,23.Zeppoli, 8.Kapuċċini, 11,12 wieqfa.Patt, 14.Airpor, 15.Farrad, 17.Ili, 21.RIP
05.03.2023 27
21.
8 23. Ara 11 24. Ara 13 Bi 3 NUMRI 016 259 526 601 684 716 754 850 877 890 B’4 NUMRI 0299 0434 0440 0515 1069 1343 1371 1378 1411 1555 1606 2215 2286 2387 2698 2704 2849 2866 3465 4126 4288 4466 4687 4728 4881 5112 5160 5229 5383 6846 6910 8076 8165 8226 8382 9016 9076 9299 9622 9752 B’5 NUMRI 02665 05275 06195 08984 12251 21920 32517 32678 33157 34053 56625 56986 57951 59284 67037 72545 73998 81198 84954 85040 85449 90655 93605 93751 B’6 NUMRI 038177 212375 339015 432609 437069 566719 598634 625974 745355 774188
Qisu rħam (5)
Ara
RIEDA TAJBA BISS ISSAĦĦAĦ
Editorjal
B’intenzjonijiet li ma jpoġġux liċ-ċittadin Malti u l-pajjiż l-ewwel, żgur mhux se jkun il-PN li, wara s-sentenza talQorti, jindika l-aħjar triq ’il quddiem għall-qasam tas-saħħa
L-aħħar jiem, ikkaratterizzati mis-sentenza tal-Qorti filkonċessjonijiet tal-isptarijiet, kienu mill-ġdid mera tal-intenzjonijiet politiċi differenti espressi f’pajjiżna. Min-naħa talGvern, li jittama li malajr kemm jista’ jkun ikollu deċiżjoni finali fil-każ, qed ipoġġi esklussivament quddiem għajnejh l-interessi ta’ kull ċittadin. Bil-maqlub, rajna kif l-Oppożizzjoni rikbet fuq iċ-ċirkostanzi biss biex issaħħaħ il-partiġjaniżmu tagħha.
Hija biss din id-differenza, rikonoxxuta minn maġġoranza assoluta tal-poplu, li tista’ tixhed dawl fuq it-triq ’il quddiem biex ma jintilef xejn misservizzi mill-aqwa tas-saħħa li ngawdu, anzi tali żvilupp jixpruna iżjed titjib.
Bir-rieda t-tajba, li wera anke minn qabel is-sentenza ġudizzjarja ta’ ġimgħa ilu, il-Prim Ministru Robert Abela spjega li mhux biss mill-2020 lil hawn ma ngħata l-ebda pulzier żejjed lil Steward Healthcare fuq il-ftehimiet li kellha, iżda, sa mir-rimarki preċedentement tal-Awditur Ġenerali f’dan ilkaż, il-Gvern ma qagħadx idejh
fuq żaqqu. Beda jfassal u ħoloq pjan ħolistiku f’kull eventwalità li l-kawża legali setgħet twassal għalihom.
Dan bil-għan li anke l-possibbiltà ta’ tranżizzjoni, kif tiddetta s-sentenza, ma tkun tfisser xi tbatija għall-pazjent jew xi tnaqqis fil-kura minn dik eżistenti. Fl-istess ħin, il-Gvern impenja ruħu li dak li suppost kellu jsir mill-kumpanija privata, jara li jitwettaq xorta waħda. Jekk xejn, l-amministrazzjoni attwali żgur ma tistax tiġi akkużata li qed taġixxi b’xi tip ta’ irresponsabbiltà jew nuqqas ta’ għaqal. Anzi qed jitħaddmu l-istess prattiċi fil-prinċipju ta’ kull darba li fl-aħħar tliet snin il-Gvern immexxi minn Robert Abela kellu jiffaċċja, fosthom l-akbar żewġ kriżijiet dinjin. Mill-esperjenza u mir-riżultati li l-pajjiż kiseb u għadu qed jikseb, kull ċittadin Malti u Għawdxi diġà jaf, b’rasu mistrieħa, li l-Gvern mhux se jabbanduna xi darba l-interessi nazzjonali jew dawk ta’ ġensu. Min-naħa l-oħra, l-istess ilkoll konxji li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni jħares lejn il-kwistjoni kollha minn
tliet lentijiet differenti. L-ebda waħda minn dawn ma tpoġġi l-interess tal-poplu l-ewwel u, iżjed minn hekk, ikomplu jifirdu l-elementi diġà diverġenti fis-suppost gvern alternattiv. Mill-agħar intenzjonijiet tal-akbar forza fil-Partit, dik tal-establishment, li l-mira ewlenija tagħha hi biss il-miżerja tal-pajjiż u tal-poplu bil-għan li tipprova tersaq xi darba qrib il-poter li ma tistax tikseb b’mezzi demokratiċi; għal Bernard Grech, li ta’ kuljum jiġi mfakkar li żmienu bħala Kap Nazzjonalista hu iqsar milli jaħseb, u allura jara fissentenza tal-Qorti xi tip ta’ ġustifikazzjoni biex jestendi ċ-ċens li ġie fdat lilu sentejn ilu; sal-predeċessur tiegħu Adrian Delia, li mill-ewforija tal-kawża li rebaħ fil-Qorti jrid jivvendika ruħu minn dawk tal-ewwel li qaċċtulu rasu bl-aktar mod viljakk; l-interessi taċ-ċittadin m’għandhom l-ebda post. Wisq inqas wieħed ewlieni.
U jekk fl-aħħar jiem tqanżħu biex jipprovaw jagħtu l-impressjoni li anke l-ilma jista’ jitħallat maż-żejt u jsiru biċċa waħda jew anke jekk illum se
jkunu qed iħokku spalla ma’ spalla fil-protesta li qiegħda tissejjaħ fil-Belt Valletta, il-verità hija xort’oħra.
Dawk li fl-aħħar sentejn ukoll daqu l-imrar fi ħdan il-PN stess u llum m’għadhomx jagħrfuh, fakkru lil dawk, bħal Grech u l-establishment, kemm huma biss ipokriti u fiċ-ċirkostanzi qed jieħdu rikba b’xejn.
Mill-memorja friska ta’ kulħadd ukoll joħroġ ċar kristall f’liema qagħda kienet is-sitwazzjoni relatata mas-servizzi tas-saħħa sakemm kien hemm Gvern tal-PN qabel l-2013. Mhux l-inqas l-isptarijiet infushom fejn kull investiment li sar ukoll kien biss nofs kedda, daqs il-konkos tal-pilastri li fuqhom inbena l-Isptar Mater Dei.
Għaldaqstant, żgur mhux se jkun il-PN li jagħti l-aħjar gwida dwar x’għandhom ikunu d-deċiżjonijiet mil-lum ’il hemm f’dan il-qasam essenzjali filħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.
Hi biss ir-rieda tajba, bħal dik tal-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu, li tista’ toffri garanzija li anke din l-isfida tinbidel f’opportunità ġdida għal pajjiżna.
05.03.2023 28