KullĦadd_29.01.2023

Page 1

Il-Ħadd, 29 ta’ Jannar, 2023

Ħarġa Nru 1,542 Prezz €1

MALTA MAL-AĦJAR

GĦAL IMPJIEGI TA’

GĦARFIEN GĦOLI

Rapport f’paġna 9

Minn kemm ilha tinġabar l-istatistika fis-sittinijiet, dawk jirreġistraw għal impjieg f’Malta niżlu għal minimu storiku fl-2022 … grazzi għat-tmexxija

ta’ Robert Abela

7

L-INDUSTRIJA TAL-GAMING TIBQA’ TIKBER

Minkejja l-isfidi internazzjonali u t-tbassir diżastruż tal-Oppożizzjoni, il-kumpaniji u anke l-impjiegi komplew jiżdiedu b’rata qawwija fis-settur sal-ewwel nofs tal-2022 biex issa jlaħħqu għal 8% tal-ekonomija lokali

Ir-reżiljenza tal-industrija tal-logħob f’pajjiżna mhux biss kienet waħda b’saħħitha tul il-pandemija kollha, inkluż meta stabbilimenti kellhom jingħalqu għal xahrejn sħaħ bir-restrizzjonijiet imposti, iżda kkontribwiet ukoll għal tkabbir sostnut sena wara oħra bejn l-2019 u l-2022.

Anke jekk l-iżviluppi lokali u internazzjonali fl-aħħar snin setgħu kienu ta’ theddida għas-settur, partikolarment il-COVID-19, il-Gwerra fl-Ukrajna u ż-żmien temporanju taħt l-osservanza tal-FATF, jirriżulta b’mod ċar li dan ħareġ aktar b’saħħtu.

Skont rapport tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA) għall-perjodu Jannar-Ġunju 2022, l-industrija żdiedet fil-valur b’€183.5 miljun minn €389.5 miljun fl-ewwel sitt xhur tal-2019 għal €573 miljun fl-istess perjodu tliet snin wara. Dan it-tkabbir illum qed jiġi kkalkulat bħala 8% tal-valur miżjud gross tal-ekonomija Maltija (u ftit aktar minn 10% jekk jiżdiedu wkoll l-effetti indiretti).

Tkompli f’paġna 3

L-INQAS IFITTXU XOGĦOL
Rapport f’paġna

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 17°C

L-Inqas Temperatura: 11°C

L-Indiċi UV: 3

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa

fuq il-Baħar Jonju ser timxi lejn il-Lvant

It-Temp: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita jew

silġ, lokalment bir-ragħad u buffuri tar-riħ

Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral li jsir ftit qawwi mill-Grigal

Il-Viżibilità: Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita

Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir moderat

L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru

It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034

St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570

St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045

Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958

D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817

J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062

The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376

Reeds Pharmacy, 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068

Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593

St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649

Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412

Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698

San Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994

St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723

Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251

St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327

Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447

Għawdex

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819

St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

29.01.2023 02
It-Tnejn 13°C 14°C 14°C 11°C 9°C 10°C 8°C 8°C UV 3 UV 3 UV 3 UV 3 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
14°C 6°C UV 3 It-Tlieta 13°C 6°C UV 3 Il-Ġimgħa

ŻIEDA TA’ 4,000 IMPJIEG MILL-2019

Tkompli minn paġna 1

Bħal dan iż-żmien sena kien irrapportat kif l-2021 kienet waħda ta’ suċċess għas-settur tal-gaming hekk kif innumru ta’ kumpaniji li joperaw fis-settur laħaq il-figura rekord ta’ 341, li jagħmlu 18 aktar milli kien hemm fi tmiem l-2020 jew żieda ta’ 6% fis-settur.

Issa l-aħħar rapport tal-MGA ħabbar li kienu ġew irreġistrati 74 kumpanija

ġdida bejn l-ewwel nofs tal-2019 (283 kumpanija) u l-istess perjodu tal-2022 (357), li jfisser żieda medja ta’ żewġ kumpaniji fix-xahar. It-total ta’ liċenzji sa Ġunju li għadda laħħaq it-363, waqt li d-dħul annwali tal-kumpaniji hu stmat aktar minn €750 miljun fis-sena.

Iżjed minn hekk, mill-bidu tal-2021 sa nofs l-2022 l-impjiegi fl-industrija baqgħu jiżdiedu u għall-ewwel darba fl-istorja qabżu l-10,000 ħaddiem fulltime. Sa Ġunju 2022 ġew irreġistrati 10,861 ħaddiem full-time, kważi 4,000 iktar mill-2019, meta kienu rreġistrati 7,011-il ħaddiem. Il-maġġoranza assoluta tal-impjiegi –10,106 jew 93% – huma rreġistrati mas-settur online.

Jirriżulta li l-Awtorità Maltija għal-Logħob ġabret madwar €40 miljun f’miżati ta’ kontribuzzjonijiet, dazji u taxxi mingħand l-industrija fil-perjodu ta’ Jannar-Ġunju 2022, li €25.2 miljun minnhom kienu ħlasijiet millkumpaniji online.

Dan kollu hu kompletament bil-kontra tat-tbassir li kienet nefħet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-istess perjodu. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech kien ipprova jbeżża’ wkoll li din l-industrija, flimkien ma’ dik finanzjarja, kienu se jisparixxu minn fostna minħabba li Malta ddaħħlet fil-lista l-griża tal-Financial Action Task Force (FATF) f’Ġunju tal-2021.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet rikbet fuq id-deċiżjoni tal-FATF fl-2021 u bassret kriżi ekonomika, b’mijiet ta’ kumpaniji li kellhom jagħlqu u eluf ta’ ħaddiema li jingħataw is-sensji. Bil-maqlub, pajjiżna xorta baqa’ jikseb riżultati bla preċedent fit-tkattir tal-ġid, b’żidiet f’kumpaniji u investimenti, tkabbir ekonomiku aqwa u l-inqas livell storiku ta’ qgħad, fost oħrajn.

L-istess bħas-settur finanzjarju u oħrajn, il-kumpaniji u l-liċenzji tal-gaming baqgħu jiżdiedu sa Ġunju tal2022, iż-żmien li Malta ħarġet b’suċċess mill-monitoraġġ tal-istituzzjoni internazzjonali kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Matul il-perjodu kien irreġistrat tkabbir simili fis-servizzi professjonali, fis-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u dak tal-bejgħ bil-grossa.

“Id-deċiżjoni tal-FATF li tneħħi lil Malta mil-lista l-griża kkontribwixxiet biex tiġi rrestawrata l-kredibbiltà tal-pajjiż, waqt li tatu l-opportunità li jkompli jib-

Sa nofs is-sena l-oħra kien hemm iżjed minn 19-il miljun ġukatur online ma’ siti elettroniċi liċenzjati mill-Awtorità Maltija

ni fuq l-ekosistema tiegħu ta’ ġurisdizzjoni ewlenija tal-iGaming fix-xena globali. Din għolliet ukoll il-livell f’termini tal-wegħda tal-pajjiż li jżomm l-istandards rigorużi li impenja ruħu fihom, waqt li jibqa’ business-friendly u sostenibbli meta mqabbel ma’ ġurisdizzjonijiet oħrajn kompetittivi,” qalet l-MGA fir-rapport tagħha fejn reġgħet sostniet il-ħidma kontinwa biex tiġi protetta r-reputazzjoni internazzjonali li tgawdi Malta permezz ta’ qafas regolatorju b’saħħtu. “Fuq kollox, il-futur tas-settur tal-gaming f’Malta jibqa’ pożittiv,” tenniet l-Awtorità.

Meta Malta tneħħiet mil-lista tal-FATF, il-Prim Ministru kien radd ħajr lil diversi istituzzjonijiet, fosthom l-MGA.

ja Maltija tal-gaming bħala waħda mill-aħjar tnejn li jeżistu fid-dinja u qal bla tlaqliq li l-proċess rigoruż biex tinkiseb l-istess liċenzja lokalment jagħmilha wkoll l-aktar waħda serja. Skont is-sit elettroniku, li jittratta aħbarijiet mid-dinja teknoloġika, pajjiżna jifaċċja l-akbar kompetizzjoni f’dan ir-rigward mill-gżira ta’ Curacao fil-Karibew, bid-diferenza li din, avolja taqa’ taħt ir-renju tal-Olanda, m’għandhiex ir-rekwiżiti mitlubin mill-Unjoni Ewropea, kif għandu pajjiżna. Għaldaqstant, Armchair Arcade kienet indikat il-liċenzja ta’ Malta bħala l-aktar waħda sigura.

Il-kumpaniji rreġistrati f’Malta kkontribwew mal-€40 miljun

lill-ekonomija f’miżati, dazji u taxxi bejn Jannar u Ġunju tal-2022

“Filwaqt li tajna direzzjoni politika ċara, il-bidliet li saru fl-aħħar snin ma kinux ikunu possibbli mingħajr il-ħidma ddedikata ta’ ħafna istituzzjonijiet ġewwa pajjiżna,” kien qal Robert Abela f’Ġunju tas-sena l-oħra, waqt li rringrazzja lit-tmexxijiet u lit-timijiet tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), il-Korp tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), fost oħrajn.

Is-sit elettroniku speċjalizzat Armchair Arcade kien iddeskriva l-liċenz-

Sadanittant, fil-ħarsa dettaljata tal-MGA lejn is-settur tal-logħob online, fejn sa seba’ xhur ilu kien hemm 346 kumpanija operattiva taħt ilġurisdizzjoni Maltija, jirriżulta li bejn Jannar u Ġunju tal-2022 ġew irreġistrati iżjed minn 19-il miljun kont attiv ta’ ġukaturi fuq is-siti elettroniċi liċenzjati mill-MGA, bi kważi disa’ miljuni rreġistrati bħala kontijiet ġodda fil-perjodu.

L-ammont fisser ukoll żieda ta’ 8.7% jew miljun u nofs ġukatur fuq l-istess perjodu tal-2021, waqt li mqabbel ma’ Jannar-Ġunju 2019 l-ammont jikkostitwixxi għal kważi erba’ miljun ġukatur aktar. Il-faxxa ta’ etajiet ta’ bejn il-25 u l-34 sena kienet l-akbar waħda fis-settur online, bil-maġġoranza tagħhom (72.6%) ikunu rġiel.

Fis-settur tal-logħob f’pajjiżna bbażat fuq l-art (casinos, swali tat-tombla u

gaming parlours), l-għadd sħiħ ta’ żjarat minn ġudikaturi fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet irkupra bi kważi 42% fuq l-istess perjodu sena qabel, bl-akbar kontributuri jkunu l-casinos u s-swali kummerċjali tal-bingo. Ta’ min jinnota li, matul il-pandemija, il-casinos u s-swali tat-tombla kienu magħluqin għall-pubbliku mill-11 ta’ Marzu sas-7 ta’ Ġunju tal-2021 u għaldaqstant iż-żieda fl-attendenza hi riflessjoni wkoll ta’ dan il-fatt.

Minkejja dan, iċ-ċifri fl-ewwel nofs tal-2022 jibqgħu ’l bogħod mill-istess perjodu ta’ qabel il-pandemija (Jannar-Ġunju 2019), b’diferenza ta’ madwar 200,000 żjara, li kważi nofshom batewhom il-casinos waħedhom.

Min-naħa l-oħra, il-ħwienet tallogħob fil-lokalitajiet irreġistraw tnaqqis ta’ 5% fl-attendenzi bejn l-2022 u l-2021, iżda mhux l-istess jingħad għaddħul finanzjarju medju tagħhom kull żjara li żdied b’mod sinifikanti b’66.4% meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tal2021. L-MGA qalet li din iż-żieda qed tiġi osservata għal evalwazzjoni kontinwa dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ iżjed miżuri dwar logħob responsabbli.

Id-dħul medju tal-casinos baqa’ relattivament l-istess, b’żieda marġinali ta’ 0.1%, waqt li s-swali tal-bingo esperjenzaw tnaqqis ta’ 11.3% fid-dħul medju kull żjara.

Fil-każ tal-operatur tal-lotteriji nazzjonali, l-MGA qalet li l-Maltco għamlet dħul ta’ €43.7 miljun fl-ewwel sitt xhur tal-2022, bi €33 miljun minnhom ġejjin mit-tlugħ ta’ kull ġimgħa, bħal-lottu u s-Super 5. Minn dawn, €5.5 miljun marru f’taxxa lill-Istat, waqt li €340,987 marru fil-Fond tal-Kawżi Ġusti, skont il-Liġi u bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-liċenzja.

29.01.2023 03

L-AKBAR PAKKETT TA’ FONDI TAL-UE BIEX

It-tnedija uffiċjali tal-baġit ta’ €2.2 biljun għal pajjiżna din il-ġimgħa timmarka l-bidu ta’ vjaġġ ieħor sal-2027

Din il-ġimgħa pajjiżna ċċelebra l-“magħmudija” tal-akbar pakkett finanzjarju mill-Unjoni Ewropea – €2.2 biljun – li rnexxielu jakkwista l-Prim Ministru Robert Abela lura fl-2020 meta saret it-tnedija uffiċjali ta’ dawn il-fondi li se jintużaw minn pajjiżna ħalli jkun aktar reżiljenti għall-ġejjieni, waqt li jkompli jtejjeb l-għajxien tal-familji u tannegozji lokali

It-tnedija uffiċjali saret mill-Prim Ministru nnifsu flimkien mal-Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fil-Malta Fairs & Convention Centre (MFCC) f’Ta’ Qali.

Kważi xahrejn ilu l-Gvern Malti kien ħabbar li lesta b’suċċess in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fuq il-programmi operattivi ta’ fondi Ewropej ta’ bejn l-2021 u l-2027. Il-pakketti operattivi ta’ fondi Ewropej ingħalqu fi żmien rekord ta’ 18-il xahar, waqt li l-Gvern kien qed jinnegozja wkoll il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza. Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea wkoll ħabbret li approvat valutazzjoni preliminari pożittiva tat-talba għal pagament lil Malta ta’ €52.3 miljun.

Sussegwentement, dwar il-baġit allokat lil Malta sal-2017 kien tħabbar li, fl-impenn biex dawn il-fondi jersqu dejjem eqreb lejn iċ-ċittadin, kienet se titnieda kampanja biex tirrakkonta stejjer ta’ suċċess li raw proġetti jieħdu l-ħajja u li llum qed jitgawdew grazzi għall-fondi Ewropej.

Dan l-akbar pakkett ta’ fondi għal pajjiżna ġie nnegozjat mill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela fis-sajf tal-2020. Dan il-pakkett hu aktar mid-doppju ta’ kemm kien ġie nnegozjat minn Gvern Nazzjonalista matul l-2012.

L-ewwel programm operattiv millpakkett ta’ fondi Ewropej mill-baġit Ewropew sal-2027, dak tal-Fond tal-Ażil, l-Immigrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jammonta għal aktar minn €52 miljun, ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropew f’Settembru li għadda

Il-Prim Ministru Abela nhar it-Tnejn qal li dan il-pakkett sħiħ ta’ fondi se jibni fuq l-istabbiltà ekonomika u fuq is-suċċessi li kiseb pajjiżna fl-aħħar snin. “Se nkomplu b’mod tanġibbli nittrasformaw Malta fid-deċennju li ġej. Filfatt, inqis illum bħala l-bidu ta’ ħafna aktar xogħol biex ninvestu, fost fondi oħrajn, madwar €820 miljun f’fondi ta’ koeżjoni – flejjes li bihom se nkomplu nkunu aktar kompetittivi, nagħmlu investimenti ħodor u diġitali, u fuq kollox ninvestu fin-nies, fil-ħiliet u fil-kompetenzi tagħhom, fl-iżvilupp soċjali.”

Apparti l-investiment li se jsir f’oqsma bħal dawk diġitali u ambjentali, Dr Abela rrimarka li se jżir iżjed investiment ukoll minn fondi Ewropej f’Għawdex, fir-reżiljenza fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-saħħa mentali, fl-edukazzjoni, fit-titjib tal-prodott turistiku, u fil-biedja u s-sajd.

Dwar l-ambjent, il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jinvesti fondi Ewropej f’siti tan-Natura 2000 u f’aktar parks u ġonna għall-familji, kif ukoll l-investimenti tax-shore-to-ship u interconnector

Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI

ġdid.

Min-naħa tagħha, il-Kummissarju Ferreira sostniet li tinsab sodisfatta b’dan il-pakkett ta’ fondi Ewropej lejn pajjiżna, li hu sinjal b’saħħtu tal-appoġġ u s-solidarjetà fl-UE.

Qalet li dan il-pakkett se jgħin biex l-ekonomija Maltija tkun aktar b’saħħitha u aktar moderna, u biex tkun innovattiva u kompetittiva, waqt li se jibni ekonomija Maltija li tkun aktar ekoloġika u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura.

“Issa hu ż-żmien li jitwettaq u jibda jitħaddem il-proġett tal-pipeline talgass għal Malta iżjed innovattiva, ħadra u inklussiva. Biex jagħmel differenza reali fil-ħajja ta’ ċittadini komuni madwar il-pajjiż. Din hi fil-fatt is-sħubija tagħna, dan hu l-ftehim tagħna għall-futur ta’ Malta u l-futur tal-Ewropa. Għalhekk issa ż-żmien li jitwettaq,” kompliet il-Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi.

Mill-fond tal-Common Agricultural Policy Strategy Plan (CAP), se jiġu inves-

Permezz ta’ dawn il-fondi se nkomplu nkunu aktar kompetittivi, nagħmlu investimenti ħodor u diġitali, u fuq kollox ninvestu fin-nies, fil-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom, u fl-iżvilupp soċjali

“Ninsab sodisfatta u fiduċjuża kemm se jkun t’għajnuna għal Malta u l-Maltin peress li tfassal bi proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni b’kunsens u inklussività li involva diversi msieħba,” saħqet Ferreira, waqt li laqgħet l-investiment li pajjiżna qiegħed u se jkompli jagħmel fl-enerġija rinnovabbli.

titi miljuni fil-provvista u ħażna tajba tal-ikel f’dan il-perjodu ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent. Dan il-fond se jkun qed jgħin biex raħħala u bdiewa jixtru makkinarju aktar sostenibbli u anki se jgħin biex aktar żgħażagħ jidħlu f’dan is-settur.

Fost l-aktar importanti, il-Fondi ta’

Koeżjoni, jiġbru flimkien erba’ fondi differenti.

L-ewwel wieħed, il-European Regional Development Fund, se jwassal għal aktar infrastruttura sostenibbli u investiment fl-enerġija permezz tat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija. Minbarra hekk, se jintużaw biex jinbena l-isptar il-ġdid għas-saħħa mentali u aktar investiment fl-iskejjel.

It-tieni pakkett minn dawn il-fondi se jkun utli fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ilma, waqt li t-tielet pakkett – Just Transition Fund – se joffri għal investiment ta’ €33 miljun, li permezz tiegħu se jitlesta, fost oħrajn, il-proġett taxshore-to-ship fil-Port il-Kbir.

Ir-raba’ u l-aħħar pakkett hu dak tal-European Social Fund Plus, fejn se jinħolqu opportunitajiet permezz tal-Garanzija għat-Tfal u Garanzija għażŻgħażagħ u anke għajnuna lil għaqdiet volontarji.

Kif spjega s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett fit-tnedija tal-pakkett ta’ €2.2 biljun, l-impenn tal-Gvern hu li l-fondi Ewropej aktar minn qatt qabel ikunu aktar qrib tan-nies. L-impenn tal-Gvern hu li kull min għandu storja jew ambizzjoni jwettaq il-ħolma tiegħu bil-fondi Ewropej. Dr Bonett tkellem dwar proċess ta’ simpli-

29.01.2023 04
Il-Kummissarju Ewropew Ferreira milqugħa mill-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja fil-bidu taż-żjara tagħha f’Malta għat-tnedija uffiċjali tal-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej għal pajjiżna

TAL-UE BIEX MALTA TKOMPLI TIŻVILUPPA

li se joħloq aktar żviluppi kruċjali fuq l-istabbiltà li diġà teżisti f’diversi oqsma tas-soċjetà u tal-ekonomija

soċjali, il-programmi operattivi tal-fondi Ewropej li tħabbru t-Tnejn ġew deskritti ta’ serħan ilmoħħ għall-ħaddiema u għan-negozji f’pajjiżna.

F’kummenti lil ONE News, iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvi lupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), David Xuereb, din ilġimgħa ddeskriva l-programmi operattivi ta’ €2.2 biljun bħala l-mekkaniżmu li se jwassal biex l-aspirazzjonijiet tal-lum isiru realtà fil-ġejjieni.

Xuereb qal li l-MCESD, li jiġbor fih lir-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem, se jkun essenzjali biex dawn il-fondi jiġu investiti għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

jintefqu, rajna wkoll tħassib mill-Kummissarju Ewropew tad-differenza bejn ix-xewqat u l-azzjoni. Naħseb li kull min hu ta’ rieda tajba għandu interess li jgħin lill-Gvern biex dawn il-flus nonfquhom b’mod ekwu u b’mod responsabbli,” hu temm jgħid.

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja, ikkummenta li dan il-pakkett ta’ fondi se jgħin biex itejjeb il-kwalità tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

“Aħna l-aktar li nikkonċentraw fuq il-Fondi ta’ Koeżjoni, għax huma direttament fuq il-kwalità tal-ħaddiema, jiġifieri ħafna minnhom se jintefqu biex inżidu l-kompetenzi, l-abilitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom. Awtomatikament allura, imbagħad, ikunu qed jagħmlu kwalità tal-ħajja aħjar,” stqarr Bugeja.

ż-żmien tal-pandemija u l-Gwerra fl-Ukrajna. “Dawn il-fondi se jkunu qed jagħtu serħan il-moħħ li wieħed jinvesti u jkompli miexi f’dik id-direzzjoni, avolja hawn dawn il-kumplessitajiet, għax se jkollhom l-appoġġ meħtieġ.”

Il-pakkett rekord ta’ fondi Ewropej ukoll se jfissru aktar għajnuna lis-settur agrikolu, kif iddeskriva l-bidwi u raħħal Silvan Abela, li qasam ukoll fehmtu ma’ ONE News dwar l-investiment massiċċ li hemm iddedikat għas-settur li jaħdem fih.

Fit-tnedija tal-programmi operattiv marbuta mal-Fondi Ewropej li jammontaw għal €2.2 biljun, ġie spjegat li s-settur agrikolu għandu ddedikati għalih investiment ta’ €167 miljun.

fikazzjoni li jixtieq jara biex aktar persuni, NGOs u kumpaniji jigu megħjuna biex jibbenefikaw mill-fondi.

“Għalhekk illum se nagħmlu impenn ma’ kulħadd, li l-fondi Ewropej aktar minn qatt qabel, se jkunu aktar qrib tiegħek. Se jkunu qrib tiegħek għax huma l-fondi tiegħek. Jekk temmen li l-istorja tiegħek hi żgħira wisq biex ikollok aċċess għall-fondi, minn hawn qed ngħidulek li, le, mhijiex, għax l-istorja tiegħek se tkun l-akbar ambizzjoni tagħna,” tenna s-Segretarju Parlamentari waqt it-tnedija uffiċjali.

Fl-istess tnedija tkellem il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri fejn qal li bil-pakkett ta’ fondi Ewropej, hu fundamentali biex flimkien mal-pjan talGvern, inkomplu nibnu ekonomija b’saħħitha għall-futur. “B’dawn il-fondi se nkomplu ngħinu fost oħrajn lin-negozji, żgħar u medji jinvestu fi proġetti innovattivi biex itejbu l-prodott jew isservizz tagħhom u jassiguraw sostenibbiltà. Se nkomplu naraw li jkollna Malta b’kuxjenza ambjentali u nibqgħu nsebbħu l-patrimonju u l-ambjent storiku tagħna. Mill-qasam soċjali se nkunu qed nużaw dawn il-fondi biex naraw li kull persuna f’pajjiżna jkollha l-opportunitajiet li tirnexxi u se ninvestu fi proġetti infrastrutturali kbar, li se jkomplu jbiddlu għall-aħjar lil pajjiżna,” qal il-Ministru Schembri.

Fl-ewwel reazzjonijiet mill-imsieħa

“Naħseb li m’hawn l-ebda mej da aktar ideali biex dawn il-ħsibijiet, dawn il-kontribuzzjonijiet ta’ rieda tajba fil-pajjiż kollu, jiġu fuq il-mejda tal-MCESD proprju biex flimkien, bl-iktar mod intelliġenti, naraw kif dawn il-flus, li huma tagħ na, jintefqu biex jiksbu dawk l-aspirazzjonijiet, dawk l-ambizzjonijiet li kollha kemm aħna mhux biss xtaqna, imma rridu. Dan nagħmluh biex naċċertaw li ngawdu mhux biss aħna f’dawn is-seba’ snin li ġejjin – in-nies li qed ngħixu llum – imma biex inkunu ċerti u responsabbli wkoll għall-aspirazzjonijiet ta’ ġenerazzjonijiet futuri,” kompla Xuereb, waqt li nnota b’sodisfazzjon il-pjan li fih dawn il-programmi operattivi, li se jinkludi proġetti kbar li se jwasslu lil pajjiżna għall-futur.

“Fost oħrajn, il-fokus kien fuq l-enerġija rinnovabbli, fuq l-industrija l-ħadra, fuq is-sostenibbiltà, fuq issaħħa mentali, fuq l-interconnector, fuq ħafna aspettattivi li ċ-ċittadin ġeneralment għandu.”

Il-Perit Xuereb qabel ma’ appell li għamlet il-Kummissarju Ewropew Ferreira waqt iż-żjara tagħha f’Malta. “Filwaqt li rajna kif dawn il-flus nixtiequ li

Min-naħa tagħha, Abigail Mamo, Kap Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, qalet lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE li dawn il-programmi tnedew wara konsultazzjoni li saret bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali.

Mamo rrimarkat li l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa qed iwasslu lill-ekonomija Maltija tkun aktar indipendenti u reżiljenti.

“Jiġifieri qabel ma konniex naħsbu li, forsi, li nġibu l-elettriku minn sorsi oħrajn jew l-importanza tal-produzzjoni tal-elettriku fostna kienet se tkun prijorità, imma llum il-ġurnata nafu li hi prijorità li aħna jkollna ċerta indipendenza fejn jidħol l-ikel. Hi prijorità wkoll li nagħmlu titjib fis-saħħa. Ovvjament, dawn il-fondi se jkunu strumentali biex mhux biss Malta tkompli tagħmel dawn l-avvanzi, imma biex ikunu parteċipi wkoll in-negozji, jiġifieri li aħna se jkollna strateġija, bħala Malta, imma minn din l-istrateġija, in-negozji se jkunu parteċipi anke permezz tal-fondi Ewropej,” tenniet Mamo, filwaqt li indikat kif dawn se jwasslu għall-qalba diġitali għan-negozji, wara

Dwar il-finanzjament ta’ €52.3 miljun lil pajjiżna filPjan ta’ Rkupru u Reżiljenza, l-istrument ewlieni fil-qalba tan-NextGenerationEU, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen kellha biss kliem ta’ tifħir għall-progress li rnexxielu jwettaq pajjiżna f’diversi oqsma fl-aħħar snin.

“Għandi aħbar tajba għal Malta. Bis-saħħa tas-suċċess tiegħu fl-ewwel sett ta’ riformi u investimenti, il-pajjiż hu lest li jirċievi l-ewwel pagament taħt in-NextGenerationEU. Ladarba l-istati membri jagħtu l-approvazzjoni tagħhom, Malta se tirċievi aktar minn €50 miljun bħala riżultat tal-progress tajjeb tagħha filpjan nazzjonali tagħha ta’ rkupru u reżiljenza, li jiswa

Abela, li hu sid ta’ razzett tal-baqar, qal li l-fondi se jgħinu għall-provvista u l-ħażna tajba tal-ikel f’dan il-perjodu ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent. Waqt li faħħar il-miżuri li ddaħħlu mill-Gvern, hu kkummenta wkoll li dan il-fond se jkun qed jgħin biex raħħala u bdiewa jixtru makkinarju aktar sostenibbli, waqt li s-settur jattira aktar żgħażagħ.

Apparti r-razzett tal-bhejjem, Silvan u familtu għandhom ir-raba’ li fih jiżirgħu l-patata u ta’ kull sena jesportaw aktar minn 250 tunnellata ta’ patata Maltija lejn l-Olanda. Il-manteniment tal-produzzjoni tar-razzett u l-għelieqi, ikollu bżonn manutenzjoni u makkinarji kbar apposta u l-fondi Ewropej iservu ta’ spalla finanzjarja għalihom.

“Biex tirranġa r-razzett u l-affarijiet tiegħek għall-esportazzjoni u kollox, u tara xi jkun hemm bżonn li tagħmel biex timxi ’l quddiem. Hawnhekk nagħmlu ħalib, patata għall-esportazzjoni u laħam taċ-ċanga.”

Fl-istess attività tat-Tnejn tnieda s-sit fondi.eu li għandu jiffaċilita l-proċess biex aktar nies ikunu jafu minn liema fondi jistgħu jibbenefikaw. Dan is-sit ġabar sitt siti elettroniċi preċedenti, li issa saru sit wieħed. Minbarra hekk, l-aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta se tkun il-one-stop-shop biex wieħed japplika u jibbenefika minn fondi Ewropej.

kważi €260 miljun. Malta ilha taħdem, pereżempju, fuq it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u ż-żieda fl-indipendenza tal-ġudikatura. Malta tejbet ukoll it-tfas sil tal-investimenti fl-innovazz joni industrijali u tejbet l-immaniġġjar tal-iskart, għall-benefiċċju tal-ekonomija ċirkolari. Fl-aħħar nett, aħna kuntenti bil-miżuri importanti li ttieħdu biex l-iskejjel isiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Ibqa’ sejra hekk, Malta! Il-Kummissjoni tinsab miegħek, fi triqtek lejn l-irkupru,” qalet Von der Leyen.

29.01.2023 05
“Għandi aħbar tajba għal Malta…”

IŻJED MINN IRKUPRU SĦIĦ FUQ IL-FLIEGU

L-għadd ta’ passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex fl-aħħar kwart tal-2022 qabeż il-livell ta’ qabel il-pandemija bi kważi 42,000

Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jikkonfermaw kemm kien b’saħħtu t-turiżmu domestiku bejn Malta u Għawdex is-sena l-oħra, speċjalment matul il-perjodu tal-festi tal-Milied.

Fil-fatt, fl-aħħar kwart tal-2022, qasmu bejn il-gżejjer mat-42,000 iżjed persuni milli kienu qasmu fl-istess żmien qabel bdiet il-pandemija tal-COVID-19. Dan meta kien hemm 1,397,409 persuni li ddeċidew li jaqsmu l-fliegu fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, kontra l-1,355,243 persuna li għamlu dan fl-istess xhur fl-2019.

Fl-istess perjodu kien hemm ukoll 485,191 vettura li użaw is-servizz tal-Gozo Channel jew mas60,000 iżjed mill-aħħar kwart tal-2019 meta 425,767 vettura rikbu l-vapuri t’Għawdex.

Jekk wieħed iħares biss lejn ix-xahar ta’ Diċembru, l-ammont ta’ persuni li qasmu bejn Malta u Għawdex laħħaq l-459,981, li kien rekord assolut għal dan ix-xahar. Fl-aħħar Diċembru qabel bdiet il-pandemija, kienu qasmu 408,539 persuna bejn iż-żewġ gzejjer.

Dan fisser li, minkejja li t-turiżmu barrani għadu taħt il-livell ta’ qabel l-2020, it-turiżmu domestiku issa ssaħħaħ ħafna, tant li l-ammont ta’ persuni li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer f’Diċembru li għadda kien 13% aktar minn qabel il-pandemija.

Dan filwaqt li madwar 167,700 vettura użaw isservizz tal-Gozo Channel f’Diċembru li għadda kontra inqas minn 133,900 fl-2019.

Jekk wieħed iħares lejn l-2022 kollha kemm hi, din kienet sena rekord fejn jidħlu vjaġġi bejn

EBDA “BŻIEŻAQ”

FIS-SUQ TAX-XIRI

TAL-PROPRJETÀ

Esperti fis-settur jiċħdu interpretazzjonijiet qarrieqa minn min jimbotta tali narrattiva

L-aġenti tal-proprjetà u l-iżviluppaturi giddbu, b’mod separat, rapporti f’ċerti sezzjonijiet tal-midja daqslikieku beda jberraq fis-suq tal-proprjetà u x-xiri relattiv minħabba differenza fl-istatistika tal-aħħar tal-2022 meta mqabbla max-xhur preċedenti. Huma kienu qed jirreaġixxu wara li fl-aħħar xahar tas-sena l-oħra ma ġiex irreġistrat ukoll bejgħ rekord fiċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Huma qalu, kif kien mistenni, in-numri rritornaw għal-livelli normali wara li ntemmet l-għajnuna tal-Gvern fi frankar tal-boll u t-taxxa. Is-Sezzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà (EAS) u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA), li jirrappreżentaw stakeholders ewlenin f’settur ekonomiku b’saħħtu nazzjonali u jimpjegaw eluf ta’ ħaddiema, spjegaw li, wara t-tmiem tal-inċentivi tal-Gvern biex aktar persuni jsiru sidien ta’ djarhom u li wasslu għal rekord fil-bejgħ, in-numri reġgħu lura għal li kienu qabel bdiet tingħata l-għajnuna.

L-inċentivi, li ddaħħlu fost miżuri tal-pandemija, ippermettew lix-xerrejja jħallsu biss 1.5% tal-boll fuq l-ewwel €400,000 mill-prezz tal-proprjetà, waqt li l-bejjiegħ iħallas biss 5% tar-rata tat-taxxa fuq il-prezz tal-proprjetà. Dawn kienu estiżi għallaħħar darba sa Ġunju 2022.

Għaldaqstant, iż-żewġ għaqdiet iddeskrivew bħala qarrieqa l-istejjer minn min għandu l-iskop li jimbotta xi narrattiva li s-settur beda jikkrolla. “Waqt li hemm diskors persistenti ta’ ‘bużżieqa tal-proprjetà’ minn diversi kwartieri li jistgħu jkunu motivati li jimbottaw din in-narrattiva, l-esperjenza tagħna fuq l-art hi li m’hemm l-ebda sinjali kredibbli li dan jista’ jseħħ xi mkien fil-qrib,” qal il-Kap talEAS fi stqarrija nhar it-Tlieta.

Ġurnata qabel, il-ġurnal

The Malta Independent ikkwota lill-President tal-MDA

Michael Stivala jgħid ukoll li n-numru ta’ konvenji li saru fl-aħħar tal-2022 kien wieħed normali u m’hemm l-ebda

Malta u Għawdex, hekk kif saru 40,739 vjaġġ, żieda fuq it-38,453 vjaġġ li saru matul l-2021. L-ammont ta’ vetturi li qasmu l-fliegu kważi laħaq iż-żewġ miljuni. Dan kien ifisser titjib ta’ 10% fuq ir-rekord preċedenti, li kien inkiser fl-2019.

L-ammont ta’ passiġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex matul l-2022 kien ta’ kważi 5.7 miljun jew 28% aktar mis-sena ta’ qabel, imma xorta taħt il-livell tal-2019. Dan irriżulta l-iżjed minħabba li fl-ewwel kwart tas-sena l-attività kienet affettwata b’mod negattiv mill-varjant Omicron.

Fir-rigward tas-servizz tal-fast ferry, minkejja li kien hemm tnaqqis ta’ 23% fin-numru ta’ vjaġġi fl-2022, l-ammont ta’ passiġġieri żdied b’31%. Dan hekk kif użaw is-servizz bejn l-Imġarr, Għawdex, u l-Belt Valletta madwar 476,200 persuna. Dan ifisser li wieħed minn kull 12-il persuna li qasmu bejn Malta u Għawdex is-sena li għaddiet għamlu dan permezz tas-servizz tal-fast ferry.

Waqt li fl-2021 il-medja ta’ passiġġieri f’kull vjaġġ tal-fast ferry kienet ta’ 45, is-sena li għaddiet din telgħet għal 77. It-titjib fir-rata ta’ okkupanza tal-fast ferry bdiet tinħass mit-tieni kwart tas-sena u fl-aħħar kwart tas-sena kull vjaġġ tal-fast ferry ġarr medja ta’ 123 passiġġier. Dan meta l-katamarani tal-operaturi privati kapaċi jġorru madwar 300 passiġġier.

B’kuntrast ma’ dan, fl-aħħar kwart tal-2022 kull vjaġġ tal-Gozo Channel ġarr medja ta’ 148 passiġġier, meta l-vapuri tal-kumpanija kapaċi jġorru madwar 900 passiġġier kull vjaġġ.

biża’ li se tinfaqa’ xi “bużżieqa” fis-settur.

Waqt li l-gazzetta rreferiet li f’Diċembru tal-2022 saru

Kważi kull proprjetà li qed tinbena, qiegħda tinbiegħ u tinbiegħ minn fuq il-pjanta … l-ebda biża’ li jikkrolla s-settur xi mkien qrib

28.5% inqas kuntratti ta’ xiri ta’ proprjetà mill-istess perjodu sena qabel, Stivala wieġeb li l-iżviluppaturi assolutament ma jaqblux ma’ dan it-tqabbil inġust, ladarba Diċembru 2021 kien l-aħħar xahar li wieħed seta’ jibbenefika mill-inċentivi tal-Gvern. “M’hemm l-ebda skop li ninkwetaw fuq xi ‘bużżieqa’. F’dan l-istadju, il-maġġoranza tal-proprjetajiet li qed jinbnew qed jinbiegħu. Fil-fatt, kważi kollox qed jinbiegħ fuq il-pjanta. Ftit proprjetajiet ma jinbigħux minn fuq il-pjanta,” insista Stivala.

Waqt li faħħar l-inċentivi tal-Istat fil-perjodu diffiċli talpandemija, fejn esperjenzaw attività massiva fis-suq b’rekord ta’ kull żmien irreġistrat f’Diċembru tal-2021, il-Kap tal-Bord tas-Sezzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà wkoll tenna li ħadd minnhom ma kien qed jistenna li ż-żieda eċċezzjonali kienet se tissokta wara li jispiċċaw l-inċentivi.

Bis-saħħa tal-inizjattiva tal-Gvern Laburista, is-settur baqa’ għaddej b’saħħtu. Ġimagħtejn ilu, il-KullĦadd irrapportat kif is-sena l-oħra reġgħet kienet sena rekord fejn jidħol ix-xiri ta’ residenzi mill-familji Maltin u Għawdxin, meta nxtraw proprjetajiet fil-valur ta’ €3.249 biljun, titjib ta’ 3% fuq l-2021.

Meta wieħed jiftakar li, fl-aħħar sena sħiħa qabel il-pandemija, il-valur ta’ proprjetà mixtrija kien laħħaq €2.705 biljun jew 17% inqas mill-attività osservata fl-2022, allura l-inċentivi offruti mill-Istat wasslu għal riżultati sinifikanti saħansitra wara li ntemm il-perjodu tagħhom.

29.01.2023 06
Ritratt: VISITMALTA

L-INQAS GĦADD STORIKU TA’ QGĦAD

L-inċentivi li daħħal il-Gvern Laburista fl-agħar sfidi internazzjonali qed jissarrfu fl-aħjar riżultati għall-poplu

F’Diċembru li għadda dawk jirreġistraw għal xogħol naqsu għal 1,046, l-inqas numru li qatt ġie osservat f’dan ix-xahar mindu bdiet tinġabar din

l-istatistika fis-snin 60. Dan seħħ grazzi għall-inċentivi vasti li introduċa Gvern Laburista, immexxi minn Robert Abela, matul l-aħħar tliet snin ta’ kriżijiet internazzjonali, biex komplew ipoġġu l-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba, kif ikkonfermat mill-President tal-Kummissjoni

Ewropea Ursula von der Leyen (ara paġna 5) nhar il-Ġimgħa li għadda.

Fl-aħħar xahar tal-2022, dawk bla xogħol kienu 10% inqas milli kienu sena qabel, anke jekk f’Diċembru 2021 kien inkiseb minimu storiku ieħor fejn jidħol l-għadd ta’ persuni jirreġistraw. Fil-fatt, dawk bla xogħol kienu naqsu b’mod sostanzjali fit-12-il xahar ta’ qabel, għax l-ekonomija kienet bdiet tirpilja b’mod qawwi, frott il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li kien qed jimplimenta l-Gvern.

Analiżi tal-KullĦadd turi kif, qabel Robert Abela sar Prim Ministru, l-inqas li kien naqas il-qgħad fix-xahar ta’ Diċembru kien għal-livell ta’ 1,642 fl2019. Fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, l-inqas li qatt naqas il-qgħad f’Diċembru kien fl-2007 meta kien ilaħħaq is6,172. Taħt it-tmexxija ta’ Eddie Fenech Adami l-minimu nazzjonali kien ta’ 5,170 f’Diċembru tal-1989. Dawn ir-“rekords”

Nazzjonalisti huma bejn ħamsa u sitt darbiet agħar minn dak miksub xahar ilu taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela.

Storikament, anke jekk fi sfond ta’ popolazzjoni li kienet ferm differenti milli hi llum, l-aħjar riżultat taħt Gvernijiet Laburisti ta’ qabel l-1987 kien dak ta’

3,290 f’Diċembru tal-1979, dak iż-żmien taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Dom Mintoff. L-aqwa riżultat miksub millGvern tal-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier f’dan ir-rigward kien dak ta’ 3,810 f’Diċembru tal-1969.

Skont iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), f’Diċembru li għadda kien hawn ukoll 72 Għawdxi biss jirreġistraw. Dan b’kuntrast ma’

Persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta f’dawn l-aħħar snin

713-il Għawdxi u Għawdxija fuq ir-reġistru f’Diċembru tal-2012. B’hekk il-qgħad f’Għawdex fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista kien kważi 10 darbiet aktar milli huwa bħalissa.

Fost persuni b’diżabilità, jirriżulta li l-qgħad naqas għal 228 f’Diċembru li għadda, kontra kważi 500 f’dan l-istess xahar 10 snin qabel.

Filwaqt li dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena kienu jlaħħqu kważi 2,600 fi tmiem l-amministrazzjoni Nazzjonalista, fi tmiem is-sena li għaddiet dawn kienu biss ftit aktar minn 200 fl-istess sitwazzjoni.

Dan kollu jindika kemm kienet wiesgħa l-firxa tat-tnaqqis fil-qgħad u ż-żieda fl-opportunitajiet ta’ xogħol li

seħħew taħt amministrazzjonijiet Laburisti, anke jekk it-tbassir fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 li kien jindika eluf kbar ta’ sensji, baqa’ qatt ma mmaterjalizza.

Analiżi taċ-ċifri tal-aħħar tliet snin minn din il-gazzetta turi li, kemm ilu Prim Ministru Robert Abela, il-qgħad naqas bi kważi 600 persuna. Dan ifisser li l-ammont ta’ dawk jirreġistraw naqsu bħala medja b’żewġ persuni kull tlett ijiem kemm ilu jmexxi l-amministrazzjoni nazzjonali.

Bil-maqlub, fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista l-qgħad kien eżatt bil-maqlub, jiġifieri medja ta’ żewġ persuni kull tlett ijiem żdiedu fuq ir-reġistru. Din id-differenza sostanzjali seħħet

minkejja li Robert Abela kellu jaffronta l-effetti tal-akbar pandemija fl-aħħar 80 sena u kriżi internazzjonali mingħajr preċedent fl-istorja riċenti b’riżultat talGwerra fl-Ukrajna.

Eżatt bil-maqlub tal-lum, fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm medja ta’ żewġ persuni kull tlett ijiem li kienu jiżdiedu fuq ir-reġistru tal-qgħad

GRECH JOĦROĠ JATTAKKA L-APPOĠĠ

TAL-GVERN FIL-KRIŻI TAL-ENERĠIJA

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech saħaq li s-sussidju li qed jagħti l-Gvern biex iżomm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija għandu jieqaf, għax, skontu, mhuwiex sostenibbli. L-appoġġ lill-familji u lin-negozji, li kien imfaħħar mill-imsieħba soċjali kollha, ukoll qed iżomm waħda mill-inqas rati ta’ inflazzjoni f’pajjiżna mqabbla mal-kumplament tal-istati membri fl-Unjoni Ewropea.

Iżda, f’diskors li għamel fil-Kamra tal-Kummerċ nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem kontra l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern fil-kontijiet tal-enerġija u l-fuels biex baqgħu stabbli f’Malta u ma għolewx b’ċenteżmu wieħed, bid-differenza ta’ pajjiżi oħrajn Ewropej fejn dawn splodew ’il fuq.

“Li tibqa’ tissussidja l-enerġija żgur li mhijiex l-aktar għażla sostenibbli,” tenna Grech, li spiss jiftaħar bis-snin tal-aħħar Gvern Nazzjonalista fejn kienu

imposti fuq il-konsumatur l-agħar kontijiet tal-enerġija fl-istorja, waqt li l-prezzijiet tal-gass, tal-petrol u tad-diesel kienu jiżdiedu prattikament kull tmiem ix-xahar.

Il-Prim Ministru Robert Abela rreaġixxa għad-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u reġa’ tenna l-politika ta’ appoġġ tal-Gvern, flimkien ma’ iżjed inċentivi biex l-ekonomija tagħmel il-qalba ambjentali u diġitali.

“Nisma’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-pajjiż għandu jnaqqas is-sostenn li qed jagħti lill-familji fil-qasam tal-enerġija … Dik mhix se ssir! Aħna qatt ma emminna li dik hi d-direzzjoni t-tajba. Dejjem emminna li hu kruċjali li nibqgħu nsostnu fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels sakemm hu meħtieġ, imma b’mod parallel ukoll insaħħu l-investiment fir-rinnovabbli, inkluż bi proċess li se jkun qed jitnieda biex pajjiżna jkollu installazzjonijiet ta’ pannelli solari u wind farms ’il barra minn xtutna.”

29.01.2023 07
Diċ 2022 1,046 Diċ 2021 1,167 Diċ 2020 2,765 Diċ 2019 1,642
Bernard Grech … SURREALI

L-AĦĦAR TISLIMA LIL JOHN MARY CALLEJA

Fil-Knisja Arċipretali tal-Gudja lbieraħ waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lil John Mary Calleja, magħruf iżjed bħala Mario, li kien il-Viċi Sindku attwali fil-Kunsill Lokali tal-Gudja f’isem il-Partit Laburista.

Calleja miet nhar il-Ħamis li għadda u l-PL sellem il-memorja tiegħu billi fakkar il-ħidma twila tiegħu għallġid tal-lokalità u l-komunità Gudjana fejn iddedika 22 sena bħala Sindku u l-aħħar tliet snin bħala Viċi Sindku.

Il-PL bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja u lil dawk l-aktar qrib tiegħu. L-istess għamlu l-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar u s-Sindku, il-Kunsillieri, is-Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill permezz ta’ post fuq il-paġna tal-kunsill fuq Facebook.

L-Għaqda Mużikali Marija Assunta Gudja A.D. 1919, li tagħha Calleja kien ukoll President Onorarju u benefattur, esprima wkoll is-sogħba tiegħu għal din it-telfa fil-lokal.

DISKUSS L-IŻVILUPP

SOSTENIBBLI MALTI

SAL-2050 FL-MCESD

Il-Kunsill tal-Gudja organizza ktieb tal-kondoljanzi b’rispett lejn Calleja, li serva l-lokalità għal 25 sena

Waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), l-imsieħba soċjali iddiskutew, flimkien mal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul, l-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050 kif ukoll il-ħolqien tal-aġenzija ġdida Project Green.

Fl-indirizz tagħha, il-Ministru Dalli qalet li din -istrateġija mhijiex xi pjan ta’ xi entità waħda, imma ta’ pajjiż sħiħ. Hi qalet li l-istess fejn tidħol l-aġenzija Project Green, li l-għan tagħha se jkun li tamministra proġetti ambjentali bħala parti millpjan fit-tul ta’ pajjiżna.

“Għalhekk hu importanti li kontinwament niddjalogaw ma’ forum, bħalma hu l-MCESD. B’hekk il-mira ta’ sostenibbiltà u newtralità fil-klima sal-2050 inwettquha b’mod kollettiv. Illum kulħadd qed jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ din il-ħidma, anke mir-rispons pożittiv li qed nirċievu mis-settur privat f’dak li għandu x’jaqsam mal-pjattaforma tal-ESG (Environmental, Social and Governance). Irridu nisfruttaw il-potenzjal tal-innovazzjoni biex niżguraw ħarsien ambjentali, koeżjoni soċjali u prosperità għal kulħadd,” qalet il-Ministru.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Ellul qal li biex verament nilħqu din ilviżjoni kulħadd irid jagħmel ilparti tiegħu.

“Kull settur għandu parti x’jilgħab biex verament Malta

tilħaq l-ambizzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Intom madwar din il-mejda iżjed u iżjed, għax bħala msieħba soċjali tirrappreżentaw is-setturi differenti li lkoll ġejjin minnhom u għandkom l-opportunità biex tikkontribwixxu fid-diskussjoni,” tenna Ellul, waqt li nsista li wieħed m’għandux iħares lejn policies u miri li joħorgu minn strateġiji bħal dawn bħala xi ħaġa li jillimitawna. Għaldaqstant, appella lill-imsieħba soċjali biex jidentifikaw liema huma l-isfidi ħalli flimkien, u bl-għajnuna tal-Gvern, jibdluhom f’opportunitajiet.

Ħames għanijiet fl-iżvilupp sostenibbli

għall-pajjiż sal-2050, anke permezz ta’

Project Green li se tkun qed tamministra

l-proġetti ambjentali

fil-pjan fit-tul Malti

George Said, Direttur responsabbli mill-iżvilupp Sostenibbli, spjega li l-Istrateġija għall-iżvilupp Sostenibbli, li dwarha bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika, tistabbilixxi ħames għanijiet sas-27 sena li ġejjin.

Dawn huma: tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, ekoloġika u blu; il-preser-

vazzjoni tal-iżvilupp urban sostenibbli u l-wirt kulturali; ħajja b’saħħitha u benesseri għal kulħadd; it-trasformazzjoni diġitali, il-mobbiltà intelliġenti u l-konnettività; u ġustizzja soċjali u prosperità għal kulħadd.

Said qal li l-pass li jmiss hu li dawn l-għanijiet ikunu mkejla permezz ta’ sett ta’ miri li jiġu tradotti f’azzjonijiet konkreti fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030.

Rigward Project Green, ilKap Eżekuttiv tagħha, Steve Ellul, spjega kif f’inqas minn ġimgħa mit-tnedija tal-aġenzija, ġiet mħabbra l-akbar skema ambjentali ta’ €10 miljun, imsejħa Community Greening Grant. Hu qal li din hi opportunità ġdida li jistgħu japplikaw għaliha entitajiet, kunsilli lokali, organizzazzjonijiet u residenti biex ikomplu jissebbħu l-lokalitajiet.

“L-intrapriża privata għandha rwol importanti ħafna għal tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli. Project Green hi l-opportunità għall-intrapriżi biex jagħmlu tranżizzjoni aktar effettiva,” stqarr Ellul.

L-imsieħba soċjali laqgħu b’mod pożittiv il-viżjoni u l-impenn tal-Gvern favur żvilupp aktar sostenibbli, waqt li faħħru wkoll l-inizjattiva permezz ta’ Project Green. F’dan ir-rigward, iċ-Chairperson talMCESD, il-Perit David Xuereb, wiegħed il-kollaborazzjoni tal-Kunsill fuq dan l-aspett biex bħala pajjiż nilħqu l-aspirazzjonijiet u l-miri ambjentali.

29.01.2023 08
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku lbieraħ

MALTA FOST L-AĦJAR GĦAL

IMPJIEGI T’GĦARFIEN GĦOLI

Indiċi jpoġġi lil pajjiżna bħala l-aħjar fin-Nofsinhar tal-Ewropa għal xogħlijiet

f’negozji magħrufin brain businesses … megħjun minn rata baxxa ta’ qgħad

L-ebda pajjiż ieħor fin-Nofsinhar talEwropa m’għandu konċentrazzjoni għolja ta’ impjiegi magħrufin bħala brain businesses daqs Malta. Bl-importanza li għandhom dawn l-impjiegi fl-ekonomija moderna, dan hu sinjal tajjeb għall-futur ekonomiku ta’ pajjiżna, skont indiċi ppubblikat din ilġimgħa msejjaħ “The Geography of Europe’s Brain Business Jobs: 2022 Index”.

L-indiċi miġbur minn Dr Nima Sanandaji hu ċertifikat ieħor tajjeb għal pajjiżna.

It-terminu “brain business” jintuża għal dik il-pjattaforma innovattiva ta’ taħriġ online mfassla biex tgħin lil dawk li huma interessati li jiżviluppaw lilhom infushom u lill-impjegati tagħhom f’individwi effettivi u fl-istess ħin ta’ ispirazzjoni għall-kollegi tagħhom.

Ir-rapport jgħid li 7.6% tal-popolazzjoni f’pajjiżna fl-età tax-xogħol huma impjegati f’dan is-settur, li jagħmilna

l-aħjar “pajjiż t’għarfien” fin-naħa t’isfel tal-Ewropa. Jgħid ukoll li l-qgħad baxx f’Malta hu eżempju ċar ta’ kif dan is-settur jikkontribwixxi għal dan.

Il-qgħad baxx

f’Malta hu eżempju

ta’ kif dan is-settur

jikkontribwixxi

għal dan

Permezz ta’ analiżi dettaljata, l-istudju “The Geography of Europe’s Brain Business Jobs” ikejjel is-sehem

tal-popolazzjoni fletà tax-xogħol madwar l-Ewropa li huma impjegati ma’ intrapriżi ta’ għarfien għoli intensiv (highly knowledge intensive enterprises).

Din il-ħames edizzjoni tal-indiċi tespandi l-istudju tagħha biex tinkludi wkoll l-impjiegi f’industriji tal-manifattura u s-servizzi professjonali, waqt li analizzat ir-riżultati minn 31 pajjiż Ewropew u 267 reġjun fi ħdan dawn il-

pajjiżi flimkien mas-sehem tal-popolazzjoni impjegata f’setturi li joħolqu valur għoli. L-istudju jsib rabta sinifikanti mal-qgħad reġjonali.

Ir-reġjuni li għandhom sehem għoli ta’ impjiegi fi brain business għandhom it-tendenza li jkollhom inqas qgħad minn dawk b’sehem aktar baxx ta’ impjiegi f’dan is-settur.

Meta jħares b’mod dettaljat lejn is-sitwazzjoni lokali, ir-rapport jgħid li dan il-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija jinsabu f’impjiegi f’dawn is-setturi, fosthom tat-teknoloġija, tal-informatika u l-komunikazzjoni, is-servizzi avvanzati u professjonijiet kreattivi.

Is-sehem tal-impjiegi fl-intrapriżi li jitqiesu bħala “brain business” f’Malta, żdied maż-żmien. B’paragun, fl-2014, 5.8% tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, jew kważi 2% inqas mil-lum, kienu impjegati f’dawn l-oqsma.

Ir-rapport jgħid li minbarra madwar 8% tal-popolazzjoni li huma impjegati minn intrapriżi ta’ brain business, qrib il-11% huma impjegati fl-industriji tal-manifattura u 12% jaħdmu fis-settur tas-servizzi professjonali.

Meta mqabbla mal-bqija tal-Ewropa, Malta għandha diversi punti b’saħħithom. Fost dawn, fir-reklamar u r-riċerka tas-suq, kif ukoll l-uffiċċji prinċipali u ta’ ġestjoni. Ir-rapport jgħid li pajjiżna, minkejja dan il-progress, irid jaħdem aktar f’oqsma bħall-manifattura ta’ teknoloġija għolja, riċerka u żvilupp.

Mill-indiċi joħroġ li Pariġi għandha ’l fuq minn 1.2 miljun impjieg f’dan is-settur u għalhekk tibqa’ l-uniku reġjun fl-Ewropa b’aktar minn miljun impjegat f’negozji magħrufin bħala brain businesses.

B’kollox, ir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-Ewropa (Pariġi, Madrid, Ruma, Lisbona, Ateni, Ċipru u Malta) għandhom aktar minn 2.3 miljun impjieg f’dan is-settur. Dan jista’ jitqabbel mal-1.7 miljun impjieg fl-ibliet jew fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent (Londra, Berlin, Amsterdam, Vjenna, Brussell u l-Lussemburgu).

29.01.2023 09

Ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Park & Ride fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Xħajma, fil-limiti tax-Xewkija, għaddejjin b’ritmu tajjeb. L-iżvilupp fuq 24,000 metru kwadru, li nofshom se jkunu ddedikati għal 300 spazju ta’ parkeġġ, se jkun qed inaqqas drastikament it-traffiku u l-konġestjoni fiż-żona tal-Imġarr. Waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, ġie spjegat li ż-żona se tkun ittrasformata f’terminal għall-karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku, flimkien ma’ faċilitajiet ta’ charging pillars għal vetturi elettriċi u pedelecs, bħala parti mill-miri tal-Gvern li jkompli jinvesti fi proġetti ħodor. Fl-istess ħin se titranġa triq eżistenti u se jkun hemm aċċess pedonali u għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Il-proġett li se jkun qed jinbena fuq sular wieħed, se jinkorpora saqaf aħbar b’siġar u pjanti fuq iż-żona tal-parkeġġ u faċilità ta’ rikreazzjoni fil-beraħ.

JITLESTEW B’€10M ĦITAN TAS-SEJJIEĦ

MADWAR GĦAWDEX

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett ħabbru li tlesta r-restawr ta’ ’l fuq minn 30 kilometru ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex kollu.

Ir-restawr u bini mill-ġdid ta’ ħitan f’żoni rurali, li bdew madwar sentejn ilu, twettqu mid-Direttorat EkoGħawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u ġew iffinanzjati minn fondi Ewropej b’valur ta’ €10 miljun. Madwar 40 triq fil-lokalitajiet tax-Xagħra, in-Nadur, ix-Xewkija, Għajnsielem, l-Għasri, San Lawrenz, Ta’ Sannat, il-Qala, Santa Luċija, Kerċem, iż-Żebbuġ u r-Rabat gawdew minn dan it-tisbiħ.

Il-Ministru Camilleri spjega kif f’dan ilproġett ġew riabilitati ħitan li maż-żmien iġġarrfu u kienu fi stat ħażin. “Dan ilproġett hu ta’ importanza nazzjonali, b’mod partikolari fid-dawl tal-impenn tal-Gvern li jittrasforma lil Għawdex fi gżira ekologi-

ka, waqt li jsostni lill-bdiewa u lir-raħħala Għawdxin,” saħaq il-Ministru.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Bonett qal li ġew investiti €10 miljun mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex ġew irranġati 30 kilometru ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex kollu.

“B’dan l-investiment mhux biss komplejna nsebbħu l-karatteristika fiż-żoni rurali t’Għawdex, imma komplejna nipproteġu l-ambjent. Kommessi li kif wettaqna dan l-investiment, mill-programmi operattivi l-ġodda nkomplu ninvestu fil-gżira Għawdxija,” qal is-Segretarju Parlamentari.

Il-ħitan tas-sejjieħ huma karatteristika importanti fil-pajsaġġ rurali Għawdxi u apparti mill-impatt viżiv li jħallu, għandhom ukoll importanza ambjentali kbira, għax jevitaw mill-iskular tal-ħamrija meta tagħmel ix-xita.

29.01.2023 10

Fl-aħħar erba’ snin Gvern Laburista investa xejn inqas minn €400,000 biex is-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin isiru aktar inklużivi. Dan l-investiment, li l-għan prinċipali tiegħu hu li tkun imsaħħa l-inklużjoni ħolistikament, fl-aħħar snin ra proġetti li fost affarijiet oħrajn tejbu l-aċċessibilità kif ukoll żiedu l-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità

Matul iċ-ċerimonja tal-għoti tal-ittri ta’ impenn lid-disa’ soċjetajiet mużikali li kienu finalisti tal-iskema Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklużivi għas-sena 2022, li saret din ilġimgħa, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli sostniet kif il-Gvern se jibqa’ jkun ta’ spalla biex il-każini u l-festi Maltin u Għawdxin jitgawdew minn kull ċittadin.

Il-Ministru qalet li dan l-investiment qed jixpruna lis-soċjetajiet mużikali biex ilkoll flimkien nilħqu l-miri tal-istrateġija nazzjonali għall-persuni b’diżabilità. Liema strateġija titkellem ċar dwar id-dritt li persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għall-kultura u l-arti f’pajjiżna.

Id-disa’ soċjetajiet mużikali li bbenefikaw mill-iskema ta’ din is-sena huma St. Philip Band Club AD 1851 Ħaż-Żebbuġ, Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri Ħal Qormi, Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħal Kirkop A.D. 1886, Għaqda Mużikali San Ġużepp Għaxaq, Soċjetà Mużikali Sant’Antnin Birkirkara, 12th May Band and Social Club Ħaż-Żebbuġ, Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa, Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun u Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi.

IS-SOĊJETAJIET MUŻIKALI JKUNU AKTAR INKLUŻIVI

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

29.01.2023 11
€400,000 F’ERBA’ SNIN BIEX
Ritratt: JUSTIN MIZZI/DOI
Il-Ministru Farrugia Portelli ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet mużikali li gawdew mill-aħħar skema

IT-TIMBRU TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Dawn il-fondi Ewropej ġew allokati għas-snin 2021-2027 fejn il-Gvern intrabat li juża dawn il-fondi f’diversi setturi f’pajjiżna, inklużi s-setturi soċjali, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ambjent, l-enerġija, l-infrastruttura, it-turiżmu, Għawdex, u l-biedja u s-sajd.

Fuq kollox, permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej, il-Gvern intrabat li jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar liż-żgħażagħ tagħna li huma l-pedament tal-futur ta’ pajjiżna.

Din il-ġimgħa semmewli li f’Malta għandna problema tad-droga. Iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ġew ittimbrati bħala drugati, b’ħafna vizzji.

Ironikament dan il-kumment sar fil-ġurnata fejn ħabbarna żewġ skemi maħsubin għaż-żgħażagħ sabiex ikattru t-talent letterarju tagħhom u ngħinuhom, bħala Gvern, jippubblikaw il-kitba bil-Malti li huma stess ikunu kitbu.

Kemm huwa faċli li tiġġudika u tagħti timbru lil min trid?

Kemm huwa faċli li taqbad u tislet il-mannara billi tiġġustizzja lil min wettaq xi reat?

Kemm huwa faċli li taqbad u titfa’ lil kulħadd f’keffa waħda?

Din il-ġimgħa rajna l-pjan tal-Gvern Laburista mmexxi b’għaqal mill-Prim Ministru Dr Robert Abela, fejn wara negozjati intensivi li jmorru lura għas-sena 2020 fl-eqqel tal-pandemija, irnexxielu jikseb pakkett finanzjarju b’fondi Ewropej bla preċedent li jlaħħaq iż-€2 biljun.

Sfortunatament, meta wieħed isemmi liż-żgħażagħ nisimgħu kummenti negattivi minħabba diversi stejjer li nisimgħu fix-xandir. Stejjer li jaraw żagħżugħ jew żagħżugħa twettaq xi reat minħabba vizzji jew abbużi.

Iżda nistgħu npoġġu liżżgħażagħ kollha f’keffa waħda? Nistgħu ngħidu li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin huma kollha mogħnija bil-vizzji? Żgur li le! Min jaħseb hekk għandu stampa kemxejn surreali u mtappna taż-żgħażagħ f’pajjiżna.

Min jaħseb hekk m’għandux fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna.

Huwa minnu, li l-problema tad-droga kienet u għadha preżenti f’pajjiżna. Iżda sfortunatament jeżisti pajjiż fid-dinja li m’għandux problema tad-droga? Allura jfisser li l-ebda pajjiż mhu qiegħed jaħdem sabiex jissalvagwardja din il-problema?

F’Malta, jekk wieħed iħares lejn l-istatistika, jinduna li f’dawn l-aħħar snin taħt Gvern Laburista nqabad numru rekord ta’ traffikar ta’ droga, li iva, jekk ma jiġux interċettati jispiċċaw jiċċirkolaw f’pajjiżna.

Il-Gvern ta u se jkompli jagħti r-riżorsi kollha neċessarji biex l-entitajiet responsabbli jkollhom l-għodda neċessarja li biha jżommu s-sigurtà f’pajjiż-

na.

Il-pulizija diġà bdew iżidu l-preżenza tagħhom fit-toroq, kif rajna wkoll f’dawn l-aħħar snin permezz tal-community policing, iżda kif qal tajjeb ilPrim Ministru Dr Robert Abela huwa fid-dmir tal-qrati li jwasslu messaġġ ċar billi jagħtu pieni aktar ħorox lil min jaġixxi b’mod irresponsabbli.

Madanakollu, aħna ma rridux li nsibu biss soluzzjonijiet għall-problemi li jkollna naffaċċjaw. Ma rridux li nagħtu biss il-piena jew korrezzjoni lil dawk li jabbużaw mid-droga.

Aħna rridu nkunu proattivi u nwettqu miżuri li ma jagħtux lok liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jaqgħu fil-vizzju tad-droga. Aħna rridu li ż-żgħażagħ tagħna jimirħu fl-edukazzjoni u jkattru t-talenti tagħhom.

Wieħed mill-proġetti huwa li nidentifikaw spazji eżistenti u oħrajn ġodda fejn iż-żgħażagħ jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom, jiffurmaw gruppi u għaqdiet li jwassluhom sabiex ikomplu jkattru l-interessi tagħhom.

Spazji li jippermettu liż-

INNOVATTIVI FIT-TAGĦLIM

joni ċara ta’ x’irid jilħaq u fejn irid jasal. Kien għalhekk li Gvern Laburista għamel bosta rivoluzzjonijiet li qed ilestu lil pajjiżna għall-futur.

F’disa’ snin Gvern Laburista ħadem bis-sħiħ ħalli aktar persuni jibgħu fl-edukazzjoni u biex aktar ħaddiema jtejbu l-ħiliet tagħhom.

Pajjiż jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli permezz ta’ investiment sostanzjali fl-edukazzjoni tal-kapital uman tiegħu.

Nemmnu li l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku ma jkollu ebda valur jekk il-Gvern ma jfassalx strateġija ċara biex il-pajjiż ikollu biżżejjed riżorsi umani. Mhuwiex sigriet li pajjiżna għandu nuqqas ta’ kapital uman.

Sfida kbira għal pajjiż li m’għandux żejt, gass jew riżorsi naturali. Sfida wisq ikbar meta wieħed jikkunsidra il-pass mgħaġġel ta’ kif qed tinbidel l-ekonomija globali.

Però, l-ebda sfida mhi akbar mir-rieda ta’ gvern b’viż-

Iva, għax uliedna posthom l-iskola. Ma nistgħu qatt naċċettaw realtà fejn tfal li jagħmlu 13-il sena fl-edukazzjoni obbligatorja joħorġu mis-sistema mingħajr ilħiliet neċessarji fid-dinja moderna.

Din hija premessa li ili nisħaq fuqha tul dawn l-aħħar snin fir-rwol tiegħi ta’ ġenitur, bħala edukatur kif ukoll illum bħala politiku. Dejjem emmint li l-Gvern għandu r-responsabbiltà li jagħmel il-vjaġġ edukattiv tal-istudenti uniku biex jikbru, jimirħu u jfasslu Malta ta’ għada. Ma nistgħu nitilfu l-ebda żagħżugħ jew żagħżugħa matul it-triq.

U biex dan jiġi garantit irridu nżommu f’moħħna wkoll il-fatt li mhux kulħadd maqtugħ biex jidħol l-Università. Irridu wkoll nitilqu bil-premessa li l-edukazzjoni mhix biss dik obbligatorja

mmirata għal tfal u żgħażagħ fl-iskejjel tal-Istat, tal-knisja u dawk privati iżda tinkorpora wkoll firxa wiesgħa ta’ korsijiet u boroż ta’ studji li wieħed isib fl-istituti kollha bħall-MCAST, l-ITS, l-Università u oħrajn fil-privat.

Fuq kollox, biex dan jiġi garantit, irridu bla dubju nħarsu lejn strateġiji li jwassluna għal sistema edukattiva moderna. Huwa għalhekk li l-istrateġija nazzjonali għal wara l-pandemija, tinsisti fuq l-importanza tal-edukazzjoni bħala mezz kruċjali biex tassew infasslu Malta t’għada.

Huwa għalhekk li l-Gvern nieda l-Politika Nazzjonali tax-Xogħol ġdida li biha ser jibda jaffronta din l-isfida. Din il-politika għandha pjan li bih ser inkunu qed ngħollu l-valur ta’ siegħa xogħol tal-ħaddiem Malti u Għawdxi. Dan ser isir billi jtejjeb il-ħiliet, joffri opportunitajiet ta’ taħriġ, jinċentiva lil dak li jħaddem u lill-ħaddiema nfushom biex itejbu l-ħiliet tagħhom.

Huwa għalhekk ukoll li fl-2019, il-Gvern nieda l-Istrateġija Nazzjonali għallĦiliet Diġitali bil-għan li l-pajjiż jipprovdi aktar ħaddiema mħarrġa fit-teknoloġija

żgħażagħ iqattgħu ħinhom ma’ żgħażagħ oħra sabiex jibnu aktar rapporti soċjali f’interazzjoni personali u mhux minn wara skrin. Spazji fejn iż-żgħażagħ tagħna se jkunu protetti u mbiegħda minn vizzji bħad-droga.

Spazji li kapaċi jagħtu serħan il-moħħ lil dawk il-ġenituri li ma jridu xejn ħlief ġid għat-tfal tagħhom. Iżda dan ix-xogħol kollu ma jitwettaqx biss biddaqq tat-trombi. Ix-xogħol isir ta’ kuljum, b’passi żgħar li jwasslu lid-droga mhux biss tinqabad iżda jkollha mewta naturali fost iż-żgħażagħ tagħna.

Għaldaqstant, għal min irid jittimbra liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin bħala vvizzjati, bħala drugati, ngħidlu b’wiċċi minn quddiem li din hija gidba oħra li jridu jbellgħulna. Bix-xogħol li ilna nwettqu u li se nkomplu nwettqu fis-snin li ġejjin, anki permezz tal-pakkett ta’ €2 biljun li l-Gvern irnexxielu jikseb b’għaqal mill-Unjoni Ewropeja, persważ li ż-żgħażagħ se jagħtu risposta lil dawk li, għad-differenza mill-Gvern, ma jemmnux fihom, anzi qatgħu qalbhom minnhom.

tal-informatika li permezz tagħha Malta kienet l-ewwel Stat Membru Ewropew li għandu strateġija nazzjonali għal dan il-għan.

L-istrateġija kienet strumentali biex tagħti linji gwida ta’ kif jista’ jevolvi l-kurrikulu fl-aspett diġitali. Dan billi jittejbu l-mezzi li bihom qed jiġi mgħallem l-ICT f’kull struttura edukattiva. L-istrateġija kellha rwol importanti biex tippromwovi inizjattivi nazzjonali biex isir taħriġ speċjalizzat.

Huwa wkoll għalhekk li l-Gvern qed jara mudelli ġodda li qed jiġu implimentati f’pajjiżi oħra bħal EDTECH. EDTECH huwa s-suġġett fejn

it-tagħlim jitwettaq permezz ta’ teknoloġija bbażata fuq hardware, software u pjattaformi f’kull suġġett tas-sistema edukattiva. Dan jeċita lit-tfal tagħna speċjalment fil-livell primarju u dak sekondarju.

Irridu nimxu maż-żminijiet tal-lum. Illum it-tfal iqattgħu ħafna ħin quddiem apparati bħal mobiles, tablets u laptops imqabbdin mal-internet u pjattaformi diġitali. Jekk jirnexxilna nixħtu l-attenzjoni edukattiva fuq dawn il-pjattaformi nkunu qed nattiraw

aktar l-attenzjoni tat-tfal tagħna.

Irridu nimxu f’din id-direzzjoni malajr kemm jista’ jkun.

L-edukazzjoni kienet, għadha u tibqa’ prijorità għall-Gvern Laburista. Investimenti kbar ta’ kull sena li jaqbżu t-€800 miljun fi spejjeż kapitali u dawk rikorrenti. Investimenti fi skejjel aktar ġodda u moderni, kif ukoll, wisq aktar importanti investiment fit-tfal u fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Prijorità għax l-edukazzjoni hija fundamentali biex pajjiżna jikber. Hija fundamentali biex pajjiżna jilħaq il-viżjoni ekonomika tiegħu u biex verament isir ċentru ta’ eċċellenza.

Kemm huwa importanti li nibqgħu nagħfsu biex ikollna aktar riżorsi umani lesti u mħarrġa fl-oqsma kollha inkluż fl-opportunitajiet tax-xogħol li ser jinħolqu fissnin li ġejjin. Dan il-pjan jiggarantixxi suċċess ekonomiku u stabbiltà fl-investimenti.

Dan huwa l-ġejjieni ta’ pajjiżna.

Dan huwa l-ġejjieni tal-ħaddiema tagħna.

Dan huwa l-ġejjieni ta’ wliedna u tal-familji Maltin u Għawdxin.

29.01.2022 12
Segretarju Parlamentari KEITH TANTI
Membru Parlamentari RAY ABELA

L-AQWA SENA F’GĦAXAR SNIN

1,000 barrani. Tabilħaqq, l-industrija talfilms kienet vaċċin ekonomiku li saħħet l-immunità ta’ pajjiżna f’perjodu li fih kien qiegħed jirkupra mill-effetti u l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija. Is-sodisfazzjon huwa akbar meta tqis li minn settur staġjonali u tal-part-time illum qegħdin inwittu t-triq għal industrija tal-films li tkun mibnija fuq is-sostenibilità u karrieri ġodda.

tal-films.

Il-pjan tal-Gvern flimkien mal-Kummissjoni Maltija għall-Films qiegħed jaħdem. Għall-ewwel darba fl-istorja qiegħed isir ukoll investiment b’saħħtu fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal dawk kollha li jixtiequ jkunu parti minn din l-industrija u wkoll qegħdin jiġu iżjed imħarrġa dawk li diġà jaħdmu fiha.

Fl-2022, l-industrija tal-films ħalliet €85 miljun fl-ekonomija Maltija. Dan l-effett ekonomiku tas-sena preċedenti huwa l-akbar wieħed f’dawn l-aħħar 10 snin.

Dawn ir-riżultati pożittivi ssarrfu minn ġbid ta’ 24 produzzjoni li kienu jinvolvu feature films, tv series u reality shows ġejjin mill-Amerka, mir-Renju Unit, mill-Italja, minn Franza, mill-Iżvezja, mill-Awstrija, min-Norveġja, mill-Ġermanja kif ukoll mill-Eġittu.

Fil-produzzjonijiet imsemmija ħadmu aktar minn 900 persuna Maltija u aktar minn

M’aħniex ser nistrieħu fuq dawn is-suċċessi. Anzi dawn ir-riżultati jpoġġu fuqna responsabilità biex b’rieda u b’enerġija akbar inkomplu nsostnu dawn il-kisbiet. Malta kienet u għadha f’tellieqa kompetittiva li ma taqtax fid-dinja tal-films.

Għalhekk, din is-sena l-impenn tal-Gvern flimkien mal-Kummissjoni Maltija għall-Films ser jikber tant li ser jiġi rfinat ir-reklamar li diġà qiegħda tagħmel l-istess Kummissjoni permezz tal-introduzzjoni ta’ Screen Malta.

Dan ser ikun mezz ieħor ta’ marketing li ser tkun qiegħda tagħmel il-Kummissjoni Maltija għall-Films meta tmur tirreklama lil pajjiżna fid-dinja

Qegħdin naħdmu wkoll biex inkomplu ninċentivaw lill-produtturi lokali. Riċentement, il-Kummissjoni Maltija għall-Films nediet fond b’allokazzjoni finanzjarja bl-isem ta’ Creative Malta.

Dan il-fond li fl-ewwel fażi tiegħu ser jammonta għal €600,000 ser ikun pjattaforma ewlenija li permezz tiegħu produtturi lokali jistgħu japplikaw biex l-istejjer tagħhom isiru realtà.

Prinċipalment, ser jinkorpora sistema ta’ sejħa pubblika li għandha twassal għal iżjed effiċjenza fir-rikjesti li tagħmel l-industrija minn żmien għal żmien, skemi li huma iżjed diretti għall-produtturi tal-films kif ukoll simplifikar fil-proċedura ta’ applikazzjoni permezz ta’

sistema ġdida li tippermetti anqas dokumentazzjoni fi stadju bikri ta’ meta produtturi japplikaw għall-fondi.

B’mod sinifikattiv, għall-ewwel darba ser jitneħħew ir-restrizzjonijiet ta’ “de minimis” kif ukoll l-obbligazzjonijiet ta’ “recoupment” għal produtturi lokali.

It-tibdil li sar fil-fond ta’ allokazzjoni għall-industrija lokali huwa pass importanti li permezz tiegħu l-industrija tal-films lokali tagħmel il-qabża li jmiss fil-kreattività u l-kwalità tal-produzzjoni rispettiva. Smajna lill-industrija u ħadna d-deċiżjonijiet neċessarji biex il-produtturi Maltin jaħsbu iżjed b’mod internazzjonali.

Din għandha tkun il-mentalità li għandhom iħaddnu produtturi lokali sabiex il-flus li qiegħed jinvesti l-Gvern jissarrfu f’suċċess f’Malta u lil hinn.

L-aqwa sena f’10 snin. Iżda ma tridx tkun tal-aħħar. Nemmen li din l-industrija għandha futur sabiħ quddiemha.

Din is-sena ser tfisser iżjed ħidma li tinkludi titjib fl-infrastruttura tal-Malta Film Studios permezz tal-bini tal-ew-

wel sound stages f’pajjiżna, inċentivi fiskali attraenti għall-produtturi lokali u barranin u fuq kollox iżjed opportunitajiet ta’ karrieri ġodda għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u dawk li għadhom ġejjin.

Għall-ewwel darba fl-istorja qiegħed isir ukoll investiment

b’saħħtu fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal dawk kollha li jixtiequ jkunu parti minn din l-industrija

AĦSIBHA QABEL TAGĦMILHA

tha kważi kważi l-battalja ta’ ħajjitha, kien hemm ftehim dwarha bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Iżda jekk għall-maġġoranza assoluta tan-nies, meta jkun hemm ftehim bejn żewġ minnies u aktar, dik hija rabta, jidher li għall-Kap tal-Oppożizzjoni ma kinitx.

ċerta età jgħidulek li l-Partit Nazzjonalista meta jkun fl-Oppożizzjoni jibqa’ dejjem l-istess, u tassew hekk hu.

tal-istituzzjonijiet.

Dak li għaddej bħalissa b’rabta mad-diskussjoni dwar il-mekkaniżmu anti-deadlock marbut mal-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards ilġdid, ġegħelini niftakar f’qawl Malti: Aħsibha qabel tagħmilha. U fiċ-ċirkostanza nemmen li toqgħod eżatt.

Din id-diskussjoni, sfortunatament ngħid jien, f’xi waqtiet, spiċċat iddiġġenerat f’attakki personali kontra Eks Prim Imħallef.

Ma kellhiex tkun għax dwar il-ħatra li qajmet putiferju u li l-Oppożizzjoni għamli-

Din iċ-ċirkostanza ħarġet fil-beraħ id-dgħufija ta’ Bernard Grech li kellu jibla’ l-kliem kollu li ftiehem fuqu, għax sħabu fil-Grupp Parlamentari qalulu: “Ma tarax”. Ara kif jista’ Mexxej imexxi jekk jitmexxa?

U x’livell ta’ diskussjoni! Saħansitra spiċċaw jiddiskutu jekk l-Eks Prim Imħallef għandux il-kwalitajiet u l-abbiltajiet u dan wara li wettaq ħidma eċċellenti fuq il-bankijiet tal-ġudikatura.

Allura wieħed jistaqsi, imma xi nbidel? Jekk sa ftit snin ilu fdajnieh bil-ġustizzja taċ-ċittadin għalfejn mhumiex jafdawh bil-ġudizzju tal-politiku?

Hawn toħroġ id-differenza netta.

Bosta nies li għandhom

Niftakar mhux tant ’il bogħod l-attakki li saru u jsiru kull meta xi istituzzjoni jew oħra ma ddoqqx il-qanpiena tagħhom u dan jagħmluh mingħajr l-ebda rispett jew diskrezzjoni.

B’din il-kritika ftakart li hawn toħroġ ukoll l-ipokrisija tal-Oppożizzjoni. Ma rridux immorru lura ħafna biex niftakru kemm l-Oppożizzjoni tkellmet fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

Ilkoll niftakru l-kruċjata waħda wara l-oħra li saret meta kien hemm fost okkażjonijiet oħra x-xogħol għaddej biex dan il-pajjiż joħroġ mil-lista l-griża tal-FATF.

Issa qed jerġgħu jagħmlu l-istess. Dan huwa konsegwenza tan-nuqqas ta’ qbil bejniethom u n-nuqqas ta’ fiduċja f’dak li suppost huwa l-‘Kap’.

Pajjiżna ma jistax jibqa’ ostaġġ tal-firda interna tal-Partit Nazzjonalista iżda jrid ikompli għaddej fit-tisħiħ

Il-mekkaniżmu propost tal-anti-deadlock kien anke wieħed mir-rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni Venezja u, oħroġ ilgħaġeb, waħda mill-proposti li għamel il-Partit Nazzjonalista stess.

Huwa kruċjali li dan ilGvern jibqa’ jkun wieħed li jimbotta ’l quddiem ir-riformi, it-tibdil u t-trasformazzjonijiet li qed isiru.

Dan huwa l-ikbar legat ta’ dan il-Gvern.

U biex ma ninsewx, tajjeb li nfakkru li kull riforma kbira li kien hemm f’dan il-pajjiż, sew jekk fil-qasam soċjali, kostituzzjonali, legali u anke istituzzjonali, kollha huma legat ta’ Gvernijiet Laburisti li ma beżgħux jiġġieldu l-istatus quo u dan għaliex fiċ-ċentru tal-politika dejjem kien hemm in-nies.

Matul is-snin l-Oppożizzjoni baqgħet imwaħħla mal-istatus quo, tibża’ li tirfes xi kallu ta’ xi ħadd mill-passat. Kienet kontra riformi kbar bħad-divorzju, l-IVF, l-Unjoni Ċivili u anke ż-żwieġ indaqs (li

kien hemm elementi li vvutaw kontra).

Ninsab ċerta li dak kollu li għaddej il-poplu qed jieħu nota sew tiegħu. Missu ħasibha sew qabel għamilha Bernard Grech għax esponietu għal nuqqasijiet li forsi kienu magħrufa, iżda li issa huma ferm u ferm aktar fid-dieher.

Pajjiżna ma jistax jibqa’ ostaġġ tal-firda interna tal-Partit Nazzjonalista iżda jrid ikompli għaddej fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet

29.01.2023 13
Ministru CLAYTON BARTOLO Chairperson Fondazzjoni iDEAT ELAINE DEGIORGIO

IL-MELLIEĦA QRIB IR-RIĠENERAZZJONI FIL-QALBA TAGĦHA

Għaddejjin b’ritmu tajjeb ix-xogħlijiet infrastrutturali fuq ir-riġenerazzjoni tal-pjazza talMellieħa. Dan il-proġett, b’investiment ta’ €2 miljun, hu ffinanzjat mill-Awtorità Maltija għatTuriżmu (MTA) u Infrastructure Malta (IM).

Preżentement qed isiru xogħlijiet fuq servizzi ġodda tal-ilma u d-drenaġġ mal-madwar, filwaqt li fix-xhur li ġejjin se jkunu ffinalizzati interventi marbutin ma’ culverts ġodda għas-servizzi taddawl. Wara dawn ix-xogħlijiet il-proġett jibda jersaq lejn il-fażi finali tiegħu meta jibda jitpoġġa l-pavimentar ġdid tal-istess pjazza.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt żjara li saret f’din iż-żona mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Infrastructure Malta.

Il-Ministru Bartolo rrimarka kif dan il-proġett hu dikjarazzjoni ċara li l-Gvern, permezz talMTA, qiegħed isaħħaħ l-impenn tiegħu li jkom-

pli jtejjeb il-prodott turistiku lokali.

“It-titjib fl-infrastruttura turistika hu prijorità biex Malta tkompli ssaħħaħ il-profil tagħha fid-dinja turistika. Il-fatt li jkollok ċentri ta’ lokalitajiet turistiċi tradizzjonali b’dehra isbaħ minn qabel ikompli jtejjeb l-esperjenza ħolistika tat-turisti li jiġu jżuru l-Gżejjer Maltin is-sena kollha,” saħaq Bartolo.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Farrugia tenna li l-ħidma ta’ IM f’din iż-żona hi eżempju prattiku ta’ dak li jridu jfissru bil-frażi “infrastruttura għan-nies”.

Hu qal li dan hu “proġett li jagħti prijorità lil dawk li jiffrekwentaw din iż-żona ta’ kuljum bilmixi, kemm jekk residenti jew turisti. Għalina importanti wkoll li mhux biss inżidu l-aċċessibbiltà, iżda li nħaddru din iż-żona fil-qalba tal-komunità Melliħija u naċċertaw li l-materjal li qed nużaw biex nagħmlu x-xogħol bih ikun wieħed li jirrispetta l-wirt storiku ta’ din il-pjazza.”

29.01.2023 14
29.01.2023 15

NIBŻGĦU GĦAL XULXIN

kien. Min joqgħod jippontifika u jgħid ara fiex wasalna u fiex qed ngħixu, qed jara sal-ponta ta’ mnieħru. Nisma’ lill-ġenituri tiegħi stess li meta kienu żgħażagħ huma kien ikun hemm gruppi ta’ ġuvintur minn xi raħal li jduru għal grupp ieħor minn raħal jew belt oħra f’nightclubs.

U ma kienx jiġi marċ ta’ festa li ma jispiċċax bil-banda. Suppost tgħallimna minn dawn iż-żminijiet. Imma ta’ bnedmin li aħna u f’dinja li kulma jmur tipproġetta biss l-interess tal-individwu, il-bon ordni u l-etika soċjali diżgrazzjatament kultant jintesew.

Dawn l-aħħar ġranet ġraw affarijiet f’pajjiżna li ħassbu lilna lkoll, li xxokkjawna lkoll, għall-inqas lili bħala ġenitur żgur li ħassbuni. Il-qtil traġiku ta’ tfajla b’daqqa ta’ karozza meta kienet miexja fuq bankina sejra lura f’darha kif ukoll adolexxenti minorenni li kienu mexjin għall-affari tagħhom filgħaxija l-Belt u ġew allegatament aggrediti minn grupp ta’ adolexxenti oħrajn, li saħansitra wieħed minnhom weġġa’ gravi u spiċċa l-isptar, huma xeni li nippretendu li ma nesperjenzawhomx fis-soċjetà ċivili li qed ngħixu fiha. Mingħajr ebda intenzjoni li nidħol jew niġġudika l-każi ndividwali, ma nistax ma niqafx u nirrifletti fuq ħsibijieti dwar dan kollu. Nemmen, iva, li kull wieħed u waħda minna għandna nagħmlu eżami tal-kuxjenza tagħna, nagħmlu reality check.

Jiena bħala ġenitur x’valuri qed nwassal lil uliedi? Il-valuri ma jaslux għand uliedna bil-prietki biss imma pjuttost bl-imġiba, bl-istil ta’ ħajja li ngħixu f’għajnejhom, dak “it-tajjeb” u “l-korrett” li nippritkawlhom irridu nwettquh b’eżempju quddiemhom għax it-tfal huma sponża u jassorbu kulma jaraw.

Apparti l-valuri, hemm pern ieħor li nħoss mill-esperjenza ta’ ġenitur li hi ferm importanti... u din hija l-preżenza tagħna fil-ħajja tagħhom. Kruċjali il-ħin kwalitattiv li nagħtu lil uliedna, aktar milli kwantitattiv. Il-ħin li nqattgħu m’uliedna, nqattgħuh tajjeb. Nistgħu nkunu ilna s-sigħat ma’ djul xulxin mqar fl-istess kamra u jkunu għaddew is-sigħat u lanqas inkunu għedna kelma bejnietna aħseb u ara kemm għamilna konverżazzjoni.

Kulħadd medhi fuq l-interessi tiegħu anki f’ħin li hu suppost inkunu flimkien, kulħadd fir-rokna tiegħu tas-sufan nilagħbu bil-logħob u fis-sakra mal-mobile.

M’iniex ngħid li inċidenti bħalma ġraw f’dawn l-aħħar ġranet huma tort tat-trobbija, assolutament li le. Imma kollox jgħodd. U jien l-ewwel waħda bħala ġenitur u gwardjan ta’ wliedi għandi nħoss l-obbligu lejn uliedi stess li nara li fihom jinżergħu valuri tajba u jitilgħu nisa u rġiel li jagħmlu ġieħ lis-soċjetà.

Lanqas ma rrid nalludi li każi koroh bħal dawn faqqsu f’dawn l-aħħar ġranet. Il-qżież, il-ksuħat u l-abbuż minn dejjem

Fl-imgħoddi, fid-disgħinijiet kellna Prim Ministru li żminijiet bħal dawn kien isejħilhom żminijiet fejn in-nies qed jitilfu l-valuri. Sa ċertu punt kellu raġun. Ikollna min jipponta jwaħħal fil-kobor tal-popolazzjoni, fit-taħlit u l-barranin li jgħixu f’pajjiżna, imma b’kull rispett dak li qed nara quddiemi huma azzjonijiet allegatament imwettqa minn ħuti Maltin stess.

U għaldaqstant, fl-opinjoni tiegħi, ir-responsabbiltajiet tagħna ċ-ċittadini adulti u tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż li jħarsu s-sigurtà u l-ġustizzja f’pajjiżna lejn is-soċjeta, jikbru aktar meta jseħħu inċidenti bħal dawn.

Għandna nqumu min-ngħasa sabiex nassiguraw li flimkien, kulħadd fl-obbligi tiegħu naraw li din Malta tagħna li tant hi magħrufa bħala pajjiż sigur f’kull ħin tal-ġurnata tibqa’ effettivament hekk. Għax ma nlum lil ħadd, għax ma nlumx lili nnifsi li ma nħossuniex komdi li mqar jekk qed nimxi fuq bankina għall-affari tiegħi naħseb li xi ħadd b’negliġenza u ksuħat liema bħalu jista’ jtajjarni u jibgħatni d-dinja l-oħra kiesaħ u biered.

Ma nlum lill-ebda ġenitur li moħħu jhewden u jgħodd il-minuti meta ibnu jew bintu jkunu ġejjin lura filgħaxija millħarġa mal-ħbieb minħabba l-biża’ li jistgħu jiltaqgħu ma’ fastidju jew aggressjoni sfurzata minn bullying u ksuħat.

Nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija tagħna li f’inċidenti bħal dawn kienu professjonali u aġixxew malajr. Taw eżempju ta’ kif għandha tkun reazzjoni korretta u ġusta lejn is-soċjetà, eżempju li juri li l-ebda minn dan li ġara mhuwa tollerabbli u li azzjoni tittieħed fl-immedjat. Hekk hu mistenni f’soċjetà ċivili u hekk seħħ. Il-vittmi sfortunatament m’aħniex se nġibuhom lura, il-qraba tal-vittmi se jġorru dan id-dulur ħajjithom kollha, għandhom raġun iħossu li s-soċjetà falliethom. Għalhekk, tikber ir-responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna, ta’ kull istituzzjoni li qiegħda hemm biex tħares is-sigurtà u l-ġustizzja f’pajjiżna.

Għandna l-ewwel nett ir-responsabbiltà li nipprevienu inċidenti bħal dawn bit-tagħlim, bl-aġir u bl-eżempju li ngħaddu lil xulxin, bl-implimentazzjoni u turija konkreta ta’ dixxiplina ċivili f’pajjiżna, billi nassiguraw pajjiż sigur u titwettaq ġustizzja f’waqtha mal-vittmi. Ir-responsabbiltà mhix ta’ individwu jew ieħor, ta’ istituzzjoni jew oħra, imma hija responsabbiltà kollettiva tagħna lkoll. Fi ftit kliem, nibżgħu għal xulxin.

Sur Editur, “Ħsiebhom kif se jħammġu l-politika,” qalilna l-editorjal tal-ġurnal tagħhom, Sur Editur. U l-Ispiżjar tal-espressjoni Maltija, li proprja ssemmi l-qaħba, milli jkollha tagħtik. Aħna tal-Labour qed inħammġu l-politika, skont dawn l-intamati. Ara vera nsewh żmienhom u għemilhom. U mhux il-passat tagħhom biss ta, imma sal-ġurnata mqaddsa tal-lum. Għax il-politika tagħhom minn dejjem hekk kienet u dejjem hekk se tibqa’, jħammġu u jaħsbu li tagħhom ifuħ. Issa vera se mmur lura s-snin, Sur Editur. Se nagħmilha ta’ Melda tiegħi. Li meta tidħolli f’argument fuq xi ħaġa li tkun għadha kif ġrat, tibda taqla’ l-episodji kollha mis-senduq. Għax bagħla dinja, anki minn ta’ żmien l-għerusija tibda ssemmi. Ara jekk ngħidilha xi ħaġa dwar kazzata li tkun għadha kif għamlet, taparsi tkun insiet. Imma ta’ żmien Adam u Eva qanna tiftakarhom bid-dettalji kollha. Insew kif ħammġu l-politika meta ppubblikaw 73 paġna ta’ ħdura kontra pajjiżhom għax qalu li Malta qed tinħaraq? Għall-ktieb Is Malta Burning, qed ngħid Sur Editur. Ma ħammġuhiex il-politika b’din il-fantasija ta’ kitba li hemm f’dan il-ktieb!

U x’ma ħammġux il-politika meta kienu jmorru jxandru minn Sqallija, u ħlief attakki kontra pajjiżna ma kinux jagħmlu? U x’ma ħammġux il-politika meta kull nominat mill-Gvern tagħna għal xi kariga fil-Parlament Ewropew, jaraw kif imorru jfesfsu f’widnejn il-parlamentari barranin kontrih u kontra pajjiżna, biex jostakolawh?

Sur Editur, ara x’diskorsi moqżieża jsiru kontra pajjiżna minn dawk tagħhom li hemm fil-Parlament Ewropew, biex ipinġuna koroh mal-barranin! Puuuu għalihom! U dan kollu għaliex jaħsbu li b’hekk se jidhru sbieħ huma. Iva sbieħ, kif Alla jridhom, kif jgħid ilMalti.

L-aqwa li l-Kap tagħhom qalilna wkoll li bis-soluzzjonijiet tiegħu jista’ jwassal lill-PeNe fil-Gvern. Imnalla qalha ta! Għax kont ilni ma nidħak daħka hekk żmien. Kont se nifga fit-towst, tant li biex naqla’ minn griżmejja l-gidma li kont għadni kif ħadt, sgħolt u mlejt lil Melda tiegħi bil-biċċiet tal-luncheon meat u l-bżieq. Katastrofi aktar minn kif jinsab il-partit tagħhom bħalissa kelli minħabba f’hekk. Imma dik storja oħra.

X’soluzzjonijiet huma dawn li għandu Bernard il-Grech, ħaqq l-arloġġ tal-lira ta’ Tonio l-Fenech? U ħaqq ir-rigali ta’ Berta l-Metsola li nsiet tiddikjara lill-Parlament Ewropew!

Nixtieq jgħidilna x’inhuma dawn is-soluzzjonijiet. Għax kemm ilu jmexxi l-partit tiegħu dan l-għaref, lanqas soluzzjoni waħda mġiddma biex jirranġa l-partit li għandu ma ħareġ biha, aħseb u ara, Sur Editur.

L-aqwa li fost il-maltemp li għandu, jkompli jgħid li għandu grupp parlamentari magħqud. Qisha l-ħolma tiegħi li qiegħed fix-xatt ta’ xi gżira tal-Karibew, bi skoss minn dawk tal-Playboy imdawrin miegħi u bl-isbaħ waħda bilqiegħda ħdejja titfagħli r-ramel fiż-żokra. Taf x’hemm komuni bejn dawn iż-żewġ ħolmiet, Sur Editur? Li t-tnejn li huma, huma baħħ.

Għax meta nqum mill-ħolma nara l-Melda tiegħi u titfagħli imma, xi taġen għal rasi għax tkun qed tgħidli xi ħaġa u ngħidilha “iva” bl-amment, l-aqwa li neħles minnha.

Aħjar isib soluzzjoni għad-Deputat tiegħu Darren il-Carabott li f’10 xhur lanqas biss jaf min hu l-Whip tal-Gvern! X’kull waħda wkoll.

U aħjar isib soluzzjoni għall-isfidi li għamlulu tiegħu stess, fosthom il-famuż David il-Carabott li ma jafx min hu l-Whip tal-Gvern u Joe l-Giglio. Dawn sfidaw lil Grech fuq dik li sejħulha “tmexxija dgħajfa”. Tmexxija dgħajfa ta’ partit. Aħseb u ara xi tmexxija jista’ jagħti lill-pajjiż dan l-imbierek Grech.

Mistagħġbin x’laqgħa mqanqla kellhom, qed jgħidu. B’Adrian idDelia jargumenta ma’ Claudette is-Sellili talli qalet li ma għandhiex dispjaċir li ħadmet biex tqaċċtu.

L-aqwa li d-Deputat tagħhom l-ieħor, David l-Agius qal li l-Gvern qed jipprova joħnoq lill-Oppożizzjoni. U ajma! More of the same. Kantaliena mġenġla tas-soltu.

Għad-dieħla!

29.01.2023 16
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

TIBDA TINTUŻA L-FLYOVER QRIB L-MIA

Minn sbieħ ilbieraħ numru ta’ rotot ġodda, li jikkumplimentaw il-proġett infrastrutturali massiċċ biswit l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA), infetħu għat-traffiku. Fosthom hemm il-flyover ta’ 400 metru, li nbniet bħala parti mill-Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project, li għalissa bdiet tintuża b’mod temporanju fid-direzzjoni opposta li hija intenzjonata li tintuża ladarba jitlesta l-proġett kollu.

Għaldaqstant, issa min se jkun fi triqtu mill-mini ta’ Ħal Kirkop lejn Ħal Luqa jew Ħal Qormi jkollu jgħaddi minn fuq il-flyover. ’Il quddiem, il-flyover se sservi lit-traffiku viċiversa. Bl-aħħar żviluppi jfisser li 75% tax-xogħlijiet infrastrutturali jinsabu lesti u qed jitgawdew mis-sewwieqa li jgħaddu mill-akkwati.

Dan l-investiment ta’ €18-il miljun, li se jkun lest fi żmien tliet xhur oħra, jgħaqqad malproġett biswit (Luqa Junction Project), li għandhom l-għan li mhux biss inaqqsu t-traffiku li jakkumula f’din iż-żona ekonomikament strateġika b’74%, iżda wkoll jevitaw parti sew mit-tniġġis fl-akkwati.

Walter Portelli, uffiċjal ta’ Infrastructure Malta, li hi responsabbli mill-proġetti, spjega li l-underpass li s’issa kienet tintuża fid-direzzjoni lejn Ħal Far, issa qed tintuża biex minn Ħal Far tibqa’ sejjer lejn Ħal

Luqa. Ma’ dan, spjega, li nfetaħ aċċess dirett mill-Ajruport lejn Ħal Luqa, bl-użu tar-roundabout u aċċess dirett minn Ħal Kirkop lejn Ħal Far jew l-Ajruport.

Dan it-tibdil se jippermetti li jitkomplew ix-xogħlijiet, partikolarment fit-Triq l-Ewwel Titjira u Triq l-Avjazzjoni.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Ka-

pitali, Aaron Farrugia, qal: “Ovvjament se nkomplu għaddejjin biex il-proġett ikompli jinfetaħ, aktar rotot jinfetħu fil-ġimgħat li ġejjin, ħalli mbagħad, f’April, il-proġett ikun lest fl-intier tiegħu.”

Hu qal li jħares ’il quddiem biex il-proġett jibda jitgawda kompletament u rringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu.

Il-proġett ta’ €18-il miljun f’din iż-żona ekonomikament strateġika se jitlesta kompletament sa April li ġej u, flimkien mal-Luqa Intersection Project, se jkun qed inaqqas it-tniġġis drastikament u t-traffiku b’madwar 74%

I ieħeb

mal-Partit Laburista

29.01.2023 17
www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna)

XOGĦOL, NAMRA U STORJA FUQ TAL-LINJA

CHARLES SCHEMBRI magħruf bħala l-Kalora minn Raħal Ġdid baqa’ marbut ferm max-xogħol li kellu, tant li għadu sallum jipproduċi minjaturi ta’ xarabanks antiki Maltin li kienu għadhom iduru t-toroq sal-2011. Fiż-żmien, u sa minn meta kellu xi sitt snin, jiftakar lil missieru xufier fuq tal-linja. Hu kien jattendi l-iskola tas-Sorijiet ta’ Bormla u meta jitwassal id-dar bil-kowċ, kienet twaqqfu fi Triq Luqa, viċin l-Ipoġew. Hemm kien hemm garaxx kbir fejn l-aħwa Brincat flimkien ma’ missierhom kienu jibnu x-xarabanks u kien iqatta’ ftit ħin jarahom jaħdmuhom. Baqa’ qrib sa ma kiber u żżewweġ. Mhux biss, talli meta żżewweġ mar joqgħod biswithom, u għalhekk għal Charles, il-garaxx sar qisu l-każin tiegħu.

Minn CHARLES B. SPITERI

Illum il-ġurnata wieħed jista’ jibqa’ jilmaħ ukoll is-seħer li nisslu x-xarabanks f’Charles. Dan, minħabba l-passatemp li qabad sa minn meta kellu 15-il sena. Dak iż-żmien kien bena l-ewwel mudell ta’ xarabank mill-injam u landi vojta tal-CARE, li kienu jitqassmu mill-Gvern Amerikan lil nies u familji Maltin fil-bżonn, u rregalah lix-xufier li kien kunduttur miegħu. Dakinhar kien ħareġ replika ta’ xarabank ta’ veru. Imbagħad beda jibni l-mudelli għalih u qabad juża l-pjanċa, waqt li jagħti kas għad-dettalji kollha li kien ikollhom, inklużi l-mudelli differenti tagħhom. Semmieli li f’Malta kien hawn u għamel mudelli bix-shape, tad-Dodge, li kienu nqalbu għal xarabanks wara li servew lill-militar li kien hawn fostna fil-gwerra. Minn trakkijiet għal xarabanks

Kif intemmet il-gwerra, it-trakkijiet xtrawhom xi sidien li ma setgħux jixtru l-ġdid u tawlulhom ix-chassis. Imbagħad dehru bosta xarabanks oħra li jgħidulhom Bulldog; li jkollhom quddiem fit-tond u bi ħġieġ akbar minn ta’ qabilhom. Minn dawn, Charles ħadem ukoll, bħalma mmudella anke Bedfords u Thames.

Meta jiġi għan-nickel, Charles semmieli li juża biċċiet tal-wipers l-antiki tal-istainless steel, li xi ħbieb jerfgħulu. Għar-roti, qabel kien jixtri tat-Triang Toys. Imbagħad inqatgħu minn Malta u kien jimpurtahom. Mażżmien bdew jibagħtulu roti iżgħar u ġieli jaslulu akbar milli kien ikollu bżonn. Allura qatagħha li jibda jagħmilhom hu stess mill-plywood. B’furmatur, jagħmel it-toqob tarrimm u jiżbogħhom.

Għas-seats juża injama ‘kurrent’, jaqta’ biċċiet ta’ pulzier u kwart u fuq wara jagħmilha daqsxejn immejla. Imbagħad jaqta’ biċċiet tat-triply ftit oħxon għad-dahar ta’ kull seat u jiżbogħ b’kuluri skont fuq liema linja kienu jaħdmu. Fil-mudelli li jipproduċi, Charles jagħmel ħiltu kollha biex jimita l-iċken dettalji li jiftakar, kemm fil-kabina tas-sewwieq, fil-kaxxa għall-biljetti użati u fiċ-ċineg għall-passiġġieri li jkunu bilwieqfa. Iċ-ċineg u r-rail jiċċaqilqu wkoll biex ixiebhu lill-oriġinali. Iwaħħal kollox fix-xarabank qabel ma jorbot is-saqaf. Tant jaħdem bi preċiżjoni, li l-bieba tas-sewwieq u dik fuq wara, jinfetħu u jingħalqu wkoll. Tabilħaqq

qisek qed tara xarabank antika.

15-il mudell

Sal-lum, Charles jista’ jiftaħar li fil-garaxx tiegħu, apparti mill-bosta ritratti ta’ xarabanks antiki, għandu 15-il mudell li ħadem hu, minbarra numru ieħor żgħir li rregalahom lill-ħbieb. Dejjem jaħdimhom fl-iskala ta’ pulzier għal kull pied u xi żmien ilu esebixxa minnhom fl-iskola ta’ Santa Venera, f’wirja mill-Għaqda tal-Mudelli.

Fuq ix-xarabanks ta’ vera, Charles jirrakkonta li kienet tkun esperjenza unika li tarahom jinbnew mix-xejn u wara ftit xhur tarahom ħerġin mill-garaxx.

Għalhekk ma setax jonqos

li l-ġibda għall-karozzi tal-linja ħajritu biex ta’ 15-il sena daħal jaħdem bħala kunduttur. Dan kien fl-1970. Sena qabel, kien jaħdem ma’ tal-ħalib, għal erba’ liri fil-ġimgħa (€9.32) u fit-triq kien jitpaxxa jara x-xarabanks tal-Ħamrun, telgħin u neżlin. Imbagħad, għax-xogħol ta’ kunduttur offrewlu paga iżjed – ta’ tmien liri fil-ġimgħa (€18.64) u aċċetta jibdel ix-xogħol, peress li missieru miet, u bil-paga li jaqla’ ried jgħin lil ommu u lil ħutu.

Xogħol ta’ kunduttur

Beda jaħdem fuq il-linja ta’ Ħaż-Żabbar. Aktar tard qaleb fuq ta’ Bormla, peress li kienu jaħdmu jum iva u jum le, waqt li ta’ Ħaż-Żabbar kienu jumejn xogħol, waħda ‘vjeġġi’, oħra

xogħol u waħda frank. Dan minħabba li fuq il-linja ta’ Ħaż-Żabbar kien hemm biss 23 karozza. Fil-jum tal-vjaġġi kienu jsiru biss bejn tlieta u erba’ vjaġġi u jżarma. Imbagħad jerġa’ joħroġ filgħaxija fil-ħin li l-ħaddiema jtemmu x-xogħol tagħhom. Fil-jiem normali ikollu joqgħod jivvjaġġa l-jum kollu bejn il-Belt u Ħaż-Żabbar u ġieli lejn Wied il-Għajn, sal-10.30 p.m. Fiż-żmien li rrakkuntali Charles, il-karozzi kienu għadhom bid-destinazzjonijiet tagħhom u bil-kuluri. Jiftakar li ta’ Ħaż-Żabbar kienu ħomor bil-faxxa blu, waqt li ta’ Bormla kienu pistaċċa, lewn il-piżella. Fuq dawn tal-aħħar, fejn kien jaħdem jum iva u ieħor le, ilvjaġġi kienu jsiru darba kull ħmistax biss; wieħed mill-Bir-

29.01.2023 18

gu għall-Belt, imbagħad imorru għall-Blata l-Bajda u jwasslu lill-istudenti fl-iskejjel ta’ Kordin. Filgħaxija jerġgħu joħorġu, iwasslu lill-istudenti sal-Belt. Ta’ vjaġġ kien jingħata 15-il xelin (€1.74ċ).

Mill-ġdid għall-bini talkarozzi, Charles qalli li l-bodybuilders li kien jaf hu, kienu jibnu żewġ xarabanks fil-garaxx tagħhom. Imbagħad sakemm waħda toħroġ għaż-żebgħa, ikomplu jarmaw l-oħra. Meta tinħareġ it-tieni waħda, terġa’ tidħol tal-ewwel miżbugħa u jsirilha x-xogħol tan-nickel.

Il-ħidma Maltija kienet tkun il-binja tax-xarabank fuq chassis użat. Kont issib lil xi sid tat-tajjeb li jixtri chassis lest tal-Bedford. Ix-chassis kienu jkunu bl-isteering u bir-radiator magħhom. Il-ġodda kienu

Luqa, Michael Debono tat-Toyota u Ġamri taż-Żejtun. Minn magħhom ħarġu l-istess lavranti li kellhom, u li bdew jaħdmu għal rashom.

Kien hawn bosta mudelli fix-xarabanks iżda lkoll kellu jkollhom it-tul u l-wisa’ indikat mill-pulizija, skont fuq liema linja se jitħaddmu, inkella ma jgħaddux mid-Depot.

Pereżempju fuq Ħal Lija kien hemm qies, fuq iż-Żurrieq qies ieħor, Tas-Sliema ieħor u wkoll għall-privates. Nofs pulzier żejjed, fit-tul jew wisa’, kien ikollu jitneħħa mix-xarabank, inkella ma joħroġx għax-xogħol qabel ma jgħaddi bord, li jieħu xi sitt xhur biex jiddeċiedi.

Storja tat-trasport

Bħala storja tat-trasport pubbliku nsibu li sa nofs l-1800 l-uniku mezz ta’ trasport tal-bniedem kien iż-żiemel, il-karrettun jew il-kaless. Nies privileġġati użaw ukoll is-Sedan Chair, vettura grandjuża magħluqa li tinġarr fuq żewġ arbli minn żewġt irġiel b’saħħithom.

Wara deher il-kaless, li kien jikkonsisti f’gabina fuq par roti kbar fuq in-naħa ta’ wara. Ir-roti kienu magħmulin minn injam solidu iebes miksi b’rimm oħxon tal-ħadid. Kien jinġibed minn bagħal jew żiemel wieħed u misjuq minn raġel bil-mixi li jżomm il-pass mal-annimal.

Il-kaless ġie introdott f’Malta fl-aħħar tas-seklu 18, fi żmien il-Kavallieri.

F’nofs is-seklu 19 kien introdott il-karozzin.

Servizz primittiv

L-ewwel servizz primittiv ta’ trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja beda fl-1905. Mażżmien, il-karozzi tal-linja laqtu ħażin ferm lill-ferrovija, li fil-31 ta’ Marzu 1931 għamlet l-aħħar servizzi mir-Rabat sal-Belt Valletta.

jinxtraw mingħand id-ditta Mamo; dawk użati kienu jkunu ta’ xi trakk tas-servizzi.

Ix-chassis kien jittieħed fil-garaxx fejn jinħadmulu l-meded u l-ġnieb u jibqgħu telgħin ’il fuq sal-majjieri tas-saqaf.

Mill-injam għall-pjanċi

Charles irrakkuntali wkoll li fl-antik, ix-xarabanks kienu jinħadmu mill-injam, iżda li laħaq hu kienu bdew isiru mill-injam tal-fraxxnu li jiddaħħal f’kanal tal-ħadid, biex jifilħu aktar għall-ilma. Imbagħad għaddew biex eliminaw l-injam u beda jsir użu mill-pjanċi biss.

Jiftakar li bodybuilders

kien hawn kemm-il wieħed u semmieli li kien jaf b’wieħed ir-Rabat, ieħor Barbara f’Ħal

zati r-regolamenti tat-traffiku għat-trasport pubbliku bħal dimensjonijiet, tipi, kulur u kapaċità. Fl-1930 in-numru ta’ karozzi tal-linja kien ta’ 385 xarabank tar-rotta liċenzjati. Il-qagħda finanzjarja tas-sidien kienet kritika ħafna.

Biex tkun infurzata d-dixxiplina, fl-1931 twaqqaf ilBord għall-Kontroll tat-Traffiku. Hu introduċa rotot ġodda. Għalhekk is-servizz kien qed jaħdem b’mod aktar effiċjenti. Is-sidien tal-karozzi tal-linja tar-rotot saru kburin ħafna bil-karozzi tal-linja tagħhom. Huma żammew ix-xarabanks fi stat tajjeb ħafna, żejnuhom bit-timijiet u semmewhom għall-patruna tar-raħal jew għal irġejjen, opri, bastimenti tal-battalja, eċċ. Kull rotta kellha kulur differenti.

Ir-riorganizzazzjoni

Matul dak iż-żmien ir-riorganizzazzjoni tat-Trasport Pubbliku kienet fuq l-aġenda ta’ waħda mil-laqgħat tal-Bord tal-Kontroll tat-Traffiku. L-ewwel proposta kienet li n-numru ta’ karozzi tal-linja kellu jiżdied. Proposta oħra kienet li t-Trasport Pubbliku jew ikun nazzjonalizzat jew jaħdem f’kumpanija waħda jew fi gruppi organizzati ta’ sidien talkarozzi tal-linja.

Fl-aħħar nett il-Bord iddeċieda li n-numru ta’ karozzi tal-linja għandhom jiżdiedu għal 500 xarabank u jaħdmu fi gruppi organizzati ta’ sidien talkarozzi tal-linja, skont ir-regolamenti mfasslin mill-istess bord. Dawn id-deċiżjonijiet wasslu għal protesti u strajks.

fl-1975. 20 sena wara, fl-1995, ix-xarabanks inżebgħu sofor bil-faxxa oranġjo. Baqgħu hekk sal-2011. Sa dik is-sena l-ATP ħaddmet 508 xarabanks. Ħadmet ukoll fuq it-trasport ta’ rotta skedata madwar il-gżira fuq bażi ta’ roster u twettqu servizzi diretti u billejl, trasport tal-iskola u vjaġġi privati kif u meta meħtieġ.

Jitwarrbu x-xarabanks Maltin

Fit-3 ta’ Lulju 2011, in-network tar-rotot tal-karozzi tasservizz madwar Malta ttieħed mill-Arriva, bil-karozzi tal-linja tradizzjonali mnaqqsa biex joperaw biss f’servizzi speċjali.

L-Arriva introduċiet flotta ta’ karozzi tal-linja moderni b’art baxxa. Dawn kienu impurtati minn Londra second hand. L-operat tal-Arriva f’Malta kien mimli problemi. Fosthom, tliet każi ta’ nirien f’perjodu ta’ 48 siegħa f’Awwissu 2013, li wasslu lill-Gvern Malti jipprojbixxihom milli jkomplu jaħdmu fil-pajjiż sakemm issir investigazzjoni.

L-Arriva tħalliet taħdem f’Malta sal-1 ta’ Jannar 2014, meta n-network tal-karozzi tal-linja ġie nazzjonalizzat bl-isem Malta Public Transport. Fit-8 ta’ Jannar 2015, il-Malta Public Transport ġiet ipprivatizzata mill-ġdid, peress li nbiegħet lil Autobuses Urbanos de León, li żammet l-isem tad-ditta ta’ Malta Public Transport. Il-kumpanija rduppjat il-flotta tal-karozzi tal-linja.

Fl-1905 ċertu Mr. Spiller ingħata l-permess jimporta karozzi tal-linja mir-Renju Unit biex jinsaqu f’pajjiżna, għax Malta kienet bażi militari u navali u t-trasport kien essenzjali. Għall-ewwel importa sitt karozzi tal-linja Thornycroft mir-Renju Unit.

Matul l-istess żmien diversi Maltin akkwistaw chassis tat-trakkijiet u kkonvertewhom f’karozzi tal-linja u fi żmien qasir dehru aktar tipi differenti jiġru mill-irħula għall-Belt Valletta.

Fl-1921 twaqqfet il-Public Transport Co. Kienet tissejjaħ il-Cottonera Motor Bus Co. Il-President tagħhom kien ċertu Mr. William Soles li ta liċenzji biex joperaw mill-Kottonera sal-Belt.

Seba’ snin wara kienu infur-

Fl-aħħar nett is-sidien qablu mad-deċiżjoni li l-B.M.C. tingħaqad mal-Kumpanija talKarozzi ta’ Tas-Sliema. Meta l-B.M.C. ma kisbitx il-monopolju tar-rotta, daħal in-negozjant Joseph Gasan. Hu xtara l-karozzi tal-B.M.C. u baqa’ jixtri xarabank wara l-oħra tas-Sliema Motor Bus Co., tant li kellu 105 xarabanks jaħdmu fuq ir-rotta ta’ Tas-Sliema.

Fl-1972 ix-xarabanks inqasmu fi tliet gruppi. Kien hemm grupp miżbugħin ħodor, ieħor bojod bil-faxxa blu u l-ħomor.

Imbagħad fl-1975 saru kollha b’lewn aħdar.

Fl-istrajks, l-awtoritajiet offrew għajnuna biex jinbeda s-servizz malajr u fis-17 ta’ Novembru 1977 ix-xarabanks kollha tar-rotta bdew joperaw fi grupp wieħed.

L-Uffiċċju ċentralizzat, bl-isem ta’ Assocjazzjoni Trasport Pubbliku – ATP kien iffurmat taħt il-kontroll ta’ kumitat elett minn sidien tax-xarabanks kull sentejn minn laqgħa ġenerali tal-assoċjazzjoni.

Il-karozzi tal-linja kollha kienu diġà ġew miżbugħin aħdar ċar bħal dawk li kien hemm

Sal-aħħar ta’ Diċembru 2013, il-kumpanija Arriva kellha telf ta’ €50 miljun f’sentejn u nofs.

Minn Ottubru 2014 il-Gvern għażel lil Autobuses Urbanos de León, sussidjarja tal-Grupp ALSA, bħala l-operatur preferut tal-karozzi tal-linja għall-pajjiż. Il-kumpanija ħadet is-servizz tal-karozzi tal-linja fit-8 ta’ Jannar 2015.

Charles Schembri temm jgħidli li llum, kull minn żamm xi xarabank antika sab ħin jirrestawraha għax għandu aktar ħin u qed joħroġha għal tiġijiet jew għal xi okkażjonijiet oħra. S’issa, minn dawn il-karozzi hawn madwar 21.

Meta semmejt lil Charles li darba kien intqal li l-Maltin kapaċi joħolqu xarabank bħal tal-lum, bl-arja kundizzjonata u b’kollox, hu qalli li hawn xarabank simili li għadha ma ħarġet qatt u kienet l-aħħar waħda li għamlu ta’ Brincat. Ilha lesta fuq it-30 sena u hi magħmula kollha mill-istainless steel, inkluż is-saqaf.

Mistoqsi jgħidli kif jaħsibha fuq ix-xarabanks tal-lum, Charles qalli li ma jiħux gost jarahom, għax la fihom mudell u lanqas skop. Jistħajjilhom kaxxi fuq ir-roti.

29.01.2023 19

KARKARIŻI LI KITBU L-ISTORJA VINCENZO BORG BRARED

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-Kavallier Vincenzo Borg Brared kien wieħed mill-benefatturi ewlenin tal-Bażilika Elenjana f’Birkirkara. Dejjem kienet ix-xewqa ta’ ħajtu, li qabel ma jmut jirregala statwa proċessjonali tal-qaddisa patruna Sant’Elena lill-knisja ta’ raħal twelidu. Il-ħolma tiegħu saret realtà meta ffirma l-kuntratt mal-iskultur Salvatore Psaila nhar is-26 t’Awwissu 1833.

Psaila dam erba’ snin biex naqqax u indura l-iskultura kapolavur tiegħu u l-istatwa maestuża daħlet b’solennità għall-ewwel darba fil-Knisja Kolleġġjata nhar it-18 ta’ Lulju, 1837, jum il-mewt tal-benefattur tagħha Vincenzo Borg Brared. Hu kien ukoll magħruf bil-laqam tiegħu ta’ Brared, twieled f’Birkirkara fil-11 ta’ Jannar 1777. Bħal missieru, huwa kien negozjant, proprjetarju ta’ pjantaġġuni tal-qoton u esportatur magħruf tal-ħjut

tal-qoton lejn is-suq Spanjol. Vincenzo kien ukoll wieħed mil-mexxejja ewlenin tal-qawmien tal-Maltin fl-imblokk tal-Franċiżi bejn l-1798 u l-1800.

Meta l-Maltin bdew ir-rewwixta kontra l-Franċiżi fl-1798, Brared ingħażel min-nies ta’ Birkirkara u l-Mosta bħala r-rappreżentant tagħhom. Ġie fdat bit-tmexxija tal-ikbar battaljun tal-armata tal-Maltin, u flimkien ma’ Emmanuele Vitale u Francesco Saverio Caruana (li iktar tard sar isqof ta’ Malta) kien meqjus bħala mexxej ewlieni tar-rewwixta.

Ir-residenza ta’ Vincenzo Borg Brared f’Birkirkara

Waqt l-imblokk, bennejja tas-sengħa taħt it-tmexxija tiegħu bnew numru ta’ batteriji biex minnhom jattakkaw il-qagħdiet Franċiżi u jilqgħu għall-kontrattakki tagħhom. Dawn il-batteriji nsibuhom f’qagħdiet strateġiċi bħal f’Ta’ Għargħar (San Ġwann tal-lum), f’Ta’ Għemmuna (fejn illum hemm il-Lukanda Dragonara f’San Ġiljan) u diversi nħawi oħra f’Tas-Sliema.

Il-kwartier ewlieni tal-battaljun ta’ Brared kien firRazzett ta’ Xindi, li għadu jeżisti sal-lum fit-trufijiet ta’ San Ġwann qrib l-Isptar Mater Dei. Dan huwa wieħed mill-ftit binjiet militari Maltin ta’ żmien l-imblokk tal-Franċiżi li għadu jeżisti sal-lum.

Ir-Razzett ta’ Xindi –il-kwartier militari ta’ Brared bejn l-1798 u l-1800

Fl-4 ta’ Frar 1799, Brared f’isem il-Maltin, talab lill-Kaptan Navali Ingliż, Sir Alexander Ball, biex Malta titqiegħed taħt il-protettorat tal-Imperu Brittaniku. Dakinhar huwa tella’ l-ewwel bandiera Ingliża f’pajjiżna, proprju fuq ir-Razzett ta’ Xindi. Fit-2 ta’ Frar 1801, Brared ingħata il-medalja tad-deheb magħrufa bħala Pro Patria b’rikonoxximent għar-rwol tiegħu fl-imblokk tal-Franċiżi.

Tliet snin wara, f’Jannar tal-1804, Vincenzo Borg Brared kellu xi jgħid bl-ikrah mal-Kaptan Ball minħabba intriċċi politiċi tal-Ingliżi u kien saħansitra tpoġġa taħt house arrest. Iżda snin wara, l-Imperu Ingliż irrikonoxxieh ukoll bl-għoti tal-grad ta’ Kavallier tal-Ordni ta’ San Mikiel u San Ġorġ nhar id-9 ta’ Frar 1833.

Ftit insibu materjal stampat dwar Vincenzo Borg Brared, u l-ftit tagħrif li nafu dwar il-karattru tiegħu nsibuh biss fi ktieb rari ppubblikat f’Londra fl-1811 bl-isem: The Appeals of the Nobility and People of Malta to the Justice, Public Faith and Policy, of the British Government . F’dan il-ktieb insibu kapitlu sħiħ bl-isem “Character of Vincenzo Borg”, miktub minn uffiċjal Ingliż stazzjonat f’Malta li kien jafu sew.

Fost ħafna dettalji dwar il-karattru nobbli ta’ Borg Brared, insibu li kien magħruf sew għall-onestà kbira tiegħu u għall-għeruq reliġjużi Nsara li kien iħaddan. Is-sens għoli ta’ ġustizzja li kellu Vincenzo, kien jagħmlu persuna mfittxija sew fost il-poplu Karkariż speċjalment f’ċirkostanzi li

kienu jeħtieġu ġudizzju. Għal ħafna, kien meqjus kważi qisu l-imħallef tar-raħal, u kienu joqogħdu għad-deċiżjoni u l-parir aħħari tiegħu. Kien żgur li għalhekk, meta l-Karkariżi ġew biex jagħżlu rappreżentant dehen tagħhom, biex imexxihom fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi, bla tlaqliq għażlu lilu. L-Ingliżi stess, f’dan il-ktieb, jistagħġbu kif bit-tmexxija għaqlija tiegħu u tal-kollegi tiegħu, kien irnexxielhom jingannaw tant tajjeb lillFranċiżi. Ħadd mill-Franċiżi stazzjonati f’Malta ma

induna x’kien qed jinħema, għaliex fil-pjan għaqli tagħhom il-mexxejja Maltin ikkonvinċew lill-maġġoranza kbira tal-poplu biex juru wiċċ b’ieħor quddiem il-qawwiet Franċiżi. Tant li dawn

ħadu l-impressjoni li l-Maltin kienu kuntenti u trankwilli bit-tmexxija tagħhom u bl-ebda mod ma ħolmu bir-rewwixta li kienet qed tinħema. Il-ftit Maltin li kienu msieħba mal-qawwiet Franċiżi kienu magħrufa sewwa, u għalhekk

ġew mhedda b’ħajjithom u dik ta’ familthom jekk jippruvaw jikxfu xi informazzjoni

li jkunu saru jafu biha dwar il-qawmien tal-Maltin. Numru sew minnhom inqatlu malFranċiżi mill-qawwiet Maltin stess waqt ir-rewwixta.

Il-pjanijiet għar-rewwixta tal-Maltin, Borg Brared u sħabu ħejjewhom mingħajr ma talbu l-għajnuna ta’ ħadd, lanqas ta’ ħuthom l-Għawdxin li kienu diġà qamu kontra l-Franċiżi u tellquhom ’il barra minn gżirithom f’Ottubru tal-1798. Id-determinazzjoni li jerġgħu jakkwistaw għal Malta d-dinjità, id-drittijiet u l-ħelsien tagħha kienet aqwa minn kull periklu jew diffi-

29.01.2023 20
Bust ta’ Vincenzo Borg Brared fl-Awla Kapitulari tal-Bażilika Elenjana

kultà li kellhom jaffaċċjaw ilMaltin.

Lill-Karkariż Borg Brared insibuh quddiem nett fl-ewwel sinjal tal-qawmien kontra l-ħakkiema Franċiżi, fl-assalt fuq l-Imdina fit-2 ta’ Settembru 1798. B’riżultat ta’ din ilġrajja, Malta rat il-ħolqien tal-Kunsill tal-Maltin li semmewh “Il-Kungress” u li fih Brared kien ir-rappreżentant elett tal-Karkariżi.

L-istima kbira lejn dan il-persunaġġ, intweriet ukoll mal-wasla tal-qawwiet Ingliżi ’l barra mill-Port il-Kbir

fl-1800, għax l-ittri uffiċjali kollha tal-Kaptan tal-flotta Brittanika, Sir Alexander Ball, li kien ġie inkarigat minn Lord Nelson biex imexxi l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta, insibuhom indirizzati direttament lil Vincenzo Borg Brared, bħala mexxej talMaltin.

Borg Brared kien il-promutur ewlieni tal-ħsieb li għallġid ta’ pajjiżna, Malta għandha titlob li titpoġġa taħt il-protettorat tal-Gran Brittanja u tagħraf lill-Maestà

Tiegħu r-Re bħala s-Sovran

tal-ġżejjer tagħha. Iżda meta l-qawwiet Franċiżi ċedew l-armi tagħhom lil dawk Brittaniċi, fl-4 ta’ Settembru 1800, qam ferment fi ħdan il-Kungress Malti, għaliex ħafna mill-membri tiegħu ma kinux infurmati b’dak li kien qiegħed jiġri. L-awtur tal-ktieb imsemmi, jgħidilna li kien Borg Brared li rnexxielu jikkalma s-sitwazzjoni u jikkonvinċi lill-qawwiet Maltin biex iċedu l-armi tagħhom huma wkoll lill-Ingliżi u jiddepożitawhom fl-armerija fil-Belt Valletta.

Fost ħafna dettalji dwar il-karattru nobbli ta’ Borg Brared, insibu li kien magħruf sew għall-onestà kbira tiegħu u għall-għeruq reliġjużi Nsara li kien iħaddan. Is-sens għoli ta’ ġustizzja li kellu Vincenzo, kien jagħmlu persuna mfittxija sew fost il-poplu Karkariż

Bl-argumenti sodi u konvinċenti ta’ Borg Brared, il-Maltin issottomettew ruħhom għat-tmexxija tal-Imperu, xoljew il-Kungress u ġew imwiegħda li fil-futur qrib kellhom jingħataw iddritt li jeleġġu b’mod demokratiku u ħieles il-Consiglio Popolare

Bl-argumenti sodi u konvinċenti ta’ Borg Brared, il-Maltin issottomettew ruħhom għat-tmexxija tal-Imperu, xoljew il-Kungress u ġew imwiegħda li fil-futur qrib kellhom jingħataw id-dritt li jeleġġu b’mod demokratiku u ħieles il-Consiglio Popolare li kien diġà jeżisti fl-ewwel xhur tal-okkupazzjoni Franċiża. Iżda sfortunatament dan baqa ma seħħ qatt.

Il-kapitlu tal-ktieb li jiddeskrivi l-karattru ta’ Vincenzo Borg Brared jgħid li s-sentimenti tiegħu dwar il-libertà kienu jixbhu ħafna lil dawk tal-Ingliżi u għalhekk kien bniedem li kien jobgħod l-estremiżmu u l-ħakma bitterrur. L-awtur jikkonkludi d-deskrizzjoni dettaljata tiegħu tal-kwalitajiet ta’ dan il-Karkariż magħruf b’dan

il-kliem: “Vincenzo Borg Brared, mingħajr kburija kellu moħħ intelliġenti u għaqli; mingħajr preġudizzji fuq ħadd, kien devot u jipprattika dak li jemmen; mingħajr ma kien ta’ skola kbira kellu għarfien profond tal-ħajja u

tas-sitwazzjoni politika ta’ pajjiżu; mingħajr ma kien oratur, kellu l-kapaċità li jipperswadi bi kliemu; minkejja li kien sinjur, l-għana u l-ambizzjoni qatt m’għamlu bih, u dejjem uża ġidu biex jaqsmu mal-oħrajn; kien bniedem sempliċi u umli, tant li min ma jkunx jafu żgur li ma kienx jintebaħ li kien l-istess eroj u patrijott li ħafna kienu jaraw; id-dieta u l-istil ta’ ħajja tiegħu kienu mill-iktar sempliċi għalkemm l-ospitalità kbira ta’ daru kienet waħda mill-iktar magħrufa; u fl-aħħar nett, kellu kapaċità għaqlija kif jaħkem fuq il-ħsibijiet imħawda tal-poplu, speċjalment ta’ dawk imħajra mis-sens ta’ vjolenza u tpattija, u bl-intelliġenza u bl-għaqal tiegħu kien idawwalhom u jiddereġihom lejn it-triq tas-sewwa.

Vincenzo Brared miet fit18 ta’ Lulju 1837 fl-età ta’ 60 sena u ndifen fil-Bażilika Kolleġġjata ta’ Sant’Elena, proprju fir-raħal li tant ħabb u li tiegħu kien wieħed millaqwa benefatturi ta’ kull żmien.

29.01.2023 21
Il-Bażilika ta’ Sant’Elena, Birkirkara Id-dar fejn kien jgħix Vincenzo Borg Brared

FABIOLA AGIUS ANASTASI BL-ARTI TIDĦOL

FIL-ĦAJJA TAL-ĦOLM

L-arti hija waħda mill-mezzi li jeżistu li permezz tagħha l-bniedem jaf joħloq disinji u tpinġijiet oriġinali, filwaqt li jinħoloq ukoll tip ta’ sodisfazzjon u rilassament.

Tista’ tittieħed bħala passatemp jew bħala xogħol, skont id-dedikazzjoni ta’ dak li jkun, filwaqt ukoll li jidħol l-element ta’ kuntatti, passjoni u ta’ kemm ikun hemm domanda inġenerali għall-prodott fih innifsu.

Dan l-aħħar sirt naf b’artista li l-arti u l-pittura huma l-passatempi li toħlom bihom. Qed nirreferi għal Fabiola Agius Anastasi.

Illum il-ġurnata tqis lilha nnifisha bħala artista. Ilha tħobb l-arti minn meta kienet għadha tifla u dejjem taf lilha nnifisha tpinġi f’kull mument liberu li jkollha.

Tgħix u toħlom bl-arti kull ħin tal-ġurnata

Bħala professjoni, hija proprjament inġinier, biss studjat ukoll l-arti fl-Art and Design

Centre taħt diversi professuri Taljani. Ħajjitha mdawra u mżewqa bl-arti. Tgħix u toħlom bl-arti f’kull ħin tal-ġurnata. F’kull kamra ser issib iż-żebgħa u l-pinzell. Kull ftit żmien, tħobb tattendi għal xi kors qasir ’l hawn u ’l hemm relatat mal-arti.

Fil-passat, tistqarr li ħadmet kemm bħala inġinier kif ukoll bħala għalliema tal-arti.

“Biss, illum il-ġurnata waqaft

u qed niddedika aktar sigħat għall-pittura. Inpinġi kull fejn inkun, l-aktar id-dar. Iżda nħobb inġorr miegħi xi ftit watercolours u karti addattati biex inqatta’ siegħa żmien inpinġi mal-ħbieb barra fil-kampanja, jew ħdejn ilbaħar, jew saħansitra meta nkun fuq xi btala barra minn Malta,” bdiet tgħidli dwarha Fabiola.

Sirt naf ukoll li Fabiola

bħala artista m’għandhiex xi tema partikolari li żżomm magħha, iżda tpinġi diversi temi li minnhom tkun ispirata f’dak il-mument. Tħobb tesperimenta fl-arti u ma żżommx ma’ xi ġeneru partikolari. “Nuża mediums differenti u npinġi suġġetti differenti. Ninfluwenza ruħi minn dak li nkun smajt jew rajt u mill-burdata ta’ dak il-ħin. In-natura hija sors

Biss, illum il-ġurnata waqaft u qed niddedika aktar sigħat għall-pittura. Inpinġi kull fejn inkun, l-aktar id-dar. Iżda

nħobb inġorr miegħi xi ftit watercolours u karti addattati

biex inqatta’ siegħa żmien inpinġi mal-ħbieb barra

fil-kampanja, jew ħdejn il-baħar, jew saħansitra meta nkun fuq xi btala barra minn Malta

qawwi ta’ ispirazzjoni. Aktar nesprimi ruħi bl-arti u bit-tpinġija milli verbalment għax bħala karattru jien persuna li ma tantx inħobb nitkellem! Jinteressani wkoll nagħmel xogħol taċ-ċeramika. Il-fatt li huwa 3D, inħoss li tista’ toħloq xogħol interessanti u astratt,” stqarret miegħi.

Tippreferi li tkun libera u tpinġi dak li tħoss

Tisħaq ukoll li l-burdati tagħha jinbidlu u magħhom jinbidlu x-xogħlijiet tal-arti fl-espressjonijiet li tpoġġi fuq it-tila. Sirt naf ukoll li Fabiola bħala artista m’għandhiex xi tema partikolari li żżomm magħha, iżda tpinġi diversi temi li minnhom tkun ispirata f’dak il-mument.

“Meta npinġi, nippreferi li nkun libera u npinġi dak li nħoss. Inpinġi biex nieħu gost, imbagħad l-istess xogħol nesebixxih.”

Mistoqsija jekk qattx ħadet sehem f’xi esebizzjoni-

29.01.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

jiet, sirt naf li bħala artista, ħadet sehem f’diversi. Filfatt, f’Marzu li ġej ser ittella’ esebizzjoni personali fir-Razzett tal-Markiż il-Mosta. “Meta ntella’ esebizzjoni, inkun qed nesponi lili nnifsi. Bl-arti qiegħda nuri l-karattru u l-ħsibijiet tiegħi, biss nemmen li l-arti qiegħda prinċiparjament biex tidher u tiġi apprezzata.”

Apparti li tuża l-mediums water colours, inka, u acrylic fit-tpinġija tagħha, hija tuża wkoll it-tafal fix-xogħol

SKEDA ONE

tagħha.

Fabiola temmen li l-arti teżisti f’kull wieħed u waħda minna, biss ħafna adulti jibżgħu jpinġu għax forsi jaħsbu li mhumiex tajbin biżżejjed.

Fil-fatt, il-messaġġ finali għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta kien jgħid hekk: “Inħeġġeġ lil kulħadd jaqbad karta u lapes u jibda jpinġi għax bl-arti tintilef millħajja reali u tidħol fil-ħajja tal-ħolm

08.11.2020 29.01.2023 23
u tkun aktar rilassat,” temmet tgħid.
06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Diskors: Attività Politika 17:00 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot Podcast 21:15 The Tattoo Challenge 22:15 Żona Sport 22:45 Investigaturi tal-Mużika 23:00 Esperti 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:05 Investigaturi tal-Mużika 10:30 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn 11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Awla 14:15 Reboot Podcast 14:55 Esperti 15:30 ONE News 15:35 Country Jamboree 16:15 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News 30-01 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Ħajjitna Makkjetta 17:15 Pink Panther 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News 01-02 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:26 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Dinja Mutur 10:30 Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Indhouse 16:30 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Politika 21:00 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 05-02 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Esperti 21:00 Flip the Venue 23:00 Ieqaf 20 Minuta 00:00 ONE News 03-02 ĠIMGĦA 02-02 31-01 04-02

reċensjoni tal-ktieb

TAĦT IL-KAPPA TAX-XEMX

L-2002. Pajjiż qed jinbidel, u awtur żagħżugħ joħroġ ktieb ma’ dar ta’ pubblikazzjoni żagħżugħa li joffri ritratt – warts and all – tar-realtà Maltija fl-2002. Id-dar ta’ pubblikazzjoni hija l-Minima ta’ Mark Vella, l-awtur żagħżugħ huwa Karl Schembri, u l-ktieb huwa Taħt il-Kappa tax-Xemx

Fis-snin Taħt il-Kappa tax-Xemx sar ktieb kult, u ilu s-snin mhux disponibbli fil-ħwienet. Issa, il-Merlin Publishers reġgħu ħarġu edizzjoni ġdida tal-ktieb f’għeluq l-20 sena mill-ewwel pubblikazzjoni.

Fi kliem Karl Schembri stess: “Meta ktibt Taħt il-Kappa tax-Xemx iktar minn 20 sena ilu, kont ġurnalist żagħżugħ irrabjat. Dak iż-żmien kont naħdem ma’ The Malta Independent, minn fejn ktibt uħud mill-iktar stejjer importanti tiegħi, imma wkoll fejn kont insib ruħi wiċċ imb wiċċ mal-limitazzjonijiet tal-ġurnaliżmu Malti”.

Taħt il-Kappa tax-Xemx imsejjes bħala ġabra ta’ stejjer tal-ġurnalist fittizju Mark Micallef. Micallef huwa ġurnalist impenjat, imma wkoll ġurnalist sturdut. Tal-inqas l-editur tiegħu mal-ġurnal Ix-Xemx hekk jaħseb, u talbu jieħu ftit ġimgħat frank biex jiġi f’tiegħu.

Għax kif jaqbad jispjega pereżempju li r-rapport li deher b’ismu ma kienx tiegħu? Jew li l-Gvern Malti qed iħaffer mina sigrieta? Dawn huma l-istqarrijiet tal-ġurnalist li, fit-tfittxija tiegħu għall-verità, sab ruħu maqbud f’nofs l-istejjer li kien qed jirrapporta.

Il-mibki Mario Azzopardi, dwar Taħt il-Kappa tax-Xemx lura meta kien ħareġ għall-ewwel darba, kien qal hekk: “L-interventi ta’ Schembri joħolqu assalt sħiħ kontra pajjiż li l-fusien tiegħu huma lubrikati bl-ipokrisija, in-nepotiżmu u l-korruzzjoni”.

Għax appuntu, Taħt il-Kappa tax-Xemx inkiteb fl-2002, f’xena nazzjonali u politika differenti għalkollox bi protagonisti differenti. Lil Karl Schembri staqsejnieh:

Xi nbidel minn dakinhar?

Schembri: “Inbidlu l-uċuħ, u bqajna bl-istess skeletri. Bqajna bl-istess arroganza tal-eletti fil-poter, bl-istess inkompetenza u korruzzjoni morali li tħalli każ ta’ qtil ta’ Sion Grech jitherra għal kważi 20 sena qabel ma tibda ssir xi ġustizzja. Li twassal għall-assassinju ta’ Daphne. Li tgħid lil mara vittma ta’ vjolenza minn żewġha biex tistenna sena qabel ma jismagħha xi maġistrat – biżżejjed biex jilħaq joqtolha. Xejn ġdid taħt ix-xemx, ħlief li l-inkompetenza u l-korruzzjoni saru iżjed imdemmija minn qatt qabel.”

Taħt il-Kappa tax-Xemx fl-edizzjoni oriġinali kien arrikkit minn illustrazzjonijiet ironiċi ta’ Greta Borg Carbott, wieħed mill-ewwel eżempji lokali ta’ illustrazzjoni f’rumanz għall-adulti.

Dawn l-istess illustrazzjonijiet oriġinali nżammew fl-edizzjoni l-ġdida, liema edizzjoni għandha qoxra u produzzjoni ta’ Pierre Portelli.

Fi kliem il-pubblikatur Chris Gruppetta: “Tkun tassew ħasra meta kotba ikoniċi fil-letteratura Maltija jispiċċaw out of print u għalhekk jikbru ġenerazzjonijiet ġodda li ma jkollhomx aċċess faċli għalihom. Xi kultant dan ikun inevitabbli minħabba r-realtajiet tas-suq lokali, imma meta possibbli, bħal fil-każ ta’ Taħt il-Kappa tax-Xemx u bħalma b’Il-manifest tal-Killer, ukoll ta’ Karl Schembri, inħossu bħala parti mid-dmir tagħna li nreġġgħu dawn il-kotba għal fuq l-ixkafef tal-ħwienet tal-kotba.”

Taħt il-Kappa tax-xemx jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online minn merlinpublishers.com

Mistoqsija: X’inhu l-isem tal-ġurnalist fittizju?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb TAĦT IL-KAPPA TAX-XEMX. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb TNAX-IL SENA WARA hija:

V. CARDONA - ŻEJTUN

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Kemm kien l-ammont ta’ passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex matul l-2022?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

Rebbieħ:

29.01.2023 24
01
G. CALLUS - BORMLA

IS-SAĦĦARA TA’ YORKSHIRE

Mary Bateman tisraq, tinganna u toqtol

Mary Bateman kienet qattiela Ingliża u magħrufa bħala s-Saħħara ta’ Yorkshire. Bateman kienet instabet ħatja bi frodi u bil-qtil ta’ Rebecca Perigo fil-bidu tas-seklu 19. Ta’ dan, hi ngħatat il-forka fl-20 ta’ Marzu tal-1809, flimkien ma’ żewġ kriminali oħra.

Min kienet Mary Bateman

Mary Bateman twieldet fl-1768 f’Asenby f’North Riding of Yorkshire, fl-Ingilterra. Hi kienet ġejja minn familja tal-bdiewa iżda xorta tgħallmet taqra u tikteb. Meta kellha 13-il sena, hi bdiet taħdem bħala seftura. Seba’ snin wara, Bateman marret f’York u bdiet taħdem bħala ħajjata. Bateman kellha l-vizzju tas-serq u dan wassalha biex taħrab minn York u tmur f’Leeds. Hawnhekk, Bateman kompliet taħdem bħala ħajjata fejn kienet tħit ilbies skont l-ordni u l-qisien tal-persuna. Hi kienet ukoll meqjusa bħala mara mimlija għerf u kienet ukoll taqra x-xorti.

Fl-1792, Bateman iżżewġet lil John Bateman, li kien jaħdem u jsewwi roti tal-injam. Waqt li kienet miżżewġa, Bateman xorta kompliet tisraq u nqabdet kemm-il darba iżda kienet tinħeles billi xxaħħam lil min ikun qabadha. Fl-1796, żewġha ngħaqad fl-armata u kellhom imorru jgħixu ’l barra minn Leeds. F’inqas minn sena, huma rritornaw u Bateman kompliet tisraq.

Kien hemm ukoll każ fejn kien hemm dar li ħadet in-nar u Bateman intefgħet fit-triq tittallab biex tagħti l-għotjiet lill-familja ta’ din id-dar. Sar magħruf iżda li Bateman żammet kollox għaliha. Apparti l-ingann, jingħad li Bateman kienet ukoll twettaq l-abort. Fl-1806, hi ngħaqdet massegwaċi tal-profeta Joanna Southcott u bdiet tattendi għal-laqgħat.

Waqt li kienet parti minn din is-setta, Bateman ivvintat li hi kellha tiġieġa li tbid bajd bil-kliem “Kristu ġej”, messaġġ li n-nies ħasbu li kellu x’jaqsam mal-aħħar tad-dinja. Tlieta minn dawn it-tliet bajdiet bdiet turihom lill-pubbliku u bdiet iżżommilhom ċenteżmu biex jarawhom. Hekk kif ittiġieġa ttieħdet mingħand Bateman, sar magħruf li kienet Bateman stess li kienet qed tikteb fuq il-bajd u mbagħad kienet terġa’ ddaħħalhom fit-tiġieġa.

Fl-istess żmien tal-farsa tat-tiġieġa, Bateman ġiet avviċinata minn William u Rebecca Perigo. Din tal-aħħar kienet qed tbati minn uġigħ f’sidirha u Bateman qaltilha li xi ħadd għamlilha seħer. Bateman bdiet tbigħilhom pendenti għall-fejqan u bdiet tagħtihom trab tal-velenu biex iħalltuh mal-ikel. Saħħet Rebecca kompliet sejra lura u spiċċat biex mietet fl-24 ta’ Mejju tal1807. Wara l-mewt tagħha, żewġha dam kważi sentejn jibqa’ jisma’ minn Bateman sa ma fl-aħħar beda jiddubita minnha. William spiċċa biex beda jakkuża lil Bateman li hi ingannathom, iffrodathom u li provat toqtlu waqt li rnexxielha toqtol lil mar-

ċaħdet dan kollu iżda tfittxija fid-dar tagħha wasslet għal sejba ta’ valenu u affarijiet misruqa mingħand in-nies, fosthom tal-koppja Perigo.

Il-ġuri

Il-ġuri ta’ Bateman seħħ f’Marzu tal-1809. Skont il-ktieb The Criminal Chronology of York Castle ta’ William Knipe, il-ġuri dam 11-il siegħa u l-ġurija ma damitx biex sabet lil Bateman ħatja fuq akkużi ta’ frodi u għall-qtil ta’ Rebecca Perigo. Fil-ktieb jingħad li hekk kif ingħatat il-piena kapitali, Bateman qaltilhom li kellha 22 ġimgħa tqala biex tevita l-forka. Kien għalhekk li l-imħallef ordna li

ssir analiżi medika u minnha rriżulta li Batemen mhux vera kienet tqila.

Fl-20 ta’ Marzu tal-1809, Bateman ingħatat il-forka flimkien ma’ żewġt irġiel.

Wara l-forka

Wara l-forka, il-katavru ta’ Bateman intbagħat fil-Leeds General Infirmary, fejn deher għall-pubbliku. Kull min ried jara l-katavru kellu jħallas tliet ċenteżmi. Id-dissezzjoni tal-katavru saret minn William Hey, li dam tlett ijiem għaddej bil-proċess. Fl-ewwel jum, studenti tal-mediċina marru jaraw il-katavru, fit-tieni jum irġiel ‘ġentlomi’ u fit-tielet jum marru nisa biex jisimgħuh jispjega fuq il-kat-

avru. Dawn kollha kellhom iħallsu prezz differenti biex jattendu.

Partijiet mill-ġilda ta’ Bateman intużaw biex inħolqu pendenti kontra l-ispirti ħżiena filwaqt li l-ponta ta’ lsienha nġabret mill-gvernatur ta’ Ripon Prison. Il-ġilda tagħha ntużat ukoll bħala qoxra ta’ żewġ kotba li kienu jinsabu fil-librerija ta’ Mexborough House – Hurt of Sedition: How Grievious it is to a Common Welth ta’ Sir John Cheeke u Arcadian Princess ta’ Richard Braithwaite. Dawn iżżewġ kotba għosfru lejn nofs is-seklu 19 u ħadd ma jaf x’sar minnhom.

L-iskeletru ta’ Bateman intbagħat fit-Thackray Medical Museum fejn dam jidher għall-pubbliku sal-2015. Illum jinsab fl-Università ta’ Leeds.

29.01.2023 25
tu. Bateman Bateman mal-koppja Perigo Tpinġija ta’ Bateman bil-bajda “profetika” L-iskeletru ta’ Bateman waqt li kien fit-Thackery Medical Museum Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

29.01.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Isem:

Indirizz:

Q. MALLIA - RABAT

TISLIBA 471

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: Ir-raġuni ma tridtx .......... (5)

4. Mhux qasir (4)

7,21M. Mater Dei (5)

WEQFIN:

1. Din ġejja mill-familja tal-ful (6)

2,12W. Qassis Lhudi? (5)

3. Jaqa’ fil-karti tal-logħob (3)

5. West Ham United

9,11. Bl-istrixxi din (5)

10. Ninħaslu biha (6)

12. Bhejjem (6)

16. Isem (3)

18. Ara 6

19. It-tieni persuna (3)

(1,1,1)

20. Il-bajjad tilef j (5)

21. Ara 7

23. Tħożż sinjal biha (4)

24. Tmerih (5)

6,18. Ta’ min jafdah (5)

8. Iħobb lil pajjiżu (9)

11. Ara 9

12. Ara 2

13. Ray Louis Arrigo (1,1,1)

14. Ma nibqgħux

barra (6)

15. Ħaseb sew fuqu (6)

17. Kunjom (3)

21. Skop (3)

22. Sinjal (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Ġdida, 4.Kowt, 7,16.Skada, 9,13. Iqalli, 10.Fatima, 12.Salott, 18.LŻ, 20.Pizza, 24.Ivara

WEQFIN: 1.Ġlieda, 2,12.Irasa, 3,21M. Asfalt, 5,11.Oliva, 6,19.Tqatta, 8.Karozzini, 14.Ttanta, 15.Tadama, 17,23. Dalwaqt, 21.Aww, 22.TAQ

29.01.2023 27
Bi 3 NUMRI 096 163 172 307 310 315 373 420 590 664 741 798 841 851 909 B’4 NUMRI 0012 0721 0772 1198 1868 1909 1965 2217 2542 2785 2979 3831 4194 4287 4554 4897 5262 5288 5332 5414 6114 6769 6893 7210 7381 8144 8597 8664 8859 9094 9102 9448 9578 9947 B’5 NUMRI 01217 08006 09065 14638 17303 22456 22614 26821 30035 38763 43156 52372 60003 60102 68377 69093 77201 80451 89080 89223 91351 B’6 NUMRI 000230 028128 060131 105557 333903 402511 516910 661789 674735 707412 780346 794674

BAĦAR (JEW AĦJAR OĊEAN) JAQSAM

Editorjal

Bħal photocopy ta’ GonziPN, Bernard Grech iqis li s-sostenn lill-familji u n-negozji mhuwiex

sostenibbli … fl-istess ħin li l-Kummissjoni Ewropea tagħti l-akbar ċertifikat li pajjiżna, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, jinsab fid-direzzjoni t-tajba

Id-differenza fid-direzzjoni politika bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista kompliet toħroġ iżjed u aktar minn qatt qabel. Id-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Kamra talKummerċ kontra s-sostenn u l-għajnuna tal-Gvern fil-qasam tal-enerġija hi eku tal-awsterità li ġabu magħhom Gvernijiet Nazzjonalisti. Kienet sitwazzjoni surreali tisma’ lil Bernard Grech jiddikjara, f’wiċċ negozjanti, imprendituri u msieħba soċjali, li s-sussidju tal-Gvern fl-enerġija mhux sostenibbli.

Dan hu l-istess Kap tal-Oppożizzjoni li qalilna li l-investiment fin-nies ta’ €70 miljun, li l-Gvern ta bħal dan iż-żmien sena, hu “soppa msaħħna” jew, meta mistoqsi x’jagħmel quddiem kriżi tal-enerġija, b’mod ċar, tenna li jekk il-prezzijiet jogħlew minn barra, allura jridu jogħlew f’Malta wkoll.

Dan huwa Bernard Grech –photocopy ta’ GonziPN – fejn il-politika baqgħet ma nbidlitx. L-investiment fin-nies, l-inċentivi lin-negozji, is-sostenn lil min jiflaħ l-inqas mhux sostenibbli għall-PN.

Għalhekk id-differenza ma tistax tkun iżjed ċara.

Bil-maqlub, il-familji, in-negozji u l-industriji jafu eżatt fejn qegħdin mal-Prim Ministru Robert Abela. Għax il-pajjiż ma jeħtieġx il-qtigħ il-qalb u l-istaġnar li ra l-ekonomija togħdos ’l isfel sal-2013, iżda jixraqlu l-fiduċja. Hu aktar importanti li, fi żminijiet tal-akbar sfidi, ikollna Gvern li jagħti ċ-ċertezza u l-istabbiltà. Dik hi ċ-ċavetta biex il-familji jkomplu jgawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar fi żmien fejn l-ekonomija tagħna tkompli tikber bi prijoritajiet ġodda li għandu l-pajjiż, fosthom l-ambjent.

Fir-reazzjoni tiegħu għaddikjarazzjoni irresponsabbli ta’ Grech, il-Prim Ministru kien ċar: “Aħna nwieġbu l-oppost, mhux bl-awsterità. Id-direzzjoni li nemmnu li hi waħda tajba hi dik li twieżen, li toffri spalla u li mbagħad mhux biss tgħin, iżda tinċentiva biex jiżdied l-investiment fil-prijoritajiet ambjentali u diġitali”.

Proprju fil-Kamra tal-Kummerċ, Robert Abela kien għadu kemm ħabbar li l-Kabinett approva skemi ġodda għan-negozji biex jinvestu f’infrastruttura ta’ enerġija rinnovabbli. Hi tassew din id-direzzjoni tant

mixtieqa u għaqlija għan-negozji u l-familji, għax it-tkabbir ekonomiku jasal bis-sostenn, bl-inċentivi u bl-investiment.

It-timbru tal-Gvern immexxi minn Robert Abela hu wieħed qawwi f’dan ir-rigward. Waqt pandemija, il-Gvern għen mhux ftit permezz ta’ diversi miżuri, partikolarment il-Wage Supplement u dawk ta’ moratorju li jagħtu nifs lill-familji u lin-negozji mid-djun tagħhom.

Hekk kif imbagħad faqqgħet il-Gwerra fl-Ukrajna, il-Gvern kompla jinvesti fin-nies bissussidju fil-qasam tal-enerġija u l-fuels u għen fis-sigurtà talikel u l-istabbiltà fil-prezzijiet taċ-ċereali. Dan apparti li fl-Unjoni Ewropea rajna l-Gvern jikseb derogi kruċjali biex pajjiżna jiġi eżentat milli jnaqqas il-konsum tal-elettriku għall-fabbriki quddiem il-kriżi fl-Ewropa.

Dak li naraw f’pajjiżi ġirien Ewropej fejn familji u negozji spiċċaw għarkupptejhom għax il-gvernijiet tagħhom m’għenuhomx, kif irid Bernard Grech, ma ġarax f’pajjiżna.

Dak imbassar fil-pandemija, jiġifieri li eluf ta’ persuni jispiċċaw bla xogħol, ma seħħx u minflok għandna l-inqas rata

ta’ qgħad fl-istorja … u dan ma seħħx b’kumbinazzjoni, imma għax f’pajjiżna llum għandna l-akbar forza progressiva u soċjali li qed tmexxi.

Fl-istess waqt qed nerġgħu naraw pensjonijiet jiżdiedu, children’s allowances jissaħħu, first-time buyers megħjjuna iżjed b’għotja ta’ €10,000, fost oħrajn, ilkoll bħala wegħdi elettorali. U iva fi żmien ta’ prijoritajiet ġodda qed naraw skemi u inċentivi ambjentali jaslu għand il-familji bħal għotjiet kbar għal xiri ta’ vetturi elettriċi. Dan kollu id f’id ma’ ħidma importanti li tagħti wiċċ ġdid lil dan il-pajjiż, wiċċ ħadrani fejn ikollna iżjed parks u ġonna fil-qalba tal-komunitajiet.

B’fiduċja f’ġensna u f’pajjiżna, din hi l-politika li, malGvern immexxi minn Robert Abela, kulħadd jaf fejn qiegħed u jista’ jserraħ moħħu. Fuq kollox politika li tagħti futur sabiħ għal Malta u Għawdex.

Iċ-ċertifikat li l-President talKummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen tat lil pajjiżna lbiraħtlula jissiġilla tassew kemm pajjiżna jinsab fid-direzzjoni t-tajba … kompletament bil-kontra ta’ dak li jrid il-PN.

29.01.2023 28

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.